MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

L-NAO li jaqa' taħtek jagħmel ħafna xogħol. Xi tkunu qed tfittxu f'dawn l-audits? Hemm żewġ tipi ta' audit; wieħed ta' performance fejn tfittex aspetti fuq il- performance tad-Dipartiment, imbagħad hemm dawk li ngħidulhom financial and compliance, b'enfasi fuq kemm id- Dipartiment qed iżomm mar-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Donnu n-nies iżjed ifittxu wieħed ta' performance, imma t-tnejn importanti. Audit huwa ritratt ta' dipartiment fejn issib sitwazzjoni b'affarijiet tajbin u oħrajn ħżiena. Aħna f 'diskussjonijiet inressqu rakkomandazzjonijiet, u mhux nippuntaw subgħajna u nistennew li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jittieħdu. Jagħtu kas, mhux dejjem, imma jagħtu kas. F'rapporti intom tilmentaw fuq diversi affarijiet mhux dokumentati. Dan hu frott in-negliġenza jew tal-kultura tax-xogħol? Ara, dejjem skont il-każ. Aħna kull sena nwettqu audits f 'xi 120 dipartiment tal- gvern. Hemm ħaġa li ddejjaqna. Aħna l-iskop tagħna li nsibu governanza tajba li sseħħ bit-trasparenza u l-akkontabbiltà. Issa jekk inti ma ssib xejn dokumentat, m'hemm l-ebda. Jien nibża' li ċ-ċokon tagħna jkun ta' żvantaġġ, kulħadd jaf lil xulxin u ħafna mid-drabi x-xogħol isir mit- telefown. B'hekk ix-xogħol forsi jsir b'ċerta flesibbiltà imma m'hemm xejn dokumentat. Id-dokumentazzjoni importanti. Awditur serju dejjem jgħix fuq l-evidenza. Ma tistax tasal għal konklużjoni bla evidenza. Skont standards tal-accounting internazzjonali, il-konklużjonijiet irridu jkunu bbażati fuq evidenza li mingħajrha ma nistgħux naħdmu. Qed nirranġaw it. Mhux biżżejjed imma, għad fadal. Kemm jingħataw widen ir- rakkomandazzjonijiet tagħkom? Din ukoll skont il-każ xi jkun. Aħna wara ċertu żmien nagħmlu audit follow up fejn immorru 4-5 snin, tara audits, tara r-rakkomdandazzjonijiet li għamilna u jekk sarux. Ikun hemm entitajiet tieħu gost taħdem magħhom. Kien hemm entitajiet fejn għamlu kollox li għedna aħna f 'temp qasir. Aħna m'għandniex poter eżekuttiv, u kif għandu jkun għax l-ebda awditur ġenerali m'għandu poter eżekuttiv għax jekk nieħdu azzjoni aħna min se jfittex lilna? Aħna nipprovdu mediċina. Jekk l-entità ma toħodhiex ħsara lilha nfisha tkun qed tagħmel. Madankollu, anke l-poplu se jkun qed ibati wkoll. Aħna x-xogħol tagħna huwa servizz għaċ-ċittadini tagħna fejn naraw li l-flus tagħhom qed jintefqu sew. Ikun hemm każijiet fejn aħna nibqgħu nesiġu. Hemm distinzjoni bejn traskuraġni u xi ħaġa agħar. Eżempju għadha kemm saret emenda li jekk nissuspettaw li hemm xi ħaġa serja, aħna mmorru għand l-Avukat Ġenerali. M'għandux ikun hemm mod kif jiġu infurzati r-rakkomadazzjonijiet? Jien nemmen fil-koperazzjoni u fid- djalogu. Fejn kellna l-koperazzjoni, kellna riżultati sbieħ. Insemmi l-każ tat-trasport tal-iskejjel fejn għamilna audit … sibna nuqqasijiet kbar li ma kinux traskuraġni biss. L-auditee kkopera, ħdimna mas- Segretarju Parlamentari, u l-gvern iffranka miljuni fuq it-trasport tal-iskola. Ikun hemm każijiet fejn ittieħdet azzjoni b'mod ta' koperazzjoni imma ma nemminx li għandha tkun imposta. Intom tgħidu li meta jkun hemm private-public partnership, lill-privat m'għandekx id-dritt li tfittxu. Ma taħsibx li din hija daqsxejn ta' lakuna fil-liġi? Iva, punt tajjeb. Imma l-prinċipju huwa li aħna nagħmlu audits ta' dipartimenti pubbliċi li jużaw fondi pubbliċi. Fuq hekk niffukaw aħna. Aħna nesiġu l-informazzjoni mingħand l-auditee li mhuwiex il-privat imma l-entita pubblika. Jien ili 18-il sena f 'dan l-uffiċċju. Għamilna xi sitt audits ta' din in-natura. Jiddispjaċini ngħid li f 'kull audit ta' dan it-tip, il-gvern imur minn taħt. Hemm ħafna raġunijiet, inkluż il-prinċipju ta' dan il-ehim jgħidu li l-benefiċċji u r-riskji għandhom jinqasmu