MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: Il-Band X-Vandals F'din is-sensiela ġdida, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha Ray Micallef ħareġ bl-idea li jifforma band heavy metal fl-1982 ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? Kien fl-1982 meta Ray Micallef ħareġ bl- idea li nifformaw band heavy metal għar- raħal tagħna f 'Ħal Tarxien. Sas-sena ta' wara, jiġifieri fl-1983, bdejna bl-ewwel formazzjoni esperimentali. Bdejna totalment mix-xejn nippruvaw nimu l-mużika u kif jindaqqu l-istrumenti. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil- band flimkien? Konna ilna nafu lil xulxin għaliex konna kuljum niltaqgħu l-bandli ta' Ħal Tarxien nisimgħu l-mużika heavy metal fuq xi radju cassette u nagħmlu l-praspar taż-żgħażagħ li konna dak iż-żmien. Kif għażiltu l-isem tal-band? L-isem tal-band qisu kien parti minn destin ippjanat. Dan ġara hekk kif fl-istess ġimgħa l-isem ġie għall-attenzjoni tiegħi tliet darbiet. Kont saqsejt ħabiba tagħna li kienet emigrat lejn l-Awstralja it qabel biex tissuġġerili isem għall-band u bagħtitli lura l-isem Vandals. Jien, min-naħa tiegħi, kelli fissazzjoni fuq il-kantanta Debbie Harry tal- grupp BLONDIE. Din, qabel saret famuża, kienet tipprattika l-mużika ma' garage band jisimhom Vandals, u fl-istess ġimgħa kien hemm xi artiklu fil-gazzetta dwar "il- Vandali" ta' Ħal Tarxien għax peress li konna mqarbin u storbjużi kienu tawna dak il- laqam. Allura unanimament iddeċidejna li l-band ngħammduha taħt l-isem VANDALS. Bil-formazzjoni ta' Ray Micallef (Ħamiemu) idoqq id-drums, Mark Spiteri (Crusher) idoqq il-Bass u jkanta, u jien Ray Schembri (il-baħri) indoqq il-kitarra ritmika. Għamilna sal-1989, u mbagħad bdew jidħlu u joħorġu aktar membri fil-band li kollha taw kontribut siewi biex stajna nkomplu din il-mixja twila tagħna. Il-formazzjoni stabbli ta' dan l-aħħar snin tikkonsisti f 'Ray Micallef (drums), Ray Schembri (kitarra), Stefan Curmi (kantant), James Spiteri (bass), u Albert Bell (kitarra). Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? L-aktar proġetti għal qalbna dejjem kienu l-kunċerti famużi tas-snin tmenin u l-bidu tas-snin disgħin għaliex ix-xena tal-mużika metal Maltija kienet b'saħħitha b'ħafna bands li jistinkaw biex jorganizzaw il-kunċerti. Biex torganizza ridt tieħu ħsieb tikri l-post, bħal xi sala jew xi teatru taċ-ċinema ġeneralment. Ridt ukoll tieħu ħsieb tikri PA system diċenti bis-sound man b'kollox. Ridt tikri d-dwal bil- light engineer b'kollox, u ridt ukoll tagħmel il-posters biex tirreklama l-kunċert. Ġieli kien ikollna wkoll nirreklamaw fuq xi programmi mużikali tar-radju jew fuq paġni mużikali fuq il-gazzetti ta' dak iż-żmien. Kienet spiża ta' flus mhux ħażin imma peress li kienu jiġu ħafna segwaċi konna nżommu l-prezz tad-dħul għal madwar Lira Maltija u b'hekk konna nifdu l-ispejjeż, kif ukoll inżommu l-prezz baxx għas-segwaċi tagħna. U mbagħad meta għadda aktar żmien, il-proġetti li jirrigwardjaw ir-recordings tal-albums u xi videos ukoll jagħtuk ħafna sodisfazzjon. X'inhu l-pass li jmiss? Il-pass li jmiss huwa l-ħruġ tal-album ġdid għas-sena 2026. Dan se jkun il-ħames wieħed għalina. Fil-katalgu tagħna għandna ukoll video li ħareġ fl-1991. Għandna wkoll DVD ta' xi it snin ilu li jikkonsisti f 'intervisti u numru ta' diski live, kif ukoll numru ta' bootleg cassette tapes li ġew imqassma, kemm ma' segwaci Maltin tal-bidu tax-xena metal, kif ukoll ma' segwaċi f 'pajjiżi differenti. Prattikament, l-idea dak iż-żmien kienet li npartu l-mużika tagħna ma' bands oħra f 'kull kontinent. