MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

PAUL COCKS Intraprenditriċi u investitriċi Ġermaniża, b'rabtiet ma' Malta, talbet lil Jeffrey Epstein – li kien instab ħati ta' reati sesswali gravi, anke fuq minuri – biex jagħmlu tarbija flimkien. Nicole Junkermann, sid il-kumpanija Nicole Junkermann Finance Capital (NJF Capital), jidher li kellha ħbiberija intima mal-pedoflu Amerikan, tant li isimha jidher 3,475 darba fil- fajls ta' Epstein maħruġa mid-Dipartiment tal- Ġustizzja tal-Istati Uniti. Junkermann kellha interessi kummerċjali f 'Malta, fosthom ma' Ganado Advocates li irreġistraw l-uffiċċji tagħhom bħala l-indirizz uffiċjali għall-amministrazzjoni u l-immaniġġar tal-fondazzjoni. Il-fajls ippubbiklati jinkludu applikazzjoni u ehim preliminari, datati 2014, għat-twaqqif tal- fondazzjoni, li jispjegaew kif il-fondazzjoni kienet se tiġi finanzjata minn Junkermann u l-parametri għall-investiment f 'kumpaniji u teknoloġiji li kienet tidentifika. Għalkemm m'hemmx dettalji fid-dokumenti, l-indirizz ta' Ganado Advocates – 171, Old Bakery Street, Valletta VLT 1455 – jidher ċar bħala l-uffiċċju rreġistrat. www.illum.com.mt NRU 999 €1.50 IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 IKOMPLI F'PAĠNA 2 PAĠNA 6 INTERVISTA MAL- AWDITUR ĠENERALI CHARLES DEGUARA Nicole Junkermann (fuq xellug), li kienet viċina ħafna ta Jeffrey Epstein, kellha applikazzjoni biex twaqqaf fondazzjoni f'Malta, bl- indirizz ta' Ganado Advocates fil-Belt indikat bħal l-uffiċċju li kien se jamministraha EMAN FARRUGIA F'deċiżjoni oħra li tikxef l-anomalija preżenti fil-liġijiet tal-ippjanar f 'Malta, il-Qorti tal-Appell irrevokat il-permess ta' kumpless residenzjali li diġà huwa mibni. Il-kumpless residenzjali ta' għaxar sulari ħa post l-eks Halland Hotel fis- Swieqi. Il-bini, li issa jiddomina x-xenarju ta' Wied Għomor, jinsab fil-parti ta' fuq ta' Tal-Ibraġġ. L-iżvilupp diġà nbena iżda għadu jeħtieġ xogħlijiet ta' tlestija. Il-Qorti tal-Appell irrevokat il-permessi tal-ippjanar għal kumpless residenzjali ta' għaxar sulari fis- Swieqi fuq is-sit tal-eks Halland Hotel; minkejja li l-kumpless diġà mibni Nicole Junkermann, investitriċi Ġermaniża riedet tirreġistra fondazzjoni f'Malta biex tkun tista' tamministra fond ta' investiment u kienet tuża kumpanija f'Malta għal titjiriet privati, anke biex tiltaqa' ma' Jeffrey Epstein Stmerrija għall- iżvilupp li sar fis-Swieqi wara li ġie ddikjarat bla permess mill-Qorti INTRAPRENDITRIĊI B'RABTIET MA' MALTA TALBET LIL EPSTEIN BIEX JAGĦMEL TARBIJA MAGĦHA Il-kumpless residenzjali ta' għaxar sulari diġa' mibni minkejja li l-Qorti irrevokat il-permessi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 February 2026