Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676
analiżi IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 • illum 06 MESC 2026: Talenti Maltin u wirjiet JAELLE BORG Il-Malta Eurovision Song Contest huwa wieħed mill-aktar avvenimenti mużikali mistenni f 'Malta, li kull sena jiġbor flimkien talent lokali f 'kompetizzjoni li tagħżel ir-rappreżentant Malti għall- Eurovision Song Contest. Din is-sena, il-festival jerġa' jwiegħed spettaklu ta' mużika, kreattività u emozzjoni, immexxi minn preżentaturi magħrufa u maħbuba mill-pubbliku Malti. Fost dawn il- preżentaturi nsibu lil Kean Cutajar, flimkien ma' żewġ rebbieħa tal-Junior Eurovision, Destiny Chukunyere u Gaia Cauchi, li flimkien se jġibu enerġija, professjonalità, u esperjenza fuq il-palk. Il-kompetizzjoni se tara diversi kantanti jippreżentaw il- kanzunetti tagħhom bit-tama li jirbħu qalb il-ġurija u qalb l-udjenza, u li jirrappreżentaw lil Malta fuq wieħed mill-akbar palkijiet mużikali fl-Ewropa. Fis-semifinali kantaw 17 il-kantant/a, u minnhom intgħżlu 12. Dawn t'hawn taħt huma dawk li kantaw imma m'għaddewx għal finali tas-Sibt: Chess Galea bil-kanzunetta Shout It Out Chess Galea hija kantanta, kittieba tal- kanzunetti, u artista Maltija li rnexxielha tibni karriera internazzjonali fil-mużika. Il- mużika tagħha tindaqq b'mod regolari fuq stazzjonijiet prestiġjużi bħall-BBC Radio, kif ukoll fuq diversi stazzjonijiet internazzjonali. Matul il-karriera tagħha ħadmet bħala backing vocalist fuq Europiana, album ta' suċċess kbir ta' Jack Savoretti li laħaq l-ewwel post fir-Renju Unit. Hija kkontribwiet ukoll fil-qasam tal-logħob diġitali billi kitbet il- lirika u rrekordjat il-vokali għal Bayonetta 3 fuq in-Nintendo Switch, inklużi l-kanzunetti Al Fine u Moonlight Serenade, minn logħba li rebħet it-titlu ta' "Best Action Game" fl-2022. Fl-2023, Chess kitbet il-kanzunetta Candy għall-album SELF tal-grupp K-pop Apink. Liston bil-kanzunetta Mela Liston huwa artist Malti multidixxiplinarju tal-hip-hop. Huwa d-direttur ta' Street Elements Malta, skola u pjattaforma kulturali pijuniera fil-qasam tal-hip-hop, imwaqqfa minn martu Charlene Grange, waħda mill-aktar break dancers rinomati f 'Malta. Flimkien, ħolqu u kabbru waħda mill-aktar komunitajiet tal-hip-hop b'saħħithom fil- pajjiż, billi ggwidaw talenti, żgħażagħ, u rawmu valuri bħad-dixxiplina, il-kreattività, u r-rispett. Fuq livell internazzjonali, Liston spiss jiġi mistieden jiġġudika kompetizzjonijiet u jmexxi workshops, u b'hekk iwassal il-kultura hip-hop Maltija lil hinn minn xtutna. Kurt Anthony bil-kanzunetta On The Borderline Kurt Anthony huwa kantant, kittieb tal- kanzunetti, u attur Malti li jaħdem Malta u l-Italja. Huwa kiseb suċċess f 'diversi kompetizzjonijiet mużikali lokali u internazzjonali, fosthom il-Malta Eurovision Song Contest, is-selezzjoni tal-Eurovision f 'San Marino, u l-festival prestiġjuż Russu New Wave. Matul il-karriera tiegħu, qasam il-palk ma' artisti stabbiliti bħal Ivana Spagna, Achille Lauro, Kelly Rose Moncado, u Joe Romano. Bi mħabba kbira lejn l-arti tal-interpretazzjoni, Kurt studja t-Teatru Mużikali f 'Ruma u minn dakinhar ħa sehem fi produzzjonijiet importanti, kemm f 'Malta, kif ukoll fl-Italja, fejn wera l-versatilità tiegħu bħala kantant u anki bħala attur. Stefan Galea bil-kanzunetta Pose Imwieled Malta, Stefan huwa kantant u kittieb tal-kanzunetti tal-alternative pop, magħruf għall-istil teatrali tiegħu u ħoss li jġorr influwenzi Mediterranji. Huwa tħarreġ fil-Masquerade Arts School kif ukoll fil- ġeneru pop taħt Trinity College of Music, u għamel l-ewwel pass importanti tiegħu fuq livell nazzjonali meta wasal fil-finali tal-Malta Junior Eurovision fl-2009. Aktar 'il quddiem, huwa kanta quddiem udjenza ta' aktar minn għaxart elef student bħala supporting act f 'kunċert kontra l-bullying ta' Ira Losco, kif ukoll deher mal-grupp rock Texanna fil- Festival Farsons. Stefan għamel id-debutt tiegħu fil-Malta Eurovision Song Contest fl- 2016 u wara pparteċipa f 'X Factor Malta, fejn kiseb vot unanimu pożittiv mill-erba' ġurati. Kelsy Attard bil-kanzunetta