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Naħseb li meta konna żgħar, bħal kulħadd, l-ispirazzjonijiet tagħna kienu jiġu minn mużiċisti u bands famużi barranin u ta' min jgħid li kull membru kellu ispirazzjonijiet ġejjin minn ġeneri ta' mużika u bands differenti. Meta tkun ilek għal dawn is-snin kollha fix-xena tibda tiġi wkoll ispirat minn xi kitba ta' awturi li taqra, u minn ġrajjiet li jkunu qed jiġru minn żmien għal żmien. Personalment għadni niġi ispirat ukoll minn mużiċisti li daqqejt magħhom għaliex dejjem titgħallem xi ħaġa ġdida. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? Meta bdejna bil-band fis-snin tmenin ma kienx hawn opportunitajiet ħlief li tidher f 'xi magazine jew gazzetta, tmur għal xi intervista fuq ir-radju, tagħmel xi kunċert, jew tieħu sehem f 'xi festival lokali. Maż-żmien, ix- xena esperjenzat qawmien u opportunitajiet bil-wisq akbar, speċjalment meta daħlet is- social media u sar ikun hawn ħafna aċċess għar-recordings tad-diski tal-bands. Insemmi wkoll li ħafna bands lokali ħarġu barra minn xtutna u daqqew f 'kunċerti ma' bands stabbiliti u ta' ċerta fama. Bands Maltin ukoll kellhom u għad għandhom l-opportunità li jdoqqu ma' bands kbar barranin. Bħalissa hawn baħar ta' opportunitajiet għal dawk il-bands ġodda fix-xena. Il-possibbiltajiet tal-lum huma ħafna aktar faċli minn dak li esperjenzajna aħna 43 sena ilu. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? Naħseb li hija mistoqsija it ipotetika għax dak li sar sar u ma jbiddlu ħadd. Naħseb li aħna l-bands, meta nħarsu lura, għandna nkunu sodisfatti b'dak li rnexxielna nagħmlu. Dejjem hemm lok li tista' tagħmel aħjar, fil- limitazzjonijiet kollha li jeżistu. Naħseb li issa sta għall-bands li jaħtfu l-opportunitajiet li hawn. Jekk hemm xi ħaġa li għandha tinbidel hija l-attitudni ta' xi wħud għal mod ta' kif iħarsu lejn il-bands bħal pereżempju ċerti individwi li jmexxu l-venues fejn isiru l-gigs, ċerti promuturi tal- festivals, ċerti kittieba li sempliċement iġibu xi review fuq il-bands biex jimlew biss l-ispazju fil-magazine jew gazzetta. Ovvjament irrid niġbed l-attenzjoni tal-ħafna tajjeb li jsir, fost oħrajn l-għajnuna li tingħata mill-Arts Council Malta, l-għajnuna minn sponsors privati, u speċjalment dawk il-ħafna nies li għadhom isegwu u jissapportjaw ix-xena tal- mużika metal f 'Malta. Fl-aħħar nett, min jixtieq ikun jaf aktar dwar il-band tagħna X-VANDALS nissuġġerixxi li jittawwal it fil-paġna tagħna https://www.facebook.com/xvandals jew isegwina fuq instagram.com/xvandals għall- aħħar aħbarijiet, ritratti, u informazzjoni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 January 2026