Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991
opinjoni illum • IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 09 Shadow Minister għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd TONI BEZZINA F it-28 ta' Lulju li għadda, minn wara dahar kulħadd, il-Gvern Laburista bi skuża li jrid jipproteġi art agriko- la, daħħal fis-seħħ liġi biex ikun jista' jiddeċiedi hu jekk art agrikola privata għandhiex tibqa' tal-privat jew tittiħidlux mill-Gvern. Dan filwaqt li għalkemm, għal aktar minn darba, ipprova jagħmilha tal-paladin tad-delizzji, b'din il-liġi immina l-prattika tad-delizzji tradizzjonali tal-kaċċa u l-insib, kif ukoll tad-delizzju kulturali u soċjo-reliġjuż tal- ħruq tan-nar pirotekniku. Veru każ ta' Gvern li jurik id-debba u jqabbiżlek il-ħmara. Mill-banda l-oħra, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tisħaq li hija ċertament favur il-ħarsien ta' art agrikola u filwaqt li tirrikonoxxi l-protezzjoni ta' art agrikola bħala interess pubbliku, temmen ukoll li jrid jinstab bilanċ mat-tgawdija tal-prattika tad- delizzji tradizzjonali, kulturali, u soċjo-reliġjuż, flimkien mat- tgawdija ta' art privata. L-iskop aħħari ta' din il-liġi kellu jkun biex jissalvagwardja x-xogħol tal-bdiewa u r-raħħala, anke għall-fatt li hawn nuqqas kbir ta' art agrikola f 'pajjiżna. Però n-nuqqas ta' konsultazzjoni wassal biex ħoloq biża' u inċertezza kbira fost il-bdiewa u r-raħħala, fost proprjetarji oħra ta' art agrikola privata, kif ukoll fost diversi għaqdiet peress li l-Gvern ta poteri sproporzjonati u antikostituzzjonali lil aġenzija tal-Gvern, Riżorsi Agrikoli Malta, biex tagħmel pussess minn art agrikola tal-privat u tgħaddiha lil min trid hi. Għaqdiet tal-Kaċċaturi u Nassaba jiddiskrivu din il-liġi bħala waħda dittatorjali Diversi għaqdiet permezz ta' numru ta' stqarrijiet ikkontestaw din il-liġi, fosthom il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) li ddeskriviet dan l-aġir tal-Gvern bħala azzjoni antidemokratika, kważi dittatorjali, u wissiet li din il-liġi thedded id-drittijiet bażiċi ta' sidien rurali, kaċċaturi u nassaba, li fil-maġġorparti tagħhom huma bdiewa u raħħala, filwaqt li tpoġġi restrizzjonijiet bla bżonn fuq tradizzjonijiet li ilhom jeżistu sekli sħaħ. Anke l-Għaqda Kaċċaturi San Umbertu wriet it-tħassib serju tagħhom għal din il-liġi. Huwa ironiku kif il-Gvern, li tant dam jippontifika u jgħid li jrid iħares id-delizzji fil-Kostituzzjoni, l-unika liġi li daħħal kienet proprju għad-detriment propju ta' dawk li jipprattikaw id-delizzji tradizzjonali. Minkejja li l-Ministru Anton Refalo wegħedhom li sa Settembru kienu se jsiru l-emendi neċessarji qabel jidħlu fis-seħħ dawn ir- regolamenti, dan ma seħħx. Ħareġ ċar li din kienet biss mossa biex imewwet ir-rabja u t-tħassib ta' dawn l-għaqdiet u fl-istess ħin jagħmlilhom sarima ma' ħalqhom. Fost oħrajn, din il-liġi qiegħda tipperikola l-prattika ta' dawn id-delizzji tradizzjonali billi, fost oħrajn, allavolja għandek liċenzja biex iżżomm mansab, darba f 'sena trid jew ma tridx, ikollok taħartu. Dan barra l-fatt li skont dawn ir-regolamenti, dura jista' jgħidllek tħottha wara tletin ġurnata u jekk biċċa raba' tħalliha fl-istat naturali tagħha biex tkun tista' tipprattika d-delizzji tal-kaċċa u l-insib, jiġu kkunsidrati bħala attivitajiet li jrendu l-ħamrija mhux adattata għall-użu agrikolu. Għalhekk, dawn jiġi meqjusa bħala reati u jintlaqtu b'multi li jitilgħu sa €11,000 jew addirittura għat-teħid tal-art innifisha, anke jekk din tkun privata. Liġi li tista' teqred darba għal dejjem ix-xogħol pirotekniku Din il-liġi, minflok tipprovdi l-bilanċ neċessarju bejn is- salvagwardji tas-settur agrikolu u dak kulturali u soċjo-reliġjuż tax-xogħol pirotekniku, sfortunatament tista' twassal biex ix-xogħol pirotekniku — li hu ta' żvog għal eluf kbar ta' Maltin u Għawdxin, attrazzjoni turistika għal mijiet ta' eluf ta' turisti li jżuru pajjiżna kull sena, kif ukoll dħul finanzjarju kbir għal pajjiżna — jiġi kkunsidrat bħala illegali. Għalkemm il-ħruq ta' nar pirotekniku huwa attività limitata għal it ġranet fis-sena waqt iċ- ċelebrazzjoni tal-festa tar-raħal, dawn ir-regolamenti se jillimitaw — jekk mhux ukoll jeliminaw għalkollox — ċerti prattiċi marbuta mal-prattika ta' dan id-delizzju u tradizzjoni kulturali. Dan billi t-taħwil ta' kanen biex jinħaraq in-nar u l-użu ta' inġenji fl-għelieqi tal-ħruq biex tarma għall-ħarqa jistgħu jiġu kkunsidrati bħala attivitajiet li jrendu l-ħamrija mhux addattata għall-użu agrikolu, u għalhekk illegali. Dan flimkien ma' blast walls li jipprovdu kenn għad-dilettanti pirotekniċi waqt li jkun qed jinħaraq in-nar u containers fejn jinħażen ix-xogħol pirotekniku tul dik il-ġimgħa li tkun qiegħda tiġi ċċelebrata l-festa. Konsegwentement, id-dilettanti tal-piroteknika Maltija wkoll qed juru t-tħassib tagħhom għal din il-liġi għax qed iħossu li dawn ir-regolamenti huma nieqsa mill-bilanċ neċessarju bejn is- salvagwardji tas-settur agrikolu u r-realtajiet li huma marbutin mal- identità ta' pajjiżna. Liġi antikostituzzjonali li tagħti poteri eċċessivi lill- Gvern biex jaħtaf art privata Żewġ entitajiet oħra li wrew it-tħassib tagħhom għad-dħul fis- seħħ ta' din il-liġi mingħajr l-ebda konsultazzjoni kienu l-Kamra tal- Avukati u l-Kunsill Notarili. Il-Kamra tal-Avukati sostniet li l-Avviż Legali ħoloq inċertezza serja, u għadda s-setgħa lill- Awtorità biex tieħu art privata mingħajr skrutinju Parlamentari u mingħajr trasparenza. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Notarili sostna li dawn ir-regolamenti jmorru kontra l-prinċipju sagrosant tal- pussess u t-tgawdija tal-proprjetà privata, prinċipju fundamentali ssanzjonat mill-artikolu 33(a) tal-Kostituzzjoni ta' Malta kif wkoll ta' natura antidemokratika, billi jkissru l-bilanċ mitlub mil-liġi bejn il-Gvern u ċ-ċittadin, bilanċ espress mill-istess Kostituzzjoni ta' Malta. Dan anke għall-fatt li ngħataw ukoll poteri eċċessivi lill-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta biex takkwista, anke f 'ċirkostanzi mingħajr ma jkunu jafu is-sidien infushom, il-pussess temporanju ta' art u jqassmuha lil terzi, kontra r-rieda tas-sidien u b'mod xejn trasparenti. Bilanċ bejn il-protezzjoni ta' art agrikola, il-prattika ta' delizzji u t-tgawdija ta' art privata Il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni fil-Parlament biex temenda din il-liġi li daħħal il-Gvern Laburista biex iħares l-interessi tal-bdiewa imma anke l-prattika tad-delizzji tradizzjonali u kulturali, kif ukoll it-tgawdija ta' art privata. Għal darb'oħra, kellu jkun il-PN li fehem is-serjetà tal-problema, u filwaqt li ta widen għat-tħassib ta' dawk ikkonċernati, għamel dak li kellu jagħmel il-Gvern billi ressaq mozzjoni biex isiru emendi f 'din il-liġi. Dan wassal biex il-PN ressaq tliet emendi ċari u ġusti biex jitħarsu l-artijiet agrikoli, is-sidien u d-dilettanti billi titneħħa s-setgħa tal-Gvern li jaħtaf art privata ta' sidien rurali, tingħata protezzjoni għad-delizzji tradizzjonali li jiġu pprattikati fuq art agrikola, kif ukoll jitneħħew il-poteri eċċessivi tal-Aġenzija Riżorsi Agrikoli Malta li ngħatat id-dritt li takkwista pussess temporanju tal-art, bis- setgħa li tallokaha lil ħaddieħor. Għalkemm il-Partit Nazzjonalista dejjem kien favur li tissaħħaħ il-liġi tar-raba' u li l-art agrikola tkun protetta b'mod serju, jidher ċar li l-Gvern abbuża minn din l-intenzjoni biex jintroduċi liġi li tagħti s-setgħa lill-Istat li jitfa' jdejh fuq art privata mingħajr il-kunsens tas-sid. Din hija liġi perikoluża li ġġib inċertezza u biża' fost is-sidien, u l-PN mhux se jippermetti li l-Gvern jilgħab b'dawn id-drittijiet, li huma sagrosanti. Wara konsultazzjoni estensiva ma' għaqdiet, esperti u sidien ta' art, il-PN huwa deċiż li jkompli jipproteġi lill-bdiewa, lis-sidien u lid-dilettanti, jissalvagwardja d-delizzji tradizzjonali, kulturali, u soċjo-reliġjużi Maltin, jirrestawra l-bilanċ demokratiku li kisser il-Gvern, u jiżgura li l-Gvern ma jkunx jista' jaħtaf art privata bl- iskuża tal-protezzjoni. Il-PN qed jagħmel dak li suppost għamel il-Gvern mill-bidu — jisma', jikkonsulta, u jiddefendi d-drittijiet tan-nies. Il-Gvern irid jaħtaf art agrikola privata biex jagħtiha lil terzi Fl-istess ħin jattakka lid-delizzji tradizzjonali u kulturali Maltin tal-kaċċa, l-insib u l-ħruq tan-nar Il-liġi tagħti s-setgħa lill-Istat li jitfa' jdejh fuq art privata mingħajr il-kunsens tas-sid

