MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542274

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Ir-riżoluzzjonijiet tal-ewwel tas-sena tal-Maltin Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' diversi personalitajiet Maltin fuq ir-riżoluzzjoniet tagħhom għall-2026 Sandra Gauci Iċ-Chairperson tal-Partit Aħdar ADPD u għalliema Sandra Gauci rebħet il-qlub ta' ħafna żgħażagħ fuq il-media soċjali, anke ta' dawk li ma jaqblux magħha politikament. Fost is-segwaċi tagħha, il-maġġoranza għandhom ammirazzjoni għal Gauci għall-onestà u l-karattru ferrieħi tagħha. Sandra qasmet mal-gazzetta r-riżoluzzjonijiet tagħha għas-sena d-dieħla li tnaqqas il-ħin minn fuq il- mowbajl, li tinstema' impossibbli għal influencer li ħafna jkunu qed jistennew il- programm tagħha ABS News. Riżoluzzjoni oħra ta' Gauci hija li tiekol iżjed ikel bnin. Din tinstema' iżjed possibbli, u bl-għajnuna tal-Fish Fridays fl-iskola tista' ssir realtà. Arnold Cassola Il-fundatur u ċ-chairperson tal-Partit Momentum u Professur Arnold Cassola għandu lista ferm itwal u niggieża ta' riżoluzzjonijiet għas-sena d-dieħla. L-ewwel riżoluzzjoni ta' Cassola kienet ispirata mill-imħabba ta' Jason Micallef għall-ġurnaliżmu lokali fejn Cassola qal li jwiegħed li se jwieġeb "no comment" tal- inqas darba sabiex "nara kif inħossni meta nħalli n-nies jistaqsu x'naħseb verament." Cassola qal li jixtieq ikun aktar paċenzjuż man-nies li huma żbaljati. Hu qal li mhux dejjem kien l-iżjed persuna paċenzjuża dawn l-aħħar 40 sena, imma se jipprova. Fl-aħħar, Cassola qal li se jipprova ma jkunx l-ewwel wieħed fil-kju sabiex jinżel mill-ajruplan. Forsi sabiex ikollu iżjed ħin iċapċap kif l-ajruplan imiss l-art. Marie Louise Coleiro Preca Il-President Emeritus u attivista soċjali tkellmet fuq ir-riżoluzzjonijiet tagħa, bl-ewwel waħda li jkun hemm xogħol bla waqfien fuq Ta' Saura, li qiegħed fil- proċess li jsir empowerment hub għat-tfal mill-Malta Trust Foundation. "Inħoss taħlita ta' eċitament u ansjetà pożittiva u sens ta' għaġla biex nibdew inżidu aktar tfal u żgħażagħ b'diżabilità biex jibbenefikaw mis-servizzi ta' The Malta Trust Foundation," esprimiet Coleiro Preca. Hija qalet ukoll li tixtieq li jkollha aktar ħin biex twettaq dak kollu li hi temmen huwa meħtieġ b'risq it-tfal tal-Mediterran permezz tal-Mediterranean Children's Movement. Andre Callus L-attivist ambjentali Andre Callus, li din is-sena rċieva dottorat fix-xjenzi soċjali honoris causa, qal li r-riżoluzzjoni tiegħi għas-sena d-dieħla huma li jagħraf is- sabiħ u t-tajjeb, bħall-kura u l-imħabba li hemm lest li jagħtu lil ħaddieħor u kif dawn jistgħu jkunu ta' forza għal bidla pożittiva kemm f 'Malta kif ukoll fid-dinja. Hu qal li din ir-riżoluzzjoni qed jagħmilha fid-dawl tal-kuntest kemmxejn negattiv fuq livell mondjali fejn hemm min mejjet għal qatra u min mejjet fis- sakra. Dan kollu riżultat tal-gwerrer, ġenoċidji u r-riħ tal-faxxiżmu dejjem issir iktar u iktar b'saħħtu, spjega Callus. Kitba ta' Ilenia Debono L-Istrina tiġbor €5.7 miljun b'risq il-Community Chest Fund L-Istrina reġgħet lura għat-30 edizzjoni tagħha, bil-għan li tappoġġja pazjenti u familji li qed jiffaċċjaw mard serju Il-ġbir ta' fondi magħruf ma' kull familja Maltija l-għada tal-Milied, L-Istrina, ġabret is-somma ta' €5.7 miljun b'risq il-Community Chest Fund, somma ikbar minn tas-sena l-oħra. L-Istrina, l-akbar avveniment annwali ta' karità f 'Malta, bdiet f 'nofsinhar l-għada tal-Milied, li jimmarka t-30 edizzjoni tal- maratona popolari Boxing Day b'risq il-Community Chest Fund. Ix-xandira diretta ta' 12-il siegħa baqgħet għaddejja sa nofsillejl mill-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop u xxandret fl- istess ħin fuq diversi stazzjonijiet televiżivi ewlenin, fosthom TVM, NET, ONE, F Living, Xejk TV u UTV Malta. L-avveniment sar tradizzjoni twila ta' Boxing Day għal ħafna djar Maltin sa minn meta saret l-ewwel darba fl-1995. Din is-sena, il-maratona ġiet miftuħa uffiċjalment mill-President Myriam Spiteri Debono, flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg u l-Arċisqof Charles Scicluna. Kif ġara fl-edizzjonijiet preċedenti, il-programm inkluda wirjiet mużikali ħajjin, sezzjonijiet ta' divertiment u dehriet ta' personalitajiet pubbliċi. Il-fondi miġbura waqt L-Istrina jmorru biex jappoġġjaw pazjenti u familji li qed jittrattaw kundizzjonijiet mediċi serji u ta' spiss ta' theddida għall-ħajja, inkluż il- kanċer, u jkopru l-ispiża tal-kura barra minn Malta meta jkun meħtieġ. L-edizzjoni tas-sena li għaddiet ġabret €5.2 miljun, filwaqt li fl-2018 inġabru rekord ta' €7 miljun. Qabel il-maratona, l-organizzaturi qajmu kuxjenza dwar diversi każijiet li ngħataw appoġġ mill-Community Chest Fund. Dawn jinkludu lil Thiago ta' 13-il sena, li regolarment jivvjaġġa lejn ir-Renju Unit għal trattament għal kundizzjoni rari li taffettwa l-viżjoni tiegħu, u lil Yasmeen ta' 16-il sena, li qattgħet kważi sena fir-Renju Unit tirkupra minn operazzjoni għal tumur tal-moħħ qabel ma reġgħet lura Malta biex tkompli l-istudji tagħha f 'MCAST. L-Istrina, ġabret is-somma ta' €5.7 miljun (Ritratt: L-istrina/Facebook)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 December 2025