bejn it-tnejn b'mod ugwali. Imma donnu li wara diskussjonijiet qisu l-gvern dejjem jieħu r-riskji imma s-settur privat jieħu l-benefiċċju. Aħna nemmnu fil-private-public partnerships, u l-proġetti kbar għandna bżonnhom. Imma jien qed ngħid li r-riskji u l-benefiċċji għandhom jinqasmu b'mod iżjed ugwali bejn iż-żewġ partijiet. Jien nittama li x-xogħol tagħna f 'dan, nitgħallmu minnu. X'inhi l-istampa fuq il-kunsilli lokali? L-aħħar rapport ħriġnieh f 'Novembru li għadda, fejn ħriġna li kien hemm affarijiet li marru għall-aħjar imma mhux biżżejjed. Fl- immaniġġjar ta' fondi rajna li mar għall-aħjar. Kunsill jinqasam f 'żewġ setturi, dawk politiċi bħas-sindku u l-kunsilliera, u l-amministrattiv bis-Segretarju Eżekuttiv. It-tnejn għandhom ikunu jafu d-distinzjoni bejniethom. Is- Sindku jagħtu direzzjoni politika, imbagħad it-tmexxija f 'idejn is-Sgretarju Eżekuttiv. Kull fejn is-Sindku u s-Segretarju jimxu tajjeb flimkien, dak il-kunsill jaħdem tajjeb. Imbagħad hemm nuqqas ta' kontrolli interni. Hija kwistjoni ta' nuqqas ta' taħriġ. Jien nemmen li f 'dan is-settur hemm erba' msieħba soċjali, id-diviżjoni tal-kunsilli, l-assoċjazzjoni, l-għaqda tas-segretarji eżekuttivi, u aħna l-NAO. Dan l-aħħar għamilna taħriġ u rajna ħafna entużjażmu. Minbarra d-dħul u l-infiq, ikun hemm ċerti affarijiet mhux aċċetabbli, pereżempju kien hemm disa' entitajiet mill-gvern lokali li ma bagħtulniex stqarrijiet tagħhom. X'qed iżommhom milli ma jagħmlux l-istess ħaġa s-sena d-dieħla? Din kwistjoni taħraq. Il-liġi tipprovdi biex id-diviżjoni, jekk ikun hemm kunsilli fejn ma jibgħatx stqarrijiet, jista' jkun hemm sanzjonijiet finanzjarji. Aħna konna nesiġu li din issir imma għaliex għandhom ibatu n-nies tal-lokalità minħabba l-kunsill? Huwa xogħol l-Awditur Ġenerali li jfittex il-korruzzjoni? Mhuwiex. L-Awditur Ġenerali jsaħħaħ il-governanza tajba fis-settur pubbliku, biss jekk tiltaqa' ma' każijiet ta' koruzzjoni ma tistax iddawwar wiċċek. Ġieli sibna każijiet hekk fejn ħdimna ma' pulizija u mas- Segretarju Permanenti. Wasal iż-żmien li l-NAO ikollu min jagħmillu skrutinju? Mingħajru dubju. Fuq bażi finanzjarja, l-uffiċċju tagħna diġà jsirlu audits. Aħna miuħa għall-iskrutinju, u fejn nindunaw li għandna nuqqasijiet naħdmu fuqhom. Se nagħmlu proġett mal-OSCE fuq kif nistgħu nsaħħu l-garanzija ta' kwalità. Kif tirrispondu għall-kritika lejn il- konklużjonijiet tagħkom? Jien ngħid li bniedem ma jistax jirranġa jekk ma jirrikonoxxix il-problemi tiegħu. Aħna miuħa għall-kritika u għal skrutinju li jkun ġust b'intenzjonijiet tajba. L-introduzzjoni ta' bord tal-gvernaturi li tiskrutinja l-proċessi tal-bord. Dan mhux se jħalli effett fuq l-awtonomija tal-uffiċċju? Lanqas xejn jekk ikun hemm salvagwardji. L-Ingilterra għandhom bord ta' governanza u jaħdem. Kull tibdil għandu jsir bi qbil bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni. Ġieli jkun hemm diskussjonijiet mal-PAC li jkunu sigħat twal li jieqfu ħesrem, l-aqwa li kien hemm kapital politiku. Ma tħossx din il- frustrazzjoni? Teżisti, ma ninsewx li l-kumitat magħmul minn politiċi jistgħu jaqgħu f 'din it- tentazzjoni. Iżda mhux dejjem hekk. It-terminu tiegħek u tad-deputat jiskadi f'Marzu. Taħseb li se naraw repetizzjoni tal-Prim Imħallef? Nispera li ma jkunx hekk. Ma nistax nirrispondik fuq dik. Parir lil min ġej warajk? Imxi mal-indipendenza, mal-professjon- alità u mal-oġġettività. intervista IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum 06 'Nibża li ċ-ċokon tagħna jkun ta' żvantaġġ' Fuq XTRA, Kurt Sansone jitkellem mal-Awditur Ġenerali Charles Deguara L-Awditur Ġenerali Charles Deguara jgħid li min jiġi warajh għandu jimxi mal-indipendenza, mal-professjonalità u mal-oġġettività.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 February 2026