MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum 06 Fuq Xtra, Saviour Balzan jitkellem ma' Olaf McKay, is-Sindku tal- Belt Valletta fuq l-sfidi u l-kisbiet tal-kunsill 'Għamilt proposta ssir muniċipalità, Li tkun sindku ġej minn PL, tagħmel differenza għalik jew le? Ara, bħala esperjenza, ili sena u erba' xhur. L-esperjenza għallmitni li meta tiġi elett sindku ta' lokalità awtomatikament issir sindku tar- residenti kollha, bla kulur. Aħna naraw l-isfidi u l-opportunitajiet fil- Belt tagħna bla kulur, jien u sħabi u nagħmlu l-aħjar għar-residenti kollha. Inti s-sindku tal-belt kapitali, għandek ċerti miri u stennija mingħandek. Kif tista' tagħmel dan ix-xogħol fuq bażi part-time flimkien ma' xogħol ieħor? Il-wegħda tiegħi kienet li nipprijoritizza l-komunità, dik Beltija li għandha 5,000 resident. Fil-Belt huwa stmat li jidħlu mas-60,000 kuljum ġol-Belt. Tmienja minn kull 10 turist jidħol il-Belt allura jinħolqu dawn l-obbligi. Apparti minn hekk, hemm obbligi internazzjonali. Aħna jiġu pajjiżi oħrajn biex jagħmlu ġemellaġġ magħna, nilqgħu ħafna ambaxxaturi u naħdmu fuq proġetti diplomatiċi. Għandha sfidi wkoll. Jien għandi xogħol ieħor full-time. Fil-bidu kien iżjed iebes, però jien kull fejn inkun nagħti l-almu tiegħi. Inti għedt li għandek xogħol full-time u tiddedika l-ħin għall- kunsill. Fl-opinjoni tiegħek, għandu jkun hemm sistema fejn sindki ta' ċerti bliet li għandhom tant impenji jkunu full-time bħala segretarji eżekuttivi? Iva, naqbel miegħek. Infatti l-ewwel ħaġa li għamilt kien li tkellimt mal- Ministru Bonnici u tajtu l-proposta li l-Belt Valletta ssir muniċipalità. Status speċjali fejn tinqala' mir- reġjun. B'iktar riżorsi, b'sindku b'aktar ħin fuq idejh biex jilqa' għad- domanda u għall-impenji li għandha tal-Belt, u jkollu iktar ħin għall-Belt. Hemm ċerti talbiet tan-nies li mhumiex ġustifikati. Kif tittrattahom inti bħala sindku? Ikun hemm varjetà ta' talbiet. Kont qed nitkellem ma' kollega tiegħi fejn qabbilna r-rikjesti li deħlin għandna. Dan għaliex il- kunsill lokali huwa l-ewwel hub amministrattiv li r-residenti jiġu jressqu lmenti u suġġerimenti. Dan jiġri għax il-kunsill u s-sistema kif jinħadem, tagħmlu l-ewwel uffiċċju qabel il-membru parlamentari għax ir-residenti huma mdorrija jmorru għand il-kunsill lokali biex jgħaddu l-ilmenti tagħhom. L-obbligu tagħna huwa illi aħna nispjegaw fil-veru sens tal-kelma xi jrid isir, x'jista' jsir u x'ma jistax. Jien l-iktar ħaġa Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? L-ikbar inkwiet tiegħi jibqa' li nżommu bilanċ bejn il-progress u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Għal ħafna mill-kostitwenti, iż- żamma tal-indafa u d-dixxiplina fost l-oħrajn u ż-żamma tal-karattru raħli tal-lokalità. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-kunsill jaħdem biex kull żvilupp isir b'rispett lejn il-wirt storiku u l-ambjent naturali ta' Ħal Għargħur. Aħna ninsistu fuq konsultazzjoni, infurzar tar-regolamenti u inizjattivi li jħarsu spazji urbani u siti ta' importanza storika. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Wieħed mill-ispazji miuħa li joffri żona ta' rikreazzjoni fost l-oħrajn huwa l-belveder magħruf bħala 'Top of the World' u l-ġonna fi ħdan il-lokal. Għaldaqstant, qed naħdmu biex nipproteġu dawk eżistenti u, fejn possibbli, noħolqu oħrajn ġodda għall- familji u ż-żgħażagħ. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Il-prijorità għandha tkun li l-kwalità ta' ħajja tar-residenti tibqa' titjieb, flimkien mal- lokalità nfisha, filwaqt li nkompli nħarsu l-identità unika li ħallewlna ta' qabilna. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Hemm proġetti ta' titjib ta' toroq u sqaqien, riġenerazzjoni ta' spazji pubbliċi, inizjattivi ambjentali u attivitajiet soċjali u kulturali biex insaħħu s-sens ta' komunità u nkomplu nikkultivaw il-wirt storiku li għandna. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Nixtieq nara aktar faċilitajiet għaż-żgħażagħ u servizzi soċjali li jindirizzaw il-bżonnijiet ta' kulħadd, inklużi l-anzjani. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Filwaqt li hemm koperazzjoni, ħafna drabi l-kunsilli lokali jkollhom riżorsi limitati. L-isfidi jkunu dejjem preżenti imma b'sinerġija mad-dipartimenti ċentrali dawn jistgħu jiġu limitati. X'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Inħares b'mod pożittiv ħafna lejn l-involviment taż-żgħażagħ. It-tnaqqis tal- età minima joffri opportunità biex jinġiebu ideat ġodda u enerġija friska fil-kunsilli lokali. Importanti li jkun hemm gwida u sapport adegwat. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? L-ikbar sodisfazzjon hu li nservi lir- residenti ta' Ħal Għargħur, nisma' u nattwa flimkien mar-residenti biex flimkien inġibu bidla pożittiva li tinħass fil-ħajja ta' kuljum u tal-lokal innifsu. 'Il-prijorità għandha tkun li l-kwalità ta' ħajja tar- residenti tibqa' titjieb' Il-gazzetta ILLUM tkompli bis- sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. Din il-ġimgħa, niltaqgħu ma' Mariah Meli, is-Sindku ta' Ħal Għargħur. Ħal Għargħur huwa raħal żgħir u pittoresk fil- parti ċentrali tat-Tramuntana ta' Malta, magħruf għall-atmosfera kwieta u r-rabta qawwija tiegħu man-natura u l-komunità. Minkejja d-daqs relattivament żgħir tiegħu, ir-raħal għandu identità distinta, b'għadd ta' toroq dojoq, veduti miftuħa lejn il-widien tal-madwar, u sens qawwi ta' għaqda fost ir-residenti. Il-knisja parrokkjali ddedikata lil San Bartilmew hija ċ-ċentru spiritwali u soċjali tar-raħal, u tilgħab rwol importanti fil-ħajja lokali, speċjalment waqt il-festa titulari. MINUTA MAS-SINDKI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 December 2025