MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

Inti qiegħed il-Kenya bħalissa u xorta żżomm l-ispirtu tal- kitba Maltija. X'ġiegħlek tasal tikteb fuq dan is-suġġett issa? Dan kien l-iżjed ktieb importanti li qatt ktibt. Din normali tgħidha fuq kull ktieb imma dan kien l-aktar wieħed diffiċli li ktibt u l-iżjed wieħed importanti għalija għax jittratta l-ħajja personali tiegħi, tfuliti, inġustizzja li ntirtet mingħand missieri li kien abbużat minn qassis, il-mard mentali ta' missieri li wassal għal mewt t'ommi. Suġġett diffiċli sabiex nitkellem dwaru, naħseb kien ilu f 'moħħi fuq kif tista' tintqal din l-istorja sakemm ġiet l-idea li ngħidha permezz ta' rumanz b'element awtobijografiku f 'qafas ta' ktieb tal-fizzjoni għax nemmen li l-kitba kreattiva tista' tagħti ħafna iżjed dawl fuq il-verità milli l-fatti nfushom, speċjalment fejn tidħol emozzjoni li ma toħroġx permezz ta' storja fil-ġurnali. Nittratta wkoll każijiet li ttrattajt bħala ġurnalist, l-abbuż tat- tfal f 'istituzzjonijiet tal-Knisja li għadu ġerħa kbira. Kont ħdimt fuqhom bħala ġurnalist mal-Independent u anke mal- MaltaToday fejn żvelaw dawk l-istejjer. Hija storja ħafna ikbar mill-istorja tiegħi u ta' familti. Huwa każ storiku li għadu miftuħ beraħ u l-knisja għadha m'għamlitx ġustizzja ma' numru ta' vittmi li qatt ma aċċettat bi sħiħ il-kobor tal-kompliċità ta' dawn l-istejjer li ħallew impatt tremend fuq dawn in-nies. Fost l-iktar affarijiet li jirriflettu affarijiet veritiera huma fejn inti litteralment tikteb dwar il-fatt tal-mard mentali li għadda minnu missierek. Fil-kitba inti tidħol f'ċertu dettall li jirrifletti l-istorja ta' missierek u jiftħu beraħ ferita personali. Naf kemm kien diffiċli dan iż- żmien għalik u issa inti sibt il- kuraġġ, però ħassejt li kellek bżonn tagħmilha? L-ikbar raġuni kienet sens ta' ġustizzja. Dan ma kienx terapija, m'iniex ħa noħroġ it- terapija li għandi bżonn bħala att pubbliku. L-att pubbliku kien li jien ikolli l-vuċi tiegħi u nipprova b'dak l-att fih innifsu li nikteb insib forma ta' ġustizzja li qatt ma ngħatat. Parti mill- istorja hija fejn jidħol każ bħal dan ta' inġustizzja li seħħet mill-Knisja, mill-qrati tal- ġustizzja u fost il-psikjatri u istituzzjonijiet kollha. Jien u oħti batejna parti kbira minn dak li ġara minħabba l-mard mentali u l-abbuż ta' missieri. Aħna ma konniex neżistu għas- sistema. Għalhekk ma nemminx li l-qrati huma tal-ġustizzja imma tal-liġi. Il-ġustizzja hija xi ħaġa ikbar li ma toħroġx, li għadna naraw sal-lum. L-istorja hija ħafna akbar mill-istorja tiegħi, hemm nies fil-qrati li ġew traduti mill-avukati tagħhom stess li ma jirrappreżentawhomx sew. Quddiem sistemi kbar bħal dawn, l-individwu għadu kważi ma jeżistix. Il-proċess l-importanti li tagħti ħjiel ta' pretenzjoni ta' ġustizzja meta għandek individwi li spiċċaw Monte Carmeli. Tara l-knisja nfisha li għadha ma ammettitx il-biċċa tagħha b'mod forensiku li tqerr man-nies li ġew abbużati taħtha. Hemm ukoll il-kitba li inti tieħu gost taqra ktieb f'sens li l-ktieb ikun mexxej. Inti tikteb fuq temi ta' attiviżmu b'opinjoni ċara. Jista' jkun li xi kultant inti tkun wisq politiku? L-ewwel nett naħseb li hemm diversi livelli fejn nista' nwieġeb. Naħseb li l-politika hija pervażiva. Il-fatt kif nirrelataw hija kwistjoni politika; jekk wieħed jistax jesprimi ruħu hija kwistjoni politika, demokrazija, ċensura, imħabba, mibegħda, biża', kollha riżultati ta' proċess politiku jiġifieri naqbel li kważi dejjem hemm il-politika. Però nittama li dik hija preżenti fil- kitba tiegħi però nittama li niġi ġġudikat kemm nista' ngħid storja b'mod tajjeb, inkluż f 'dan ir-rumanz "Eħlisna mid-Deni". Inti għext ħafna mill-aħħar snin barra minn Malta. Minkejja kollox bqajt tara x'qed jiġri f'Malta. Id-distanza tgħinek tkun aktar kreattiv u motivat biex tikteb? Id-distanza tagħtini perspettiva li meta nkun Malta nitlef. Naħseb tista' tqabbilha bħal meta tkun f 'nofs terremot u ma tistax tinduna x'inhu jiġri. Dik id-distanza ttini perspettiva differenti li nġib miegħi. L-ewwel nett għandi esperjenzi li nġarrab f 'postijiet ta' kunfliti minħabba x-xogħol umanitarju tiegħi f 'postijiet ta' diżastri naturali u ta' kunflitt fil- Lvant Nofsani u issa fl-Afrika. Dik ittini perspettiva differenti fuq l-umanità, it-tjubija tal- ħażen tal-bniedem. Hemm ċerta fehma wkoll ta' kif qed titmexxa d-dinja. Ċerti kunflitti jibqgħu għaddejjin u oħrajn jiġu riżolti. Kif aħna razzisti jew le fl-immigrazzjoni u l-ażil. Dawk huma parti mill-esperjenza tal- ħajja li ttini, iktar milli distanza minn Malta għandi l-privileġġ li xogħli jtini aċċess għal ħafna realtajiet li jinteressawni li tlaqt minħabba fihom. intervista illum • IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 07 "Jien u oħti batejna parti kbira minn dak li ġara minħabba l-mard mentali u l-abbuż ta' missieri. Aħna ma konniex neżistu għas-sistema." "Nipprova b'dak l-att fih innifsu li nikteb insib forma ta' ġustizzja li qatt ma ngħatat" Fuq Xtra, Saviour Balzan jiddiskuti l-ktieb il-ġdid "Eħlisna mid-Deni " ta' Karl Schembri mal-awtur stess Karl Schembri jitkellem fuq kif il-ktieb tiegħu jittratta l-ħajja personali tiegħu, tfulitu, inġustizzja li ntirtet mingħand missieru li kien abbużat minn qassis, u l-mard mentali ta' missieru li wassal għal mewt t'ommu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 December 2025