Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991
02 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Arthur, Merlin, u l-maġija fil-kotba bil-Malti Arthur Gruppetta twieled il-Belt Valletta fl- 1944, u beda l-karriera tiegħu bħala għalliem. Din l-esperjenza fetħitlu għajnejh għat-tip ta' materjal li kienu (jew ma kinux) jaqraw it-tfal dak iż-żmien. Meta ħa f 'idejh it-tmexxija ta' Merlin Library, ħanut tal-kotba ċkejken li kienu waqqfu l-ġenituri tiegħu Marie u Domenic fl-1963, ħa ħsieb li jrawwem, mhux biss is-sens prattiku li jeħtieġ in-negozju, imma wkoll il-konvinzjoni u l-viżjoni tiegħu, bħala edukatur, li ktieb tajjeb jaf jibdel il-ħajja ta' persuna. Permezz ta' vjaġġ f 'Londra fis-sittinijiet, infetħet quddiemu d-dinja tal-kotba Ladybird, u sal-1966 beda jdaħħalhom Malta. B'hekk, f 'daqqa waħda, il- familji Maltin setgħu jibdew igawdu minn serje ta' kotba aċċessibbli u attraenti ferm għat-tfal. Fl-isfond tas-suċċess kbir li għamlu l-kotba "tal- Ladybird", Gruppetta ma kienx kuntent — anzi, aktar u aktar kompla jemmen bis-sħiħ li t-tfal Maltin jistħoqqilhom li jaqraw kotba tal-istess kwalità fil-lingwa tagħhom stess. Fil-bidu tas-snin sebgħin għamel pass ieħor deċiżiv meta kiseb id- drittijiet biex jipproduċi edizzjonijiet bil-Malti tal- kotba Ladybird. U ma waqafx hemm lanqas — iżda daħal b'ruħu u b'ġismu għall-impenn li jippubblika kotba oriġinali għat-tfal bil-Malti. Għaldaqstant fl- 1971 ħareġ l-ewwel ktieb għat-tfal bil-Malti li qatt ġie ppubblikat, Fra Mudest, ta' Charles Casha. Minn hemm, pass wara pass, kompla jimmodernizza u jittrasforma l-mod kif it-tfal Maltin jesperjenzaw il- qari ta' ktieb bil-Malti. Taħt il-ħarsa ġwejda tiegħu, il-Merlin saret il-benniena ta' wħud mill-aktar awturi Maltin maħbubin, fosthom Trevor Żahra, Charles Casha, Carmel G. Cauchi, Clare Azzopardi, Leanne Ellul, u bosta oħrajn. Dawn sabu fis-Sur Arthur, mhux biss pubblikatur, imma sieħeb, spalla soda fil- mixja letterarja tagħhom, proprju għaliex dejjem tahom l-ispazju kollu meħtieġ biex jesprimu l-ħila kreattiva tagħhom bil-Malti. Min-naħa tagħhom, it-tfal Maltin issa setgħu jagħrfu lilhom infushom fil-karattri u l-istejjer miktubin apposta għalihom, fil-lingwa tagħhom stess. Gruppetta qatt ma ra l-pubblikazzjoni bħala negozju, jew il-kotba bħala divertiment biss. Għaraf ukoll li xogħlu seta' jkun għodda edukattiva b'saħħitha, kif ukoll att politiku favur l-avvanz tal- ilsien Malti. Fl-1979 ippubblika l-ewwel workbooks tal-Malti għall-iskejjel primarji, u għen biex tingħata sura aktar moderna u strutturata lill-mod kif kien jiġi mgħallem il-Malti fil-klassi. Barra minn hekk, permezz ta' kollaborazzjonijiet ma' pubblikaturi barranin, beda jwassal fuq l-ixkafef Maltin bosta traduzzjonijiet ta' titli internazzjonali għat-tfal, u b'hekk poġġa l-pubblikazzjoni Maltija fi djalogu miuħ mad-dinja. Maż-żmien, bil-mod u bil-kwiet imma bis- sod, Gruppetta ttrasforma l-Merlin minn ħanut żgħir tal-kotba f 'dar tal-pubblikazzjoni — Merlin Publishers — li ħafna jqisuha bħala waħda mill-aktar influwenti fil-pajjiż. Bosta kollegi u pubblikaturi oħra rrikonoxxew li l-ekosistema tal-ktieb Malti