Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676
10 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 • illum opinjoni "Meta dak li jitwiegħed jitwettaq, in-nies ikunu l-akbar prova tas- suċċess" F 'pajjiż żgħir bħal tagħna, il-politika ma tistax tibqa' diskors astratt jew logħba tal-islogans. Il-politika trid titkejjel bir-riżultati li tħalli fil-ħajja tan-nies. U jekk hemm kejl wieħed li fuqu tista' tiġi ġġudikata t-tmexxija ta' Prim Ministru, hu l-mod kif pajjiż joħroġ aktar b'saħħtu mill-isfidi li jaffaċċja. F'dan ir-rigward, is- snin ta' tmexxija ta' Robert Abela jitkellmu waħedhom. Ma kienu snin faċli xejn. Pandemija globali, kriżijiet ekonomiċi internazzjonali, gwerer, pressjoni fuq il-prezzijiet tal-enerġija, u inflazzjoni li laqtet lill-Ewropa kollha. Madankollu, filwaqt li pajjiżi oħra u Gvernijiet preċedenti għażlu t-triq tal- awsterità u tefgħu l-piżijiet fuq il-familji, Malta, illum, għażlet triq differenti: li tipproteġi lin- nies tagħha u fl-istess ħin tibqa' tinvesti fil-futur. U la qed insemmi l-futur, ma nistgħux ma nsemmux il- Viżjoni ta' Malta 2050 — viżjoni li ma tħarisx biss lejn l-għada, imma lejn x'pajjiż irridu nħallu lil uliedna. Pajjiż li jinvesti fil-qalba diġitali, fl-ambjent u f 'ekonomija sostenibbli li toħloq opportunitajiet ta' kwalità. Din mhix viżjoni fuq il-karta, imma se tkun direzzjoni ċara u kredibbli li f 'ċerti setturi diġà bdiet titwettaq b'investiment f 'servizzi pubbliċi moderni u fi kwalità ta' ħajja aħjar. U iva, żbalji saru. Ebda Gvern mhu perfett. Iżda d-differenza hi li meta żbaljajna, tgħallimna, smajna lin-nies u biddilna. Għax Gvern b'saħħtu mhux dak li qatt ma jiżbalja jew dak li huwa supperv, imma dak li jisma', jikkoreġi, u fuq kollox jattwa. Ir-riżultat? Ekonomija li baqgħet bl-akbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, rata baxxa ta' qgħad rekord u b'ħolqien ta' karrieri ta' kwalità. Dan mhux b'kumbinazzjoni, imma frott ta' viżjoni ċara u tmexxija stabbli. Ġid imqassam b'għaqal Imma l-akbar suċċess forsi jinsab fil-mod kif it-tkabbir ekonomiku tqassam. Għax tkabbir li jibqa' fuq il-karta ma jfisser xejn jekk ma jinħassx fil-but tan-nies. Illum, il-familji Maltin u Għawdxin qed igawdu minn tax cuts reali, minn stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija li ffrankawlhom eluf ta' ewro fis- sena, u minn żidiet fil-benefiċċji li jagħmlu differenza vera fil-ħajja ta' kuljum. Il-pensjonanti, li għal snin twal kienu tħallew lura, illum qed jaraw l-akbar żidiet fil- pensjonijiet fl-istorja, kollha mhux taxxabbli! Il-familji bit-tfal qed jibbenefikaw minn għajnuna aktar b'saħħitha, minn children's allowance msaħħa u minn miżuri li jagħtu serħan il-moħħ lil min jaħdem u jrabbi familja. Dan kollu ma ġiex b'kumbinazzjoni, imma b'deċiżjonijiet politiċi kuraġġużi li poġġew lin-nies fiċ- ċentru. Hemm min jgħid li dawn il-miżuri huma "għal-lum biss". Imma min irid ikun it analitiku u kredibbli jaf li biex tagħti lura lin-nies, trid ekonomija b'saħħitha llum u ppjanar serju għal għada. U hawnhekk tidħol il-viżjoni fit-tul ta' Robert Abela: investiment fil-qalba diġitali, fl-ambjent, f 'enerġija nadifa, u fi kwalità ta' ħajja aħjar. Proġetti ambjentali kbar, spazji miuħa ġodda għall- pubbliku, investiment fl-enerġija rinnovabbli, u servizzi pubbliċi diġitali li huma rikonoxxuti fost l-aqwa fl-Ewropa. Dawn mhumiex kapriċċi politiċi, imma pedamenti għal pajjiż modern li jaħseb fil-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Forsi l-iktar fatt li jispikka hu li dan kollu sar mingħajr ma nqerdu d-drittijiet tal-ħaddiema. Anzi, ngħid jien rajna aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol, aktar ġranet ta' leave, titjib fil-parental u paternity leave, u kundizzjonijiet aħjar anke għal min jaħdem għal rasu. Dan hu mudell ta' progress li ma jħalli lil ħadd barra. F'politika mimlija polemika u attakki, hemm mumenti fejn wieħed irid jieqaf u jħares lejn il-fatti. U l-fatti x'juru? Juru li taħt it-tmexxija ta' Robert Abela, Malta mhux biss baqgħet għaddejja, imma kompliet timxi 'l quddiem. B'kunfidenza, b'viżjoni, u b'sens qawwi ta' ġustizzja soċjali. Għax fl-aħħar mill-aħħar, it-tmexxija vera mhix dik li titkellem l-aktar, imma dik li twettaq. U meta dak li jitwiegħed jitwettaq, in-nies ikunu l-akbar prova tas-suċċess. Il-politika trid titkejjel bir-riżultati li tħalli fil-ħajja tan-nies It-tmexxija titkejjel bir-riżultati, mhux bil-paroli Kap Eżekuttiv tas-Servizzi Ewropej Malta RODRICK ZERAFA

