MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 Vassallo qal li l-kontribuzzjoni tiegħu hi "dak li jkun irid minni l-partit f 'onestà, fiduċja u tama." ILENIA DEBONO L-Eks Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ħabbar li se jirritorna mal-Partit Nazzjonalista wara li ħass "enerġija ġdida" taħt l-amministrazzjoni ta' Borg. F'intervista esklussiva ma' Vassallo, il-gazzetta ILLUM titkellem fuq xi jfisser ir-ritorn tiegħu għall-partit. Vassallo beda billi kjarifika l-enerġija ġdida mill-partit, enerġija ta' inklussività. Hu qal li din ħassha meta Alex Borg stiednu sabiex jitkellmu. "Il-Kap urieni fiduċja għal dak li jien, it-twemmin tiegħi fil-valuri Nsara li huma valuri umani, il-familja u s-sovranità tan-nazzjon tagħna." Hu qal li din il-bidla fil-partit kienet riżultat tal- bidla fit-tmexxija. L-eks deputat esprema li hu jemmen li t-twemmin tiegħu mhuwiex estrem, u min juża l-aġġettiv estrem biex jiddiskrivi t-twemmin tiegħu juża din il-kelma għax ma jaqbilx miegħu u jrid jara li Vassallo jkun imwarrab f 'isem l-ugwaljanza u l-liberaliżmu li jemmnu fih. "Minn meta li temmen fil- valuri Nsara — li huma valuri umani — sar estremiżmu? Minn meta li temmen fil-familja sar estremiżmu? Minn meta li temmen fis-sovranità tan-Nazzjon Malti sar estremiżmu? L-estremi huma dawk li jridu jwaqqfu lil min hu differenti minnhom fil-ħsieb li jitkellem." Għal darb'oħra, Vassallo ma speċifikax x'servizzi se jagħti lill- partit. Imma qal li l-kontribuzzjoni tiegħu hi "dak li jkun irid minni l-partit f 'onestà, fiduċja u tama." Hu qal li hi x-xewqa tiegħu li jaħdem sabiex jara lill-Partit Nazzjonalista "jagħti lura Malta lill- Maltin. Dan huwa n-Nazzjonaliżmu li nemmen fih jien, li ż-żgħażagħ jagħtihom lura l-fiduċja li jeħtieġ li jkollhom fil-ġejjieni tagħhom f 'pajjiżhom." Vassallo beda minn ħanut tal- ħwejjeġ sakemm tela' skaluna skaluna għal sindku tal-Mosta u segretarju parlamentari taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista tal-Eks Prim Ministri Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi. Matul il-karriera politika tiegħu, Vassallo kien voċiferu fuq il-valuri ultrakonservattivi meta fl-2011 kien attivist kontra l-introduzzjoni tad-divorzju f 'Malta, kif ukoll kien l-unika deputat li fl-2017 ivvota kontra l-introduzzjoni taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess u kontra l-liġi tal-vjolenza domestika fl- 2018 li integrat il-Konvenzjoni ta' Istanbul fil-liġi Maltija għar-raġuni li ma kinitx tinkludi tfal li għadhom ma twildux fil-protezzjoni tagħha. Fl-2024 Vassallo kien ħabbar il- kandidatura tiegħu għall-elezzjoni Ewroparlamentari bħala kandidat indipendenti. Huwa ma kienx ta raġuni eżatta għal din ir-raġuni. Nhar l-Erbgħa, Vassallo ħabbar li offra l-għajnuna tiegħu lill-partit sabiex "aħna ma nibqgħux iżjed kompliċi fis-serq u l-frakass tal- pajjiż," qal fuq Facebook. Dan qalu wara laqgħa ma' Alex Borg, fuq stedina ta' Borg stess. Vassallo qal li hu minn dejjem baqa' Nazzjonalist b'valuri Nazzjonalisti u li taħt dan il- kap, huwa ra dawn il-valuri "rifletti aħjar milli kif kienu dawn l-aħħar sentejn-tlieta." Huwa ma speċifikax jekk huwiex se jirritorna fuq il-vot tal-PN imma qal li din mhijiex il- prijorità immedjata tiegħu. L-eks deputat kien wieħed minn dawk li appoġġjaw lil Chris Said oriġinarjament fit-tellieqa għat- tmexxija tal-partit, madankollu xorta baqa' leali lejn Delia meta ħareġ rebbieħ. Vassallo minn dejjem kien iħaddam twemmin tal-lemin xellug, fejn Alex Borg qed jipprova jservi ta' pont bejn il-moderazzjoni li hija iżjed komuni qalb iż- żgħażagħ li qed jipprova jattira u dawk iżjed estremi. M'hemmx dubju li Borg għamel il-mirakli rigward l-immaġni tal-Partit Nazzjonalista maż-żgħażagħ, imbagħad tibqa' l-kwistjoni ta' dawk iżjed konservattivi. Vassallo jista' jservi tal-ewwel pass lejn dawk li huma iżjed lejn il-lemin estrem, kif ukoll dawk in-Nazzjonalisti li ddeċidew li jivvutaw band'oħra fl- elezzjoni li għaddiet. Madankollu, il-partit kien attent li ma jirfes fuq il-kallijiet ta' ħadd hekk kif l-għada tal-istqarrija ta' Vassallo, kelliem għall-PN ikkjarifika li l-laqgħa bejn iż-żewġ figuri kienet att ta' kortesija, u ma kinitx l-unika laqgħa li Borg kellu ma figuri oħra. "Borg qed jagħmel li jista' sabiex jirranġa ma' nies ta' ideat differenti. Dan ma jfissirx li hu jaqbel mal-ideoloġiji tagħhom. 'Borg urieni fiduċja għal dak li jien' - Edwin Vassallo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 December 2025