kontemporanju ta' kwalità ġġorr il-marki tas-swaba' tiegħu, filwaqt li diversi istituzzjonijiet kulturali sejħulu figura ewlenija fl-istorja letterarja Maltija u pilastru tal-industrija tal-ktieb. Fl-2018 irċieva rikonoxximent statali għal dak kollu li għamel għall- ktieb Malti, meta ġie onorat bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Biss, lil hinn mit-titli u mill-kisbiet professjonali, hemm it-testimonjanzi tal-awturi u tal-qarrejja li jiżvelaw min kien il-bniedem wara l-kotba. Ħafna jiakruh bħala dak ir-raġel fil-ħanut tal-kotba li kien jisma' bil-paċenzja u bi tbissima, jagħti parir bl-umiltà kollha ... u kultant jitfa' xi ktieb żejjed fil- basket ta' xi tifel jew tifla, jew jagħti l-kotba b'xejn lil xi omm li ma tiflaħx tħallas. Dan kollu kien jagħmlu bla daqq ta' trombi, anzi bla ħoss, minn taħt l-ilsien. Iżda kull att ta' ġid li s-Sur Arthur għamel fis-skiet ħareġ jidwi mal-erbat irjieħ mat-telfa tiegħu. It- tributi, il-memorji, l-anedotti bdew ħerġin minn kullimkien u invadew il-mezzi soċjali b'turija ta' mħabba u rispett. Bis-saħħa ta' Arthur Gruppetta, fi żminijietna trabbew ġenerazzjonijiet ta' qarrejja li jħobbu l-ktieb Malti, bla ma qatt kellhom għalfejn jistaqsu jekk il-Malti setax ikun lingwa addattata biex jinkitbu stejjer sbieħ, moderni u attraenti. Kull darba li tifel jew tifla jiaħ ktieb bil-Malti, id-dar jew fuq il-bank tal-iskola, u kull darba li awtur prospettiv jiaħ dokument vojt u jibda jikteb xi ħaġa, jafu li hemm xi ħadd li jemmen fihom. L-eku ta' dik il-fiduċja jwassalna lura lejn Arthur Gruppetta, il-bniedem li, bil-kwiet u bi tbissima, poġġa l-ktieb Malti f 'idejn kulħadd. (kitba ta' Antoinette Borg) Spiteri Debono tat ġieħ lill-istorja ta' Malta Arthur Gruppetta kien wieħed mill-pilastri ewlenin tal-qasam tal-pubblikazzjoni f 'Malta, b'mod partikolari fil-letteratura għat-tfal. Bla dubju Gruppetta kien kultivatur tal-kultura, li b'xogħlu sawwar il-mod kif ġenerazzjonijiet sħaħ ta' tfal Maltin tgħallmu jaqraw u jimmaġinaw bil-lingwa tagħhom stess. Ħajtu kienet immarkata minn fiduċja għamja fil-ktieb Malti, fi żminijiet meta ħaġa bħal din ma kinitx ovvja, kif ukoll ġenerożità kwieta li ilha aktar minn nofs seklu tappoġġja u ssuq 'il quddiem l-istejjer, l-awturi u l-qarrejja Maltin. Għaldaqstant, it-telfa tiegħu, fl-età ta' 81 sena, tħallina lkoll iltiema kulturalment iżda mogħnija b'wirt imprezzabbli f 'idejna. Fl-2018 Arthur Gruppetta ġie onorat bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Hija għamlet referenza għas- sitwazzjoni fejn iż-żewġ rwoli se jkunu vakanti flimkien, avolja l-Artikolu 180 u sub-artikolu 9a joffri provedimenti sabiex din qatt ma sseħħ billi d-Deputat Awditur Ġenerali jilbes iż-żarbun tal- Awditur Ġenerali fl-assenza ta' dan tal-aħħar. "Il-mandati ta' dawn iż-żewġ uffiċjali m'għandhomx jibqgħu jibdew u jispiċċaw flimkien," qalet Spiteri Debono b'referenza għat- terminazzjoni ta' dawn iż-żewġ karigi f 'Marzu tal-2026, fejn fl-istess perjodu se jkun hemm it-tmiem tal- ħatra tal-Prim Imħallef bl-età. Jekk l-awditur ġenerali jinħatar mill- President, il-ħatra tal-Prim Imħallef issir b'vot ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-Parlament. Hija kompliet titkellem fuq l-aspett ġudizzjarju fejn għaddej il-proċess ta' Riformi tal-Qrati li tnieda mill-emendi tal-2020. Dawn ir-riformi qed jindirizzaw sfidi infrastrutturali bħall-binja l-ġdida għall-Qorti Kummerċjali, awla oħra fil-Qrati tal-Familja, awla għall- ġurijiet, konvenju għall-Qorti ġdid f 'Għawdex u tisħiħ fin-numru ta' ħaddiema fl-Amministrazzjoni tal- Qrati u l-Ġustizzja. "Naċċenna għall-ħatra ta' Kummissarju għall-Istandards tal- Ġudikatura," qalet Spiteri Debono, kappell li libsu l-Imħallef irtirat Toni Abela din il-ġimgħa stess. Dan l-irwol ġdid se jinvestiga allegati ksur ta' etika minn membri tal- ġudikatura filwaqt li jippreżenta s-sejbiet tiegħu lill-Prim Imħallef u lill-Ministru għall-Ġustizzja. Hi tenniet li dan il-Kummissarju se jservi lil kull min għandu xi tħassib dwar membru tal-Ġudikatura inkluż ċittadini. Malta fuq livell internazzjonali Il-President qalet li Malta għandha tkompli taħdem sabiex il-Mediterran ikun "baħar ta' paċi u sigurtà għall-popli li jgħixu max- xtut tiegħu." Hi kompliet billi qalet li dawn l-isforzi hemm bżonn jiġu intensifikati sabiex il-paċi u s-siġurtà fil-Mediterran ikun parti mill-aġenda internazzjonali. Spiteri Debono tat ġieħ lill-istorja ta' Malta u qalet li hija relattivament żagħżugħa. Hija għamlet referenza għall-parteċipazzjoni ta' Malta f 'istituzzjonijiet internazzjonali bħal dik tal-Ġnus Magħquda fl-1988 u iżjed riċentement meta l-Prim Ministru għamel suġġeriment ta' Kummissarju Ewropew għall- Mediterran. Hi tkellmet ukoll fuq is- sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani fejn qalet li hemm bżonn li jiġi eżaminat il-potenzjal li l-organizzazzjonijiet reliġjużi, taż-żgħażagħ u tan-nisa rispettivament għandhom sabiex joħolqu sentimenti paċifiċi. Semmiet ukoll il-Presidenza Maltija u l-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fejn iffukat fuq it-tribunal speċjali li ġie stabbilit sabiex jittratta l-aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna, id- diskriminazzjoni, l-ugwaljanza u d-dinjità umana, u s-salvagwardjar tad-demokrazija u s-Saltna tad-dritt fost l-oħrajn. L-isfidi f'Għawdex Il-President tkellmet fuq il- ġżira Għawdxija u kif għandha tiġi mħarsa mill-isfidi li qed taffaċċja riżultat tal-proċess ta' modernizzazzjoni u l-progress mgħaġġel. "Irridu nimu li f 'Għawdex, l-investiment, il-bini, it-turiżmu, u kwalsijasi ċaqliq ekonomiku ieħor, l-effetti tagħhom huma aktar akuti." Hi spjegat li għandna nħarsu lejn Għawdex b'perspettiva differenti minn dak ta' Malta, hekk kif iċ-ċokon t'Għawdex joffri realtajiet differenti minn dawk ta' Malta. Hi enfasizzat fuq il-ħtieġa ta' viżjoni ċara u sostenibbli li mhux jiżola lil Għawdex, imma jagħraf id-differenzi bejn iż-żewġ gżejjer żgħar filwaqt li jiġi rikonoxxut il- potenzjal ta' Għawdex fl-industrjia turistika għall-Gżejjer Maltin. Hekk kif 35% mill-ekonomija Għawdxija torbot fuq it-turiżmu, is-sostenibbiltà tat-turiżmu għandu jingħata prijorità hekk kif hi qalet li jekk l-awtentiċità tintilef, it-turiżmu jbati, flimkien mal- familji Għawdxin. Il-President tispezzjona l-gwardja tal-unur

