Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184
08 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum opinjoni "L-investiment fil- futur ta' pajjiżna huwa dritt ta' kull wieħed u waħda minna u nħallsu għalih mit-taxxi tagħna" Q ed noqorbu lejn it-tmiem ta' sena oħra u wasal iż-żmien fejn ix-xogħol għal bosta minna jitbatta sabiex inkunu nistgħu ngawdu it żmien mal- għeżież tagħna. Dan huwa wkoll mument tajjeb sabiex nirriflettu fuq is-sena li għadha kif għaddiet u naħsbu it dwar f 'liema direzzjoni nixtiequ nimxu matul is-sena li ġejja. Fir- rwol tiegħi ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit, inħoss li qabel kollox għandi l-obbligu li neżamina l-qagħda kemm tal-partit innifsu, iżda wkoll, ġaladarba l-Partit Laburista ġie fdat sabiex imexxi pajjiżna, tal-prestazzjoni tal-Partit fit-tmexxija ta' pajjiżna. L-ewwel indikatur ta' suċċess fil-prestazzjoni, kemm fit-tmexxija tal-pajjiż, kif ukoll tal-Partit, hija l-ħila li mhux biss wieħed ikompli jwettaq l-amministrazzjoni ta' kuljum b'mod kompetenti, iżda wkoll li jwettaq investiment adegwat sabiex ikompli jikseb suċċess fis-snin ta' wara. M'hemmx dubju li t-tmexxija kurrenti ta' pajjiżna hija ta' suċċess — il-qagħad jinsab f 'minimi storiċi, il-ħaddiema jgawdu minn żidiet spissi fil-pagi li jippermettulhom itejbu l-kwalità tal-ħajja, u l-Gvern Laburista, iggwidat minn prinċipji soċjalisti, qed jiżgura li l-ġid jiġi distribwit b'mod ekwu fost il-faxex tas-soċjetà sabiex ħadd ma jibqa' lura. Xhieda ta' dan huwa l-fatt li 62% tal-miżuri mħabbra waqt il-baġit ippreżentat sena ilu u mwettqa matul din is-sena kienu ta' natura soċjali. Dawk kienu jikkonsistu f 'żidiet u titjib f 'għotjiet u għajnuniet oħra mogħtija skont il-ħtieġa tal-persuni milquta. Tajjeb niakru li kuntrarju għal dak li kien jiġri fil-passat, Gvern Laburista qed iwettaq dak li jwiegħed; matul din is-sena, rekord ta' 86% tal-miżuri mħabbra fil- baġit ġew implimentati. L-investimenti f 'pajjiżna kienu diversi u jkopru s-setturi kollha tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna. Ninsab partikolarment kburi bl-investimenti fil-qasam soċjali, fosthom bil-bini ta' appartamenti ġodda għall-akkomodazzjoni soċjali u titjib f 'dawk eżistenti sabiex isiru iktar aċċessibbli għal dawk b'inqas mobbiltà. L-investiment fil-ħtieġa tal- anzjani tagħna kien b'saħħtu; bosta ċentri ġew rinnovati u attrezzati aħjar filwaqt li nfetaħ ċentru ġdid fl-Isla. Issoktat ukoll il-ħidma fuq investimenti fil-qasam tas-saħħa, fosthom bit-tkabbir tad-Dipartiment tal-Emerġenza u l-ħolqien ta' ċentru psikjatriku akut. L-investiment fl-ekonomija ma naqasx, b'ħidma fiż-żoni industrijali u għajnuna sabiex kumpaniji barranin bħal Baxter u ST Microelectronics ikomplu jinvestu f 'pajjiżna. Dawn kienu kkumplimentati b'ħidma mmirati lejn oqsma speċifiċi, fosthom agrikoltura, sajd u snajja', kif ukoll b'ħidma sabiex intejbu l-provista tal-enerġija. Inħarsu 'l quddiem lejn is-sena li ġejja u l-baġit li ġie mħabbar xahar u nofs ilu jurina biċ-ċar li pajjiżna se jkompli fuq l-istess binarju. L-attenzjoni ta' bosta kienet fuq l-iktar miżuri li se jwasslu għal għajnuna diretta għall-familji tagħna, it-tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul