MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum 'Hemm bżonn ta' riforma serja, robusta u ħolistika tas-sistema tal-ippjanar' - Stanley Zammit IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Din il-gazzetta talbet ir-reazzjoni tal-Ministru tal-Ippjanar Clint Camilleri u minn Stanley Zammit, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ippjanar. Kelliem għall-ministru qalilna li bl-emendi tal-liġi li ressaq il-Gvern tal-Abbozz ta' Liġi 144, ir-riforma fil-liