Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823
03 Maltempata Harry illum • IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 realtà fost il-bdiewa li ma nistgħux nibqgħu ninjoraw bla rqad waqt il-maltemp, jgħidu s-sajjieda affarijiet li kienu abbord u ttieħdu mill-maltemp," spjega Grixti. Qal ukoll li kien hemm numru ta' sajjieda li kellhom ħsarat fl- irmiġġi bħal qtugħ ta' ħbula imma fortunatament ma weġġa' ħadd. "Għamilna [is-sajjieda] żewġt iljieli ma rqadniex, kulħadd stand- by fejn qgħadna bl-opri biex kif jinqata' l-ħabel immorru nirranġaw kif nistgħu temporanjament. F'dawk il-mumenti tara s-sens ta' komunità fejn kulħadd jgħin lil xulxin sabiex kulħadd iħares l-għejxien tiegħu. Ma ninsewx li l-opra tal-baħar hija l-għejxien tas-sajjied u ta' familtu," enfasizza Grixti hekk kif qal li ma kienx hemm alternativa sabiex jevita iżjed ħsara milli sseħħ. Is-sajjied qal li breakwater adekwat seta' joffri kenn lill-opri tal-baħar hekk kif ġo kull port is- sajjied spiċċa mgeddes ġo spazji żgħar bejn l-iżvilupp. "Ħu minn Marsaxlokk … m'għandniex post adegwat fejn ittella' l-opra fuq karru. Imkien," qal Grixti. Hu fakkar li qabel, is-sajjieda kellhom ix-xatt kollu u issa fadal biss it post mas-slip ways tal-parati. Riżultat ta' dan, hu qal li s-sajjied iħossu eskluż mid-diskussjonijiet u t-tfassil għall-iżvilupp, xi ħaġa li skontu hija evidenti f 'Marsaskala, San Ġiljan, fost postijiet oħrajn. Hu qal li talbu lill-Ministru għat-Trasport Chris Bonett, post fejn itellgħu l-opra tal- baħar u offrielhom nofs il-parkeġġ ta' fejn il-grawnd hekk kif mhux qed jintuża. Madankollu, is-sajjieda mal- ewwel irċevew appoġġ hekk kif dakinhar stess filgħaxija Grixti qal li hu stess kien qed jikkuntattja lid- Dipartiment tas-Sajd li offrewlu kull tip ta' għajnuna li setgħu, hekk kif l-għada l-istess Dipartiment ħabbar li se joħroġ skema ta' għajnuniet għal dawk li sofrew ħsarat fil- maltemp. Barra minn hekk, Grixti bagħat korrispondenza lill-Gvern bis- soluzzjoni infrastrutturali għall- portijiet tas-sajjieda li minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom huma esposti għall-maltemp li jonfoħ minn Nofsinhar għat- Tramuntana. "Dan it-temp qatt ma rajna bħalu u żgur mhux se tkun l-aħħar darba li naraw bħalu," wissa. Hu qal li kien hemm laqgħa mal-Ministru Bonett u ma' Infrastructure Malta fejn l-Għaqda spjegat il-bżonn tal-breakwater. Il-Ministru fehem dan it-tħassib u l-partijiet għandhom jiltaqgħu mal-mejda tad-diskussjoni sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet meħtieġa. li jista' jinbidel huwa l-livell ta' abbundanza ta' prodotti lokali fis-suq," spjega Borg, filwaqt li saħaq li dan jista' jwassal għal dipendenza akbar fuq l-importazzjoni. F'dan il-kuntest, il-President tal-Għaqda Bdiewa Maltin fakkar li Malta għandha bejn 70 u 75% tal-prodotti lokali agrikoli jiġu impurtati lejn barra minn xtutna, inkluż laħam, ġobon, ħaxix u prodotti oħra essenzjali. Skontu, din ir-realtà tqajjem mistoqsijiet serji dwar is- sostenibbiltà fit-tul tal-provvista tal-ikel, speċjalment fid-dawl tat-tibdil fil-klima u ż-żieda fil-frekwenza ta' avvenimenti estremi bħal maltempati u riħ qawwi. Meta mistoqsi jekk il- produzzjoni lokali hijiex biżżejjed biex tissodisfa d-domanda f 'ċirkostanzi bħal dawn, Borg wieġeb li iva. Madankollu, huwa enfasizza li l-problema ewlenija mhijiex jekk hemmx biżżejjed prodott illum, iżda kemm hu sostenibbli li pajjiż jiddependi kważi kompletament fuq dak li jiġi minn barra. Rigward il-passi li jmiss, Borg qal li l-bdiewa qed jistennew b'tama li jingħataw għajnuna u kumpens xieraq għat-telf li sofrew. "Ħafna minnhom jinsabu f 'sitwazzjoni fejn, jekk ma jkunx hemm appoġġ konkret, ma jafux fejn se jaqbdu jagħtu rashom," sostna Borg. Huwa tenna wkoll il-ħtieġa urġenti li jiġu introdotti miżuri preventivi biex il-bdiewa jkunu aktar protetti fil-futur. Fost dawn semma l-introduzzjoni ta' xi tip ta' sistema ta' assigurazzjoni jew mekkaniżmu ta' sigurtà, simili għal dak li jeżisti f 'diversi pajjiżi oħra, fejn il-bdiewa jistgħu jagħmlu talba għal kumpens meta jsofru telf minħabba kundizzjonijiet klimatiċi estremi. Fl-aħħar nett, Borg appella lill-pubbliku Malti u Għawdxi biex ikompli jappoġġja l-prodott lokali, speċjalment f 'mumenti diffiċli bħal dawn. "Spiss nibdew napprezzaw dak li għandna biss meta nitilfuh. Ejja ma nistennewx li nitilfu l-agrikoltura lokali darba għal dejjem, għax meta jiġri hekk ikun tard wisq u ma nkunux nistgħu nġibuha lura," temm jgħid. Fl-aħħar mill-aħħar, il- maltempata ma kinitx biss episodju ta' temp ikrah, iżda twissija ċara dwar il- vulnerabbiltà tal-agrikoltura Maltija. Jekk il-bdiewa jibqgħu jitħallew waħedhom iġorru piż ta' telf li ma jifilħux għalih, il-pajjiż qed jirriskja li jitlef settur essenzjali għall-identita u s-sigurtà tal-ikel tiegħu. L-appoġġ lill-prodott lokali ma jistax jibqa' slogan li jintuża biss f 'mumenti ta' kriżi; għandu jsir impenn konkret u kontinwu. Inkella, nibqgħu nindunaw bil- valur tal-agrikoltura biss meta jkun diġa sfaxxa — u dak il- punt kif iwissu l-bdiew stess — jista' jkun eqreb milli naħsbu. Ironikament, f 'pajjiż li jiftaħar bil-mejda mimlija tiegħu, qed nibnu futur fejn l-aqwa li l-ikel ikun dejjem hemm — basta jiġi minn barra. Mela ejja nibdew nappoġġjaw u nagħtu kas tal- prodott lokali issa, qabel ma jibqa' biss tifkira. Ir-riħ qawwi qatta' serer sħaħ tal-plastik u ħalla ħerba fl- uċuħ tar-raba' miftuħa Il-mewġ għamel ħsara lil dgħajjes, irmiġġi u binjiet