Perfectly Broken Kelsy Attard hija kantanta Maltija ta' 18- il sena li bdiet it-taħriġ g]all-vuċi tagħha minn età żgħira ħafna. Infatti hi bdiet tieħu l-lezzjonijiet tal-kant meta kellha biss tliet snin. Matul is-snin ħadet sehem f 'diversi kompetizzjonijiet, b'riżultati notevoli fosthom ir-rebħ tal-premju ġenerali fil-kategorija tagħha fil-festival Music for Kids fir-Rumanija, kif ukoll il-wasla sas-Six Chair Challenge ta' X Factor Malta 2023. Bħala dilettanta kbira tal-Eurovision sa minn ċkunitha, Kelsy dejjem kellha l-ħolma li tipparteċipa fil- kompetizzjoni, u din bdiet issir realtà meta ngħaqdet mal-Eurovision Camp. Hemmhekk skopriet il-passjoni tagħha għall-kitba tal- kanzunetti u kitbet Love Me Loud, l-ewwel kompożizzjoni tagħha li waslet sas-semifinali tal-MESC u mmarkat id-debutt tagħha f 'dan il-kuntest. Is-sena ta' wara reġgħet ħadet sehem fil-camp, fejn kitbet Perfectly Broken, u kompliet tiżviluppa l-ħiliet tagħha bħala kittieba u l-kunfidenza artistika tagħha. Rhiannon Micallef bil-kanzunetta Hold Myself Up Rhiannon hija kantanta u kittieba tal-kanzunetti, kif ukoll fundatriċi ta' ħanut agrikolu u konsulenta fil-qasam tal-pagamenti, li tgħaqqad il-mużika u l-komunità f 'ħajja waħda. Hija dehret għall- ewwel darba fuq il-palk tal-MESC bħala artista żagħżugħa, imma wara ddeċidiet tieqaf għal sitt snin biex tespandi u tibni sens aktar profond ta' identità personali. Matul dan iż- żmien, saret konsulenta rispettata fis-settur tal-pagamenti u waqqfet Ta' Lazzru Farm, fejn irkuprat art tal-familja u ħolqot spazju ta' konnessjoni u rinnovament. Dawn li ġejjin huma t-tnax-il kantant li ħa jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-finali. Janice Mangion bil-kanzunetta Univers Janice Mangion hija kantanta u kittieba tal-kanzunetti Maltija li bdiet tissemma fuq il-programm televiżiv L-Isfida qabel saret isem magħruf fil-festivals lokali bħall- Konkors Kanzunetta Indipendenza, Summer Hit Song Contest, L-Għanja tal- Poplu, MESC, u Mużika Mużika. Irnexxielha tagħmel qabża kbira fil-MESC 2017 bil- kanzunetta Kewkba, li spiċċat fit-tieni post, u aktar tard irrappreżentat lil Malta f 'festivals internazzjonali fil-Belarus u fil-Bulgarija (Best Female Vocalist). Minn dakinhar, Janice ħarġet diversi kanzunetti oriġinali, inklużi Warda, Xewqti, Għadu Mhux Il- Waqt, Sajjetta fil-Bnazzi, Teżor, flimkien mal-vjolinist George Curmi "Puse'" u Army, il-kanzunetta tagħha għall-MESC 2022. Nathan Psaila bil-kanzunetta Ganador Nathan huwa kantant u kittieb tal- kanzunetti Maltin, li beda jitħarreġ formalment fil-vuċi fl-età ta' għaxar snin. Huwa deher f 'diversi programmi televiżivi u ħa sehem f 'kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali, inkluż Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018, Riga Symphony fil-Latvja, u e Future of Nations fl-Italja. Fl-2021 kiseb it-tielet post f 'e Entertainers u avvanza sal-Judges' Houses fl-X Factor Malta fit-tielet staġun tal-programm. Nathan ħadem ukoll bħala backing vocalist, fosthom fil-MESC 2022, qabel ma ddebutta bħala artist solo fil- MESC 2023 bis-single Creeping Walls, li biha saħansitra wasal sal-finali. Huwa reġa' wasal fit-Top 12 fil-MESC 2024 b'Ghost u mill-ġdid fil-finali tal-MESC 2025 b'Concrete, waqt li ħa sehem ukoll fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2024. Fl-2025 ħareġ is-singles self-written tiegħu So Good u Down, li daħlu fit-Top 10 f 'Malta. Denise bil-kanzunetta Trophy Denise hija artista Maltija tad-dark-pop li tgħaqqad produzzjonijiet ispirati mit- tmenijiet ma' influwenzi moderni minn artisti bħal Billie Eilish, Dua Lipa, u e Weeknd. Irnexxielha tagħmel il-qabża tagħha fl-2022 bis-single tad-debutt BOY, li spiċċat fil-ħames post fil-MESC, laħqet ir-raba' post fil-klassifiki tal-PRS Malta, u akkumulat aktar minn 80,000 stream fuq Spotify. Fl-2023 reġgħet ħarġet Forget Me Not, miktuba flimkien mal-produttur Matteo Depares u l-kittieba tal-kanzunetti Georgia Meek mir-Renju Unit, li ħolqot il-bidu ta' kollaborazzjoni kreattiva li wasslitha għall-kanzunetta tagħha għall- Eurovision, MARA. Din il-kanzunetta,

