MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum L-istaġun tal-Milied se jsir ak- tar maġiku bis-Suq tal-Milied fil-Palazz Francesco f 'Ħal Lija, li se jsir bejn id-19 u l-21 ta' Diċembru 2025. Din iċ-ċele- brazzjoni ta' tlett ijiem se ssir fil-Palazz storiku Francesco, li se jkun miftuħ għall-pub- bliku għall-ewwel darba — fatt li jagħmel l-avveniment wieħed tassew speċjali. Is-suq se jiftaħ b'mod uffiċ- jali nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Diċembru fis-5pm, bil-Pres- ident ta' Malta l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono tagħtina l-unur tal-preżenza tagħha. Il-festi ta' nhar il-Ġimgħa jibqgħu sejrin sal-11pm, filwaqt li s-Sibt u l-Ħadd is-suq se jkun miftuħ mit-10am sal-11pm, sabiex il-familji u l-viżitaturi jkollhom ħin biżżejjed biex igawdu l-esperjenza. Il-viżitaturi se jsibu ħafna stands tematiċi tal-Milied, immexxija minn NGOs. Il-qligħ kollu se jmur diretta- ment għall-kawżi tagħhom — ġest sabiħ f 'dan l-istaġun ta' mħabba u solidarjetà. Barra minn hekk, l-arja se timtela b'mużika minn 13-il ghaqda tal-banda minn diversi lokalitajiet ta' Malta, li se jdoqqu matul it-tlett ijiem. It-tfal se jkunu jistgħu jgaw- du minn animazzjonijiet, logħob u mascots tal-Milied li se jduru mas-suq, u jżidu l-ferħ tal-atmosfera. Tradizz- joni importanti se tkun ukoll preżenti permezz ta' wirja ta' madwar 20 presepju, esebiti b'mod sabiħ għall-pubbliku. Sabiex il-parkeġġ ma jkunx problema, se jkun hemm servizz ta' park-and-ride bejn il-parkeġġ tal-Giovanni Curmi Higher Secondary u l-Palazz Francesco. Barra minn hekk, is-suq huwa aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, sabiex kulħadd ikun jista' jgawdi l-festi. Dan is-Suq tal-Milied huwa opportunità perfetta għall-familji biex iqattgħu ħin flimkien, jesperjenzaw il-maġija tal-istaġun u jgaw- du minn avveniment uniku f 'ambjent straordinarju. Milied mal-Ghaqdiet fil-Palazz Francesco, Ħal Lija Is-suq se jiftaħ b'mod uffiċjali nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Diċembru fis-5pm JAELLE BORG Dak li beda bħala konverżazzjoni bejn Joe Galea u bintu, illum sar negozju artiġjanali li qed jieħu sehem f 'wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fid-dinja tad-disinn. NemNem Candles, marka magħrufa għall-prodotti dekorattivi u x-xemgħat magħmulin bl-idejn, se tkun għal darb'oħra fost l-esibituri fil-Fiera f 'Milan. Galea jispjega li l-idea kienet ilha tberren f ' m o ħ ħ u . "Kont nitkellem spiss mat-tifla tiegħi. Kulma ridna kien li nsibu l-mument ideali biex nibdew nesploraw din l-idea. Kienet il-Covid li finalment ġegħlitna nidħlu aktar fid-dettall," jgħid. Iżda l-bidu ma kienx faċli. Meta NemNem Candles bdiet tieħu l-forma fi żmien il-pandemija, il-bejgħ kważi nieqes għalkollox. "Dak iż-żmien il-bibien tal- fabbrika kienu magħluqin. Il- bejgħ waqaf u dik kienet sfida minnha nnifisha," jirrakkonta Galea. Proċess li jieħu l-ħin Il-prodotti ta' Nemnem Candles jitnisslu kollha bl-idejn, mill-ewwel prototip sal-ippakkjar. "Nibdew noħolqu l-ewwel mudell biex ikun perfett kemm jista' jkun. Minn hemm jinħolqu l-forom tas-silikon u jibda l-proċess tat- taħlit tal-ġibs u s-siment. Wara li jitferra' fil-forom u jissolidifika, il-kontenitur jitnaddaf, jinxef, u jinqala'," jispjega Galea. Imbagħad il-prodott jiġi miksi b'taħlita speċjali biex jibqa' b'saħħtu u reżistenti. "Hekk kif jinxef, jintbagħat għall-mili bix-xemgħa, nagħlquhom u nippakkjawhom." Galea jara x-xogħol bl-idejn bħala vantaġġ. "Ix-xogħol tagħna fih id-difetti tiegħu, imma proprju minħabba li hu magħmul bl-idejn. Mill-iżbalji nitgħallmu u nersqu lejn prodott kemm jista' jkun biex ikun viċin il-perfezzjoni." Minn garaxx għal Milan NemNem diġà kellha esperjenza fil-fiera ta' Milan, iżda kull sena tkompli tagħmel progress. "Minn sena għall-oħra dejjem kellna suċċess u d-domanda baqgħet tikber. Nibqgħu mistagħġbin bir- riżultat li joħroġ," jgħid Galea. Il-preparazzjoni għall- parteċipazzjoni tieħu ġimgħat twal ta' xogħol. "Nibdew naħsbu minn ħames jew sitt xhur qabel — għall-istokk u biex niżguraw li jkollna biżżejjed impjegati biex jaħdmu u jattendu l-fieri," jgħid. Din is-sena se jtellgħu wkoll kollezzjoni ġdida ta' home diffusers, kollha b'kontenituri magħmulin mill-ġebla li jkomplu jsaħħu l-identità ta' NemNem Candles. Kif ukoll room sprays u prodotti dekorattivi oħra. Messaġġ lil min jixtieq jibda Minkejja s-suċċess, Galea ma jinsiex minn fejn beda: f 'garaxx. "Il-bidu qatt mhu faċli. Lanqas għalija. Imma bl-għajnuna tal- familja u l-impjegati rnexxieli nibni l-ħolma tiegħi," jgħid. U jagħti parir ċar lil min jixtieq jimxi fuq passi simili: "Taqtgħux qalbkom. Emmnu f 'dak li tridu — u jirnexxilkom." Idea li twieldet fil-Covid u waslet Milan Joe Galea, fundatur u sid ta' NemNem Candles, jgħid li idea sempliċi li kienet ilha tberren f 'moħħu għal snin twal saret marka artiġjanali magħrufa anke barra minn Malta DIN HIJA KOLLABORAZZJONI BI ĦLAS Joe Galea, fundatur u sid ta' NemNem Candles, jara x-xogħol bl-idejn bħala vantaġġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 December 2025