MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum opinjoni "Qabel ma niddiskutu riformi elettorali, qabel ma nitkellmu dwar sistemi u bidliet, hemm xi ħaġa bażika li l-PN għandu jagħmel, dik li jirranġa daru" D an il-Ħadd huwa kkarat- terizzat mill-maratoni taż-żewġ partiti politiċi li fihom jinġabru fondi sabiex il-partiti politiċi jsostnu l-ħidma tagħhom ta' matul is-sena. Maratoni li qed jitilqu minn żewġ pożizzjonijiet opposti. Minn naħa, il-Partit Laburista għal sen'oħra ppreżenta l-kontijiet tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista, sal-mument li ktibt dan l-artiklu, kien għadu ma ssottomettiex il-kontijiet tiegħu, u dan wara nuqqas ta' erba' snin infila. Ma ninsewx li l-PN lanqas biss irrispetta l-iskadenza li impona fuqu nnifsu mindu Alex Borg laħaq Kap tal-PN, hekk kif il-Kap Eżekuttiv tal-PN Sabine Agius Cabourdin kienet ħabbret li sal- aħħar ta' Novembu l-PN kien se jissottometti l-kontijiet awditjati. Issa l-PN reġa' sab skuża oħra u ħabbar li l-kontijiet se jiġu ppreżentati fl-ewwel mitt jum mindu laħaq kap Alex Borg, cioè fil-ħmistax ta' Diċembru. Jekk verament isir dan, ikun ifisser li l-PN ikun, mhux biss kiser l-iskadenza li hu stess intrabat biha mal-poplu Malti u Għawdxi, iżda wkoll li possibbilment jikser l-istatut tal-istess Partit. L-istatut tal-PN fi klawsola 71(g) jimponi li l-Kunsill Amministrattiv għandu jaħtar l-Awditur li jiffirma l-kontijiet tal-PN. Iżda għall-mistoqsijiet ta' ONE News, it jiem ilu, Graham Bencini li hu l-President tal-Kunsill Amministrattiv qal li għadu ma jafx min hu l-Awditur. Dan juri biċ-ċar li Graham Bencini bħala President tal-Kunsill Amministrattiv għadu ma rċieva l-ebda isem ta' awditur sabiex jiġi maħtur mill-Kunsill li hu jippresjedi skont ir-rekwiżit statutorju. Għalhekk, effettivament, dan ifisser li l-PN għal darb'oħra se jkun qed jersaq quddiem in-nies biex jitlob aktar flus, minkejja li għal erba' snin sħaħ, il-flus li nġabru maratona war'oħra, ma nafux x'sar minnhom. Dan mhuwiex ta' serħan il-moħħ għal dawk in-nies kollha li jagħtu it milli jistgħu. Jiġu meta jiġu ppreżentati l-finanzi tal-PN, il-konklużjonijiet minn dan in-nuqqas huma ovvji. L-ewwel punt, il-PN b'Alex Borg Kap ma rrispettax l-iskadenza li impona fuqu nnifsu, li jissottometti l-finanzi sal-aħħar ta' Novembru. It-tieni punt, mhuwiex aċċettabbli li l-PN ilu erba' snin ma jippreżentax il-kontijiet awditjati. Dan waħdu huwa skandlu. Il- poplu jixraqlu spjega ċara għaliex il-kontijiet ma kinux qed jiġu awditjati. L-ispjega li pprovaw ibellgħulna li ma setgħux isibu awditur mhi kredibbli xejn. Jekk l-ebda awditur ma ried jieħu responsabbiltà li jissottometti l-finanzi tal-PN, il-poplu jixraqlu spjega x'kienu r-raġunijiet. It-tielet punt, jixirqilna spjega għala l-liġi tal-finanzjament tal- partiti politiċi qatt ma ddaħħlet fis-seħħ taħt Gvern Nazzjonalista u dan minkejja d-diversi sejħiet tal- Eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono. Bir-raġun nissuspettaw li hemm relazzjoni bejn ir-reżistenza biex tiddaħħal il-liġi meta l-PN kien fil-Gvern u n-nuqqas tal-PN issa fl-Oppożizzjoni li jissottometti l-finanzi tiegħu mal-Kummissjoni