u ż-żieda fiċ- Children's Allowance, iżda dawn ma kinux l-uniku miżuri soċjali mwettqa mill-Gvern Laburista f 'dan il-baġit. Diversi miżuri huma indirizzati lejn l-anzjani, persuni b'diffikultajiet mediċi, kif ukoll lejn setturi bi ħtiġijiet partikolari fosthom studenti Għawdxin li jistudjaw Malta. L-investiment fil-futur ta' pajjiżna kien prominenti f 'kull aspett ta' dan il-baġit, bit-tema prinċipali tkun dik li ninvestu sabiex intejbu l-produttività u l-kwalità. Hekk kif ilħaqna sitwazzjoni fejn f 'pajjiżna għandna xogħol għal kulħadd, anzi rridu nilqgħu fostna ħaddiema barranin minħabba li m'hemmx biżżejjed ħaddiema lokali sabiex iwettqu x-xogħlijiet kollha, irridu nattrezzaw irwieħna sabiex fejn huwa possibbli naraw li l-ħaddiema jsiru iktar effiċjenti u b'hekk nevitaw li nkomplu nżidu l-ħtieġa ta' iktar ħaddiema barranin. Dan qed nagħmluh mhux b'xi disprezz lejn dawn il-ħaddiema, iżda għaliex nagħrfu li żieda qawwija fil- popolazzjoni tista' twassal għal piż kbir fuq l-infrastruttura ta' pajjiżna. Dan japplika wkoll fis-settur tat-turiżmu fejn irridu ninvestu sabiex minflok ma nattiraw numru dejjem jikber ta' turisti nibdew nindirizzaw l-isforzi tagħna sabiex ikollna turisti li jħallu qligħ ikbar fl-ekonomija. Din is-sena kienet ukoll sena ta' ħidma intensiva għall-Partit Laburista, fejn proprju it ġimgħat ilu lqajna fostna għall-ewwel darba rappreżentanti minn partiti bi twemmin soċjalista minn madwar id-dinja f 'laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tas-Socialist International. Komplejna wkoll bil-ħidma sabiex insaħħu l-istrutturi interni u nagħtu iktar lok għal parteċipazzjoni mill-friegħi kollha tal-Partit. Il-kumitati lokali għandhom iktar setgħa sabiex iressqu mozzjonijiet fuq temi li jaffettwaw il-belt jew raħal tagħhom biex jagħmel l-investimenti meħtieġa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista sabiex ikompli jilqa' għall-isfidi tal-ġejjieni. Dawn kienu jinkludu t-tagħmir tas-sala fejn jiġu mwettqa l-attivitajiet prinċipali b'sistema tal-arja kkundizzjonata u xogħol fuq il-faċċata, il-landscaping, l-aluminju u l-gallarija prinċipali minn fejn il-mexxej tagħna jħabbar ir-rebħa wara kull elezzjoni li tkun ta' suċċess. Dawn ix-xogħlijiet ġew imwettqa f 'mument propizju hekk kif iċċelebrajna 30 sena mill-uħ taċ-Ċentru Nazzjonali. L-investiment fil-futur ta' pajjiżna huwa dritt ta' kull wieħed u waħda minna u nħallsu għalih mit-taxxi tagħna, iżda l-ikbar garanzija li nistgħu niksbu sabiex inkomplu niksbu suċċess hija billi niżguraw li l-Partit Laburista jibqa' b'saħħtu u jkompli jkun vuċi soda għaċ-ċittadin bl-aqwa proposti għat-tmexxija ta' pajjiżna. Biex il- Partit ikun jista' jiffunzjona jeħtieġ li lkoll nagħtu kontribut żgħir sabiex inkopru l-ispejjeż meħtieġa għall-ħidma li nwettqu. Għalhekk nixtieq mill-ġdid ngħid grazzi kbira mill-qalb lil kull wieħed u waħda minnkom li taw il-kontribut tagħhom fil-maratona rekord ta' ġbir ta' fondi li kellna it ġranet ilu fejn ġbarna s-somma sabiħa ta' €1,130,016. Flimkien inkomplu nissaħħu L-investiment fil-futur ta' pajjiżna kien prominenti Membru tal-Parlament Ewropew u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Partit ALEX AGIUS SALIBA

