MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 • illum opinjoni "Jekk irridu soċjetà li tħares lejn il-futur b'responsabbiltà, irridu nagħrfu li l-ambjent, l-edukazzjoni, ix-xogħol u s-saħħa mentali huma marbuta bejniethom" F 'Malta, pajjiż żgħir u den- sament popolat, il-kwalità tal-atmosfera u tal-amb- jent li ngħixu fih qed tħalli impatt dejjem aktar qawwi fuq is-saħħa mentali tal-poplu. Din mhijiex biss kwistjoni ambjentali jew ta' infrastruttura, iżda waħda soċjali, edukattiva u tas-saħħa pubblika. L-effetti qed jinħassu f 'kull saff tas-soċjetà: fost l-anzjani, il-popolazzjoni li taħdem, l-istudenti, l-edukaturi, il-professjonisti tas-saħħa u anke fl-iskejjel stess. Din hija realtà li teħtieġ riflessjoni serja u azzjoni konkreta. Il-klima Mediterranja ta' Malta, li storikament kienet meqjusa bħala vantaġġ, illum qed issir sors ta' sfida. Is-sħana estrema u dejjem tikber tas-sajf, flimkien ma' umdità għolja u nuqqas ta' ventilazzjoni adegwata f 'ħafna bini, qed taffettwa direttament il- benesseri mentali tan-nies. Iljieli sħan u bla serħan qed ifixklu l-irqad, u nuqqas ta' rqad huwa marbut direttament ma' stress, anzjetà, irritabilità, u tnaqqis fil- kapaċità konjittiva. L-anzjani huma fost l-aktar vulnerabbli. Ħafna jgħixu fi djar antiki, mingħajr insulazzjoni jew sistemi moderni ta' tkessiħ, u spiss waħedhom. Is-sħana qawwija, flimkien ma' storbju kostanti mit-traffiku u l-kostruzzjoni, tista' twassal għal konfużjoni, anzjetà, u sens ta' nuqqas ta' sigurtà. Dawn il-kundizzjonijiet iżidu wkoll l-iżolament soċjali, li hu fattur ewlieni fid-deterjorament tas- saħħa mentali fost l-anzjani. Il-pressjoni ambjentali ta' kuljum Il-pajjiż li jaħdem qed jaffaċċja pressjoni ambjentali kontinwa. Sigħat twal fit-traffiku, arja mniġġsa u sħana qawwija jfissru li ħafna ħaddiema jaslu fuq il-post tax-xogħol diġà fi stat ta' għeja u frustrazzjoni. Ħaddiema li jaħdmu barra – fil-kostruzzjoni, fit-turiżmu, fis-servizzi pubbliċi u fit-trasport – huma esposti direttament għall-elementi, b'riskju akbar ta' stress kroniku u burnout. Anke dawk li jaħdmu f 'uffiċċji spiss isibu ruħhom f 'ambjenti magħluqa b'ventilazzjoni fqira, li jaffettwaw il-konċentrazzjoni, il-produttività, u l-burdata. Dawn l-istess kundizzjonijiet qed jolqtu wkoll l-istudenti u s-settur edukattiv. Ħafna skejjel f 'Malta jinsabu f 'bini antik, bi klassijiet iffullati u sistemi ta' tkessiħ jew ventilazzjoni limitati. Is-sħana fil-klassijiet taffettwa l-attenzjoni, il- memorja, u l-kapaċità tat- tagħlim tal-istudenti, filwaqt li żżid l-irritabilità u l-istress. Għal studenti li diġà qed jaffaċċjaw pressjoni akkademika u sfidi emozzjonali, dawn il- kundizzjonijiet ambjentali jistgħu jkomplu jaggravaw l-ansjetà u l-problemi ta' saħħa mentali. Fl-istess ħin, l-edukaturi qed iġorru piż doppju. Minbarra r-responsabbiltà edukattiva tagħhom, qed jaħdmu f 'kundizzjonijiet li spiss mhumiex ideali għall- benesseri mentali. Klassijiet sħan, storbju ambjentali u pressjoni biex jintlaħqu miri edukattivi qed iwasslu għal livelli ogħla ta' stress u għeja emozzjonali fost l-għalliema u l-edukaturi, b'konsegwenzi fuq is-sistema edukattiva kollha. Ma nistgħux ninjoraw lanqas l-impatt fuq il-professjonisti tas-saħħa. Dawn il-professjonijiet diġà huma fost l-aktar stressanti, u meta jkunu kkombinati ma' kundizzjonijiet ambjentali diffiċli – sħana, arja mniġġsa, u infrastruttura taħt pressjoni – ir-riskju ta' burnout u problemi ta' saħħa mentali jiżdied b'mod sinifikanti. F'sistema tas-saħħa li trid tibqa' tiffunzjona b'mod effiċjenti, il-benesseri mentali tal- ħaddiema tagħha huwa kruċjali. Problema trasversali għal dawn il-gruppi kollha hija t-tniġġis tal-arja, marbut ma' traffiku eċċessiv u attività intensiva tal-kostruzzjoni. Riċerka internazzjonali turi li esponiment fit-tul għal arja mniġġsa huwa assoċjat ma' żieda fid-dipressjoni, fl-anzjetà u fi problemi konjittivi. F'Malta, fejn l-ispazju huwa limitat u l-konġestjoni għolja, dan l-effett qed jinħass b'mod aktar akut. Il-bidla fil-klima u soluzzjonijiet olistiċi, fit-tul Barra minn hekk, il-bidla fil-klima qed toħloq sens dejjem jikber ta' inċertezza u tħassib dwar il-futur. Dan qed jaffettwa b'mod partikolari lill-istudenti u liż-żgħażagħ, li qed jikbru b'biża' reali dwar il-kwalità tal-ħajja tagħhom fil-futur, iżda wkoll lill- adulti u lill-anzjani li jinkwetaw dwar is-sigurtà u l-istabbiltà tas-soċjetà. Fid-dawl ta' dan kollu, huwa ċar li s-soluzzjonijiet iridu jkunu olistici u fit-tul. Hemm bżonn ta' investiment serju fi skejjel aktar sostenibbli u adattati għall- klima, b'ventilazzjoni u tkessiħ adegwati. Hemm bżonn ta' spazji ħodor madwar skejjel, postijiet tax-xogħol u komunitajiet, biex jinħoloq ambjent li jtaffi l-istress. Il-politiki kontra t-tniġġis u t-traffiku jridu jkunu kuraġġużi u effettivi, filwaqt li s-saħħa mentali trid tkun parti integrali mill- ippjanar ambjentali, edukattiv, u tas-saħħa. Il-kwalità tal-atmosfera f 'Malta hija rifless dirett tal-prijoritajiet tagħna bħala nazzjon. Jekk irridu soċjetà li tħares lejn il-futur b'responsabbiltà, irridu nagħrfu li l-ambjent, l-edukazzjoni, ix- xogħol u s-saħħa mentali huma marbuta bejniethom. Li ninvestu f 'atmosfera aħjar ifisser li ninvestu fil-benesseri mentali tal- istudenti tagħna, tal-għalliema, tal-ħaddiema, tal-professjonisti tas-saħħa u tal-anzjani – jiġifieri, tal-poplu kollu. L-edukaturi qed iġorru piż doppju Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda Kontra l-Faqar, Esklużjoni Soċjali u Pensjonijiet IVAN BARTOLO Il-kwalità tal-atmosfera u s-saħħa mentali f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 January 2026