Elettorali għal erba' snin konsekuttivi. Ir-raba' punt u l-aktar importanti hu l-fatt li għandna partit politiku li ma jistax ilaħħaq mal-iskadenzi li impona hu stess. Il-fatt li m'għandux trasparenza fil-mod li bih imexxi l-finanzi, turi nuqqas ta' kredibbiltà u kompetenza ekonomika. Għalhekk il-poplu ma jista' qatt jemmen li taħt il-PN jista' qatt ikollna pajjiż li jitmexxa b'amministrazzjoni tajba, b'ekonomija b'saħħitha, jew imqar li jippreżenta l-baġit tal-pajjiż fil-ħin, aħseb u ara baġit li jkun b'saħħtu u ġust għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Il-verità hija waħda. Jekk il-PN ma jistax jorganizza d-dar tiegħu stess, ma jista' qatt ikun kredibbli meta jitlob lill-poplu jħallilu l-pajjiż f 'idejh. Kuljum nisimgħu lill-PN jitkellem dwar kif għandhom jintefqu l-fondi pubbliċi, jiċċensuraw lill-ministri, lill- awtoritajiet u kull persuna pubblika. Imma meta niġu għall-kontijiet tagħhom, lanqas biss jammettu li l-affarijiet f 'ġieħ it-trasparenza m'għandhomx isiru b'dan il-mod. Din mhux biss nuqqas ta' trasparenza. Din hija ipokrezija pura. Ma jistax ikun li jitolbu standards għall-oħrajn li huma stess ma jgħixuhomx. Ma jistax ikun li jitolbu skrutinju fuq kull uffiċjal pubbliku, iżda meta tiġi biex tiġi eżaminata l-amministrazzjoni tagħhom, insibu ħajt ta' silenzju quddiemna. Qabel ma niddiskutu riformi elettorali, qabel ma nitkellmu dwar sistemi u bidliet, hemm xi ħaġa bażika li l-PN għandu jagħmel, dik li jirranġa daru. Xi it jiem ilu kont qiegħda waqt dibattitu kontra l-kandidat u l-Eks Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino. Għedtlu li b'differenza bejnietna t-tnejn, meta jien kont President tal-PL, il-kontijiet dejjem ġew ippreżentati. Bih Segretarju Ġenerali tal-PN, il-kontijiet ma kinux ippreżentati. Aħna fil-PL nippreżentaw kontijiet awditjati, ċari u pubbliċi. Kull min jagħti donazzjoni fil-maratona jaf li l-flus tiegħu mhumiex se jitberbqu u se jintefqu b'serjetà. Hija din l-organizzazzjoni li tagħmilna l-aktar partit b'saħħtu u b'fiduċja wiesgħa fil-pajjiż — għax investejna fina nfusna, fl-istrutturi tagħna u fil-membri tagħna. U f 'sena tant kruċjali, il-poplu għandu wkoll l-assigurazzjoni li dal-Gvern se jippreżenta baġit eċċezzjonali, wieħed li jkompli jsaħħaħ l-ekonomija u lill-familji. Il-PL jibqa' l-unika forza politika, li miegħu taf fejn qiegħed, kemm fir-rigward ta' trasparenza fil- finanzi, kemm kif jitmexxa l-Partit, kif ukoll fil-mod kif jitmexxa l-pajjiż. Jien inħeġġeġ lil kull min jista' jikkontribwixxi fil-maratona tal- PL, b'serħan il-moħħ li għal kull ewro, il-Partit mhux biss jagħti rendikont tal-infiq tiegħu, iżda wkoll jintefaq sabiex iwassal aktar il-messaġġ ta' viżjoni li l-Partit għandu għal pajjiżna; viżjoni li tista' biss tiġi implimentata jekk inkomplu naħdmu sabiex nirbħu l-elezzjoni li jmiss. Id-differenza bejn iż-żewġ partiti politiċi waqt il-maratoni Il-Partit Nazzjonalista għal darb'oħra se jkun qed jersaq quddiem in-nies biex jitlob aktar flus, minkejja li għal erba' snin sħaħ, il-flus li nġabru f 'maratona war'oħra, ma nafux x'sar minnhom Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 December 2025