Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542274
Il-kumpaniji maġġuri kollha tal- films diġà għandhom skjerati l-produzzjonijiet tagħhom bid- dati tal-ħruġ. Uħud minnhom li għadhom mhux kompluti se joħorġu lejn l-aħħar nofs tas- sena. Dejjem jinqalgħu xogħlijiet oħrajn li joħorġu ħabta u sabta matul is-sena u li s'issa mhumiex fil-lista, speċjalment films barranin li aktarx jirbħu xi unuri ġo festivals varji, jew jagħmlu suċċess finanzjarju f 'postijiet speċifiċi u b'hekk jattiraw lill- esibituri ta' Hollywood u lil dawk il-pajjiżi li jiddependu sewwa mill-produzzjonijiet ta' din il- belt rinomata taċ-ċinema. It-tendenza se tibqa' l-istess bħal f 'dawn l-aħħar 10 snin – xogħlijiet li marru tajjeb se jkollhom sequels, prequels, reboots, u attentati ġodda biex produzzjonijiet ta' bosta snin ilu jerġgħu jinħadmu aktarx b'aspett ġdid li jirrifletti l-kultura tal-preżent. F'din il-kategorija nsibu ruxxmata films tal-biża' u t-twerwir li jinħadmu b'baġits żgħar, b'atturi aktarx żgħażagħ u mhux daqshekk magħrufin, li kważi dejjem jagħmlu profitti sostanzjali. Il-films epiċi u kolossali, jiġifieri l-blockbusters nistennewhom dejjem qabel il-festa tal-Għid, fil- bidu tas-sajf sa Settembru, perjodu finanzjarju qawwi fl-Amerka u l-Kanada u fi żmien l-Avvent u l-festi tal-Milied. Żgur mhux se jonqsu l-produzzjonijiet animati tant popolari mal-familji li wħud minnhom irendu profitti kbar. Fil-preżent, films ta' dan il-ġeneru qed jinħadmu minn kullimkien u anki hawn Malta, matul is-sena li għaddiet, ħarġu bosta minnhom minn pajjiżi diversi li baqgħu jintwerew għal ġimgħat sħaħ. F'dan ir-rapport pjuttost qasir li żgur li hu 'l bogħod milli jkun konklussiv, se nikkummenta dwar xi films li nistgħu naraw xahar wara xahar. JANNAR 2026 – Is-sena se tibda bil-film tal-biża' Soulm8te. Dan hu thriller erotiku tax-xjenza fittizja mnissel mis-serje M3gan. L-avvenimenti ta' Greenland 2: Migration iseħħu f 'dinja distopika meqruda minn kometa. Il-qofol hu vjaġġ perikoluż matul Ewropa mħarbta biex dawk li salvaw isibu fejn jabitaw. Film ieħor tal-biża' hu Primate fejn xadina (chimpanzee) f 'post tropikali ma' familja ssir vjolenti meta tingidem minn annimal marid bl-idrofobija. 28 Years Later: e Bone Temple, ukoll ambjentat f 'dinja apokaliptika jkompli eżatt kif spiċċa 28 Years Later li rajnieh xi xhur ilu. Mercy hu thriller tax-xjenza fittizja dwar investigatur mixli li qatel lil martu bil-verdett tiegħu jinaqata' minn imħallef bl-AI. Inkomplu bil-film tal-biża' Send Help fejn waħda ħaddiema u l-imgħallem tagħha jkunu tturufnati fuq gżira u waqt li jippruvaw isalvaw toħloq tensjoni kbira bejniethom. Jason Statham hu l-protagonist tat-thriller Shelter. Inżid ukoll Return To Silent Hill, it-tielet episodju tas-serje Silent Hill ibbażat ukoll mil-Logħba Video Silent Hill 2. FRAR – Wara li it ilu ħareġ e Strangers Chapter 2, issa jmiss e Strangers Chapter 3 li wkoll hi produzzjoni tal-biża'. L-ewwel film animat għas-sena l-ġdida jidher li se jkun Goat dwar mogħża li qed taspira li tkun l-aqwa ta' kull żmien fi sport fittizju ġdid. Cold Storage hija kummiedja b'fil tal-biża' dwar fungu parasitiku li joħroġ minn bażi militari abbandunata. Psycho Killer hu thriller tal-biża' dwar ħalliel gwapp imlaqqam e Satanic Slasher. Wuthering Heights hu xogħol gotiku, erotiku, dramm psikoloġiku, ispirat b'xi mod minn rumanz klassiku ta' Emily Bronte tal-1847. riller tal-kriminalità hu Crime 101. Is- suċċess tas-sensiela Scream twassal għas-7 episodju, Scream 7. Imħolli barra mill-wirt sa mit-twelid mill- familja sinjuruna u bi mneħirhom imxammar tiegħu, il-ħaddiem Becket Redfellow deċiż li jieħu dak li ħaqqu u ħadd minn qrabatu mhu se jżommu. Din hi l-istorja ta' How To Make A Killing. MARZU – Dan ix-xahar jiaħ bil-film animat ta' Walt Disney, Hoppers li se jkun wieħed mill- attrazzjonijiet ta' żmien il-Għid. e Bride! hu ispirat mill-film tal- 1935, e Bride Of Frankenstein. e Breadwinner hi kummiedja Amerikana u Project Hail Mary jinzerta xogħol tax-xjenza fittizja, l-istess bħal e Dog Stars però ambjentat f 'dinja apokaliptika. Produzzjoni oħra tal-biża' hi ey Will Kill You fejn seura tidħol f 'appartament ta' bini għoli li fih, matul is-snin, diversi persuni sparixxew. APRIL – Wara s-suċċess fenominali ta' e Super Mario Brothers Movie, is-sequel ukoll animat jismu e Super Mario Galaxy Movie. Ready Or Not 2: Here I Come hi kummiedja b'tonijiet oskuri. You, Me & Tuscany hija kummiedja romantika. Nistennew xogħol ieħor tal-biża' b'e Mummy. Speċi ta' kummiedja wkoll oskura hi 4 Kids Walk Into A Bank. Michael hu film bijografiku mużikali dwar il-kantant Amerikan Michael Jackson. e Devil Wears Prada 2 hu sequel tal-film tal-2005 kważi bl-istess kast. MEJJU – Kummiedja oħra b'atmosfera misterjuża hi e Sheep Detectives ibbażata minn fuq rumanz tal-2005 intitolat ree Bags Full. Is God Is hu thriller kommoventi dwar żewġt ibniet bi ħruq f 'ġisimhom li jisfigurawhom ikkawżati minn missierhom u ommhom li qiegħda fis-sodda tħeġġiġhom biex joqtluh. e Mandalorian And Grogu hu blockbuster mislut mis-sensiela Star Wars u mis-serje tat-TV e Mandalorian. Finding Emily, kummiedja romantika Brittanika tittratta t-tfittxija ta' mużiċist żagħżugħ għat-tfajla ta' qalbu wara li jingħata indirizz ħażin. 14 films IL-ĦADD 28 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Films li nistgħu naraw fl-2026 L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Super Mario Galaxy Movie

