Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera hija l-preferuta tal- Gvern Laburista għal kariga ta' Prim Imħallef. Kariga li ħa tkun vaganti mill-Prim Imħallef Mark Grech li jispiċċa bl-età (68 sena) fi Frar li ġej. Il-kariga trid tiġi aċċettata u maqbula bejn iż-żewġ naħat tal- kamra tar-rappreżentanti u jkollha l-appoġġ ta' tliet kwarti mill-kamra. Scerri Herrera għandha 60 sena u hija kkunsidrata bħala waħda mill-iktar imħallfin kapaċi, u li għandha l-fiduċja tal-Gvern u ta' ħafna kollegi fil-ġudikatura. Iżda minkejja dan għandha problema man-Nazzjonalisti akkaniti, fosthom nies bħall-Avukat Edward Debono li huwa mdaħħal fit-tmexxija tal-PN u li huwa rikonoxxut bħala Nazzjonalist tal-antik b'lanżita kontra kull min huwa remotament Laburist jew konness mal-Labour. Scerri Herrera tiġi oħt l-Eks Ministru Laburista Jose Herrera u t-tifla tal-mibki l-Imħallef Joseph Herrera. Hija magħrufa bħala persuna effiċjenti immens u ċara fit-tfassil ta' deċiżjonijiet fil-Qorti. Kienet il-mira ta' attakki personali u malizzjużi mill-bloger Daphne Caruana Galizia snin ilu. Caruana Galizia kienet għamlet kantaliena ta' attakki fuq Scerri Herrera u pinġietha bħala persuna xxellerata minħabba li kienet tagħmel ħafna riċevimenti d-dar tagħha. Il-kritika skabruża ta' Caruana Galizia kienet marbuta ma' inċident fejn Lou Bondi, dakinhar kritiku kbir tal-Partit Laburista, u l-partner tiegħu li kienu mistiedna għall-ikel fid-dar ta' Consuelo Scerri Herrera u li kienu kixfu xi ntqal f 'konverżazzjoni privata dwar tilwim personali fid-dar ta' Caruana Galizia lil Caruana Galizia. Dan l-episodju wassal biex Caruana Galizia tinfexx f 'attakki insensati fuq medda ta' ġimgħat sħaħ kontra Scerri Herrera. Minkejja li għadda ż-żmien, Scerri Herrera ġiet ittimbrata ma' gruppi li kien ġew maħluqa wara l-qtil ta' Caruana Galizia fis-16 ta' Ottubru, 2017. Fil-ġurnata tal-qtil ta' Caruana Galizia, Scerri Herrera kienet il-maġistrata tal-għassa u kienet hi li waslet fuq il-post tal- inċident. Scerri Herrera kienet għażlet li tirrikuża ruħha bħala l-Maġistrat f 'dan il-każ minħabba dak li ġara. Minkejja kollox, Scerri Herrera kompliet b'xogħolha u maż-żmien kienet tispikka għall-ħeffa li kienet toħroġ biha u għad-deċiżjonijiet mirquma li tieħu. Anke fil-każ ta' inkjesti maġisterjali kienet imfakkra għall-effikaċità fil- konklużjonijiet tagħha. Dan kollu iżda mhux se jikkonvinċi lill-Partit Nazzjonalista li għadu maħkum minn influwenza estremista tas-segwaċi u ammiraturi ta' Caruana Galizia li huma xprunati mill-kultura anti- Labour. www.illum.com.mt NRU 996 €1.50 IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNA 4 CONSUELO SCERRI HERRERA HIJA L-PREFERUTA GĦAL PRIM IMĦALLEF … IMMA MHUX ĊERT JEKK IL-PN JAĊĊETTAX IN-NOMINA TAGĦHA IL-LETTRIĊI VALENTINA CASSAR TIDDISKUTI L-AZZJONIJIET RIĊENTI TA' DONALD J. TRUMP Consuelo Scerri Herrera (lemin) tidher iktar preferuta minn Edwina Grima (xellug) u Wenzu Mintoff Tifla mkeċċija mill- iskola ta' San Miguel f'Pembroke wara li ommha kkonfrontat lill-kap tal-iskola meta waslet id-dar b'sieq miksura ILENIA DEBONO Tifla li kienet tattendi l-iskola ta' San Miguel f 'Pembroke – li toffri edukazzjoni għal tfal b'diżabbilità bejn it-tlieta u l-10 snin – ġiet imkeċċija mill-iskola wara li l-omm qajmet ilment mal- amministrazzjoni meta t-tifla tagħha marret lura d-dar b'sieq miksura. Tifla mkeċċija mill-iskola wara li allegatament kisret sieqha l-iskola
