Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823
L-ewwel stħarriġ tal-MaltaToday għal din is-sena juri li l-Partit Laburista (PL) jibqa' jġorr vantaġġ ta' tliet punti fuq il-Partit Nazzjonalista (PN). Dan jirrappreżenta differenza ta' madwar 9,262 vot fuq bażi ta' turnout ta' 81%. Fl-aħħar stħarriġ li sar f 'Novembru, il-PL kien fuq quddiem b'vantaġġ ta' 7,602 vot. Minkejja din iż-żieda żgħira fil-vantaġġ tal- PL fuq il-PN, l-istħarriġ juri li l-livell ta' fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela niżel minn 45.2% għal 41.3%. Madankollu, il-fiduċja fil-Kap tal-PN Alex Borg baqgħet kważi l-istess kif kienet f 'Novembru (36%), waqt li dawk li ma jafdaw lil ħadd żdiedu bi 3%. Dan jista' jkun sinjal ċar li l-PN, minkejja l-ispinta inizjali li ħa wara l-elezzjoni ta' Alex Borg bħala Kap, qed isibha diffiċli jkompli jikber. Fil-fatt, is-survey juri li l-PN ilu stabbli madwar 46% minn Ottubru. L-istħarriġ juri wkoll li l-Partit Laburista mhux qed jirnexxilu jirbaħ lura votanti li kienu vvutawlu fl-2022 imma issa beħsiebhom ma jivvutawx. Filwaqt li 13.9% tal-votanti tal-PL fl-elezzjoni tal-2022 bħalissa m'għandhomx intenzjoni li jivvutaw, fost il-votanti tal-PN fl- istess elezzjoni huma biss 3.9% li beħsiebhom jagħmlu l-istess. Dan juri li l-PN qiegħed iżomm aktar mill-votanti tiegħu, waqt li l-PL għadu jaffaċċja sfida biex jerġa' jirbaħ lura sezzjoni numeruża ta' votanti tiegħu. Madankollu, l-istħarriġ juri wkoll ċaqliq interessanti bejn il-partiti l-kbar. Waqt li 8.6% tal-votanti Laburisti fl-2022 beħsiebhom jivvutaw PN, 6% tal-votanti Nazzjonalisti issa beħsiebhom jivvutaw PL. Dan juri li l-PN qed jirbaħ iktar voti mill-PL milli qed jitlef, imma mhux f 'ammonti li jistgħu jħeġġu d-dominanza tal-PL. Is-survey jikkonferma l-frammentazzjoni tal- vot tal-partiti ż-żgħar; bl-ADPD u Momentum jattiraw 2.3% kull wieħed. Minkejja dan, il- partiti ż-żgħar flimkien jaqbżu l-5%. B'mod ġenerali, il-bidliet minimi minn Novembru juru li l-PN waqaf jikber wara l-ispinta inizjali li ġab Alex Borg, filwaqt li l-PL jibqa' fil-quċċata b'vantaġġ żgħir għax għadu ma rnexxilux jirbaħ lura lil dawk li kienu vvutaw lill-PL imma issa beħsiebhom ma jivvutawx. L-istħarriġ juri wkoll li l-poplu għadu japprezza l-ħidma tal-Gvern li jingħata medja ta' 3.2 punt minn massimu ta' 5 punti. www.illum.com.mt NRU 997 €1.50 IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNI 6 - 7 IL-PL FUQ QUDDIEM B'VANTAĠĠ TA' MADWAR 9,300 VOT WARA L-ISPINTA LI ĦA WARA L-ĦATRA TA' BORG, IL-PN MA JAGĦMILX IKTAR AVVANZI • ABELA JITLEF 4 PUNTI FIT-TRUST RATING IMMA BORG JIBQA' KWAZI FEJN KIEN INTERVISTA MAL- PRESIDENT TA' MALTA MYRIAM SPITERI DEBONO Riżultat tal-istħarriġ: PL: 48.9%, PN: 45.7%, ADPD: 2.3%, Momentum: 2.3%, Oħrajn 0.8% • Turnout: 81.1% • Fiduċja: Robert Abela 41.3%, Alex Borg 35.9%, Ħadd 22.8% • Il-ħidma tal-Gvern: 3.2 minn 5 Dwar in-nomina ta' Prim Imħallef ġdid, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qed jagħżel li jżomm kollox mistur mill-Grupp Parlamentari tiegħu u minflok qed jikkonsulta ma' persuni fil-kamp legali li fil- passat kienu jimmilitaw bħala deputati tal-Partit Nazzjonalista. L-ILLUM huwa infurmat li dil- ġimgħa ssejħet laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u fost it-temi fuq l-aġenda kien hemm proprju diskussjoni dwar il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid. Jirriżulta li l-Kap Nazzjonalista spjega xi kwalitajiet jixtieq li jkollha l-persuna li tiġi nnominata għal din il-kariga importanti fis-sistema ġudizzjarja, mingħajr ma rrefera għall-ismijiet li qed jiġu kkunsidrati. Borg iħalli lill-grupp parlamentari tiegħu fil- għama Robert Abela Alex Borg Consuelo Scerri Herrera tidher il- favorita għal Prim Imħallef PN 45.7% PL 48.9%
