Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982
intervista IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 • illum 06 'Ġejt infurmat li l-NAO se tibda investigazzjoni fuq il-Malita' Andy Ellul, Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni, waqt il-programm XTRA, jgħid li "kulħadd se jikkollabora mal-NAO" fl-investigazzjoni tagħha fuq il-Malita Investments 'Rari rajt lill-Prim "Il-ġustizzja soċjali tara li rridu ngħinu lil dawk li għandhom bżonn dik l-imbuttatura biex isiru sidien ta' darhom u noffrulhom kwalità ta' ħajja aħjar." X'inhuma l-prijoritajiet tiegħek għall-housing? Dan qed narawh minn aspett ta' housing soċjali fejn ngħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli, li hemm l-awtorità tad-djar li qed tagħmel biċċa xogħol tajba li se tibqa' hemm u tibqa' tissaħħaħ bi proġetti ta' riġenerazzjoni u allokazzjonijiet. Imma se mmorru lil hinn. It- trends tas-soċjetà jinbidlu, b'patterns ġodda u bħala gvern irridu ngħinu liż-żgħażagħ fejn sitwazzjoni li dawn qed jiggradwaw imma hemm numru żgħar li għandhom bżonn imbuttatura mill-gvern biex ikollhom il-post tagħhom. Hemmhekk fejn tidħol l-akkomodazzjoni affordabbli. Hemm ukoll sezzjonijiet ta' koppji li jisseparaw, jew anzjani li ma jridux imorru ġo dar tal-anzjani imma jgħixu fil-komunità. F'kuntest fejn il-gvern irid jagħti xi ħaġa aktar affordabbli u l-protesti ta' dawk li għandhom interess fiskali, x'inhi r-risposta tiegħek? Irridu naraw x'għamilna bħala direzzjoni politika mill-2013 'l quddiem, b'diversi skemi u għajnuna finanzjarja. L-istudji qed jgħidu li hemm numri fis-soċjetà, speċjalment iż-żgħażagħ li mhux qed ilaħħqu. Allura l-gvern ħareġ bil-kunċett tal-housing affordabbli mal-knisja, u jien fl-ewwel jiem tiegħi bdejt nanalizza, nitkellem ma' esperti. Il-ġustizzja soċjali tara li rridu ngħinu lil dawk li għandhom bżonn dik l-imbuttatura biex isiru sidien ta' darhom u noffrulhom kwalità ta' ħajja aħjar. Inti konxju li mhux triq faċli li biex tagħti nifs liż-żgħażagħ, se jkollok taffaċċja tip ta' lobbying? Jien ili erba' snin fi djalogu soċjali allura mdorri nisma' lil kulħadd. Qed nieħu pariri tekniċi u legali, biex fejn nistgħu nsaħħu l-akkomodazzjoni affordabbli. Ftit xhur ilu kien hemm il-kontroversja tal-Malita Investments. Inti kif tirrispondi għal dan il-piż li waqa' fuqek? Ilbieraħ ġejt infurmat mis- Segretarju Parlamentari tiegħi li l-NAO kkomunikat miegħu u qaltlu li se tibda investigazzjoni, u jien għedt li kulħadd se jikkollabora mal-NAO biex jekk hemm xi allegazzjonijiet, jiġu ċċarati. F'liema ambitu trid tasal l-NAO? M'għandix dawk id-dettalji. Bħala gvern aħna se nikkollaboraw. F'dinja li l-ħin kollu tinbidel, inti konxju li l-mudell tal- housing forsi hemm bżonn li jiġi addattat? Mija fil-mija. Għalhekk tlaqt mill- punt li hemm il-housing soċjali tradizzjonali fejn hemm vera min għandu bżonn, imma rridu naraw mudelli biex ma nħallu lil ħadd barra fis-soċjetà tagħna. Naħseb li t-titlu ta' dan id-dekasteru, housing u djalogu soċjali, naħseb jindika d-direzzjoni politika ta' dan il- gvern. Naf li mhux triq faċli. Dwar il-Bord tal-Paċi kien hemm kontroversja għall-istqarrija tal-Prim Ministru. Għidilna fuq dan. CARMELO ABELA: Mela naqra kuntest … irridu nħarsu lejn dak li għaddej fid-dinja speċjalment fil-Lvant Nofsani imma wkoll li sar fi ħdan il-Ġnus Magħquda u r-riżoluzzjoni 2803 fejn fiha tissemma l-Bord tal-Paċi. Issa wieħed irid jara l-għan tiegħu li hu marbut biss mal-kwistjoni tal-Palestina jew wieħed aktar miftuħ. Imbagħad hemm diskussjoni fuq il-kompożizzjoni tal-bord u l-miljun dollaru. Il-kuntest li qed ngħixu fih huwa mqanqal. Għandek ukoll kwistjoni bejn l-Amerka u l-UE li relazzjoni li għal ħafna snin ħadnieha for granted. Il-Prim Ministru fl-istqarrija inizjali tiegħu qal li għamel kollox ċar bil-miktub u fuq din l-inizjattiva qal "għaldaqstant inħares 'il quddiem li fil-ġimgħat li ġejjin inkomplu nħarsu lejn din l-inizjattiva u nanalizzaw b'mod konkret il-kontribut ta' pajjiżna. M'aħna neskludu xejn fil-parteċipazzjoni tagħna." Jiġifieri anke fi ħdan l-UE qed isiru dawn id- diskussjonijiet. Nafu li r-realtà fi ħdan l-UE hemm diskrepanzi. Kien hemm ħafna persuni ta' kariga għolja li kienu ċarament kontra din il- proposta. Kif tirrispondi għall-kritika interna min-nies fil-PL għal din il- proposta? CARMELO ABELA: Naħseb li dawn il- persuni ma ħarġux kontra, imma esprimew il- prinċipji tal-Partit u semmew ukoll li għandna nkunu aktar ċari fuq l-għan tal-bord. Inħoss li min qed jesprimi l-opinjoni tiegħu inkluż nies fil-partit li qalu li rridu nikkunsidraw sew qabel nieħdu deċiżjoni. Jiena naħseb l-ewwel nett kull stedina wieħed għandu jikkunsidra. Jien nemmen li bħala Malta għandna nieħdu kull azzjoni favur il-paċi, hi x'inhi l-okkażjoni u l-opportunità. Li nżid ma' dan huwa li diġà għandna forum internazzjonali li jaħdem favur il-paċi; il-Ġnus Magħquda, li naħseb għandha tieħu rwol ikbar. Nifhem li din għandha l-problemi tagħha li qed jakkumulaw anke minħabba ċerti stqarrijiet ta' mexxejja internazzjonali. Alex Borg tkellem fuq il-kwistjoni tan- newtralità, il-kwistjoni tal-miżata, u l-fatt li l-Ewropa ħadet deċiżjoni kontra l-bord. X'tikkummenta? BEPPE FENECH ADAMI: Jien nistqarr li rari rajt lill-Prim Ministru jaġixxi kif aġixxa l-aħħar darba meta qal dan. Li ma qalx il-Prim Ministru hu li kien hemm talba mhux uffiċjali biex insiru membri. Kien biss li wara li saret il- mistoqsija minn Mario de Marco li sirna nafu. L-ewwel mistoqsija hija x'inhi stedina mhux Fuq XTRA, Saviour Balzan jitkellem ma' Carmelo Abela u Beppe Fenech Adami Andy Ellul

