MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 • illum Borg qed joqgħod fuq pariri minn avukati midħla tal-PN Il-Pixkerija tal-Belt qed taqa' biċċiet Tibdil fl-applikazzjoni għall-iżvilupp fit-trakka tal-Marsa IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dan minkejja li huwa sigriet magħruf li l-Prim Ministru diġà informa lill-Kap tal-Oppożizzjoni bl-isem li biħsiebu jinnomina għall-Prim Imħallef ġdid, u li Alex Borg diġà wassal ir-reazzjoni tiegħu b'kontroproposta lil Robert Abela. Din il-gazzetta il-ġimgħa l-oħra ħabbret li l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera hija l-preferuta tal-Gvern Laburista għal kariga ta' Prim Imħallef. Kariga li ħa tkun vaganti mill-Prim Imħallef Mark Grech li jispiċċa bl-età (68 sena) fi Frar li ġej. Qed jissemmew ukoll l-Imħallef Edwina Grima u l-Imħalled Wenzu Mintoff jekk il-gvern u l-oppożizzjoni ma jaqblux fuq Scerri Herrera. Id-deputati tal-Oppożizzjoni kienu qed jistennew li, fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari, Borg jagħti dawn l-aġġornamenti li qed iseħħu bħalissa. Iżda minflok, wara introduzzjoni ħafifa min- naħa tiegħu, talab lill-membri parlamentari biex jgħidu l-ħsibijiet ġenerali tagħhom dwar din il-ħatra. Huwa mium li Borg huwa konxju li din l-għażla tista' tkun kwistjoni oħra li tifred lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u għalhekk mhuwiex jafda li jtella' d-diskussjoni fuq dak il-livell. L-ILLUM huwa infurmat li l-Kap Nazzjonalista qed iżomm infurmati bi wħud mill-iżviluppi lil żewġ deputati tal-fiduċja tiegħu biss, iżda l-aktar li qed jibbaża l-għażliet tiegħu huwa fuq taħditiet li qed ikollu ma' avukati midħla tal-Partit Nazzjonalista anke jekk m'għadhomx deputati. Fl-aħħar jiem dawn l-avukati kienu qed jiktbu messaġġi indiretti fuq il-mezzi soċjali tagħhom b'referenza għal din il-ħatra. Magħrufa fuq kemm huma voċiferi fuq is-saltna tad-dritt f 'pajjiżna, mhux eskluz li t-twemmin ta' dawn il-persuni fil-kamp legali qed jirrifletti ruħu fil-pożizzjoni li qed jieħu l-Kap tal-Oppożizzjoni fit- taħditiet li qed ikollu mal-Prim Ministru. Din is-sitwazzjoni tista' ttawwal il- proċess biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jaslu għal isem li huwa aċċettabbli għaż- żewġ naħat u li kapaċi jġib l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti kif mitlub mill-Kostituzzjoni wara l-bidliet leġiżlattivi tal-aħħar snin. ILENIA DEBONO Il-Pixkerija tal-Belt, li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal- Malta Food Agency, illum qed taqa' biċċiet. Fl-2023 ħarġet sejħa għall- proposti għar-riabilitazzjoni tal-Pixkerija. F'Mejju tal- 2023, ħarġet konsultazzjoni preliminarja tas-suq fejn ingħata prijorità proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-akkwakultura u l-qasam tas-sajd. Aktar tard dik is-sena, ħareġ tender għar- riġenerazzjoni, immaniġġjar u operazzjoni tal-pixkerija tal-Belt bħala "akkomodazzjoni turistika ta' kwalità superjura u amenitajiet t'ankrar." Din il-konċessjoni ta' 65 sena tinkludi bini ieħor ħdejn il- pixkerija fi Triq ix-Xatt il-Barrieri inkluż il-binja li qabel kienet sptar ta' kwarantina. Din is- sejħa rċeviet żewġ offerti, inkluż waħda ta' Carmelo Stivala Group Limited li kienet il-preferuta. Fl-2024, il-Malta Strategic Partnership Projects Limited, kumpanija tal-gvern li ppubblikat dan it-tender, saħqet li l-pixkerija hija mistennija li ddaħħal introjtu ta' iżjed minn €60 miljun għall- gvern. It-tender qiegħed bħalissa taħt appell hekk kif min għamel l-offerta l-oħra – Bonnici Brothers – issottomettew oġġezzjoni fejn akkużaw il- kumpanija tal-gvern b'nuqqas ta' trasparenza, avolja l-offerta ta' Stivala Group kienet ħafna iżjed minn ta' Bonnici Brothers. Sadanittant, ir-residenti tal- Belt qed ibatu hekk kif din il- binja storika mhux qed tintuża kif suppost. Il-grupp soċjali Residenti Beltin tkellmu fuq dan id-dnub fejn qalu li huma stess bagħtu numru ta' proposti lil numru ta' membri parlamentari matul is-snin. Il-proposti tagħhom jinkludu li l-pixkerija tintuża bħala spazju għal esebizzjoni t'arti pubblika għal artisti lokali b'veduta tal- Port il-Kbir fuq wara li jispikka minn spazji t'esebizzjonijiet oħra; li l-binja tintuża bħala xelter u post ta' appoġġ għad-dgħajjes tal- pass, li jgħinu lil min jipprattika dan il-passatemp Malti sabiex iżommu din it-tradizzjoni ħajja; faċilitajiet ta' kamra tal-banju għall-pubbliku; u integrazzjoni bejn aċċess għall-komunità, kif ukoll trasport pubbliku (inkluż is-servizz tad-dgħajjes). Binja storika ta' wirt kulturali abbandunata hekk kif tender sabiex titranġa l-pixkerija baqa' fl-arja It-trakka tal-Marsa tissottometti applikazzjoni oħra għall-bini tal-kumpless tax-xiri, aħbar li kienet żvelata minn din il-gazzetta Residenti Beltin ilmentaw il-fatt li l-binja storika tal-Pixkerija mhux qed tintuża kif suppost Alex Borg qed iżomm infurmati bi wħud mill-iżviluppi lil żewġ deputati tal- fiduċja tiegħu biss ILENIA DEBONO Żviluppaturi ssottom- ettew pjanijiet ġodda ta' żvilupp għat-trakka tal-Marsa li jinkludu l-bi- ni tal-kumpless tax-xiri ta' disa' sulari li kienet ir- rappurtat din il-gazzetta fuqu b'mod esklussiv. F'intervista mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Equidrome Matthew Brincat, hu kien qal ma' din il-gazzetta li t-trakka għandha f 'moħħha li tibni kumpless tax-xiri f 'parti mit-trakka kif ukoll erba' sulari ta' parkeġġ fejn bħalissa hemm il-parkeġġ fil-Park and Ride tal-Marsa. Il-pjanijiet jinkludu kostruzzjoni ta' pont bejn il-parkeġġ u t-trakka, ċentru taċ-childcare, żvilupp kummerċjali u anke akkomodazzjoni tal- isport, li għalkemm huwa ambigwu, Brincat kien qal li dan il-bini se jkollu gym għall-pubbliku wkoll. Minbarra l-bini ta' dan il- kumpless, fil-qalb tal-pjan hemm ir-riġenerazzjoni tat-trakka li ssir waħda ta' livell Ewropew bi grandstand ġdid li jesa' iżjed minn 900 ruħ, restawr tal-bini tal-Malta Racing Club, u anke stalel ġodda. Immaġni diġitali ta' kif hu ppjanat il-kumpless ta' disa' sulari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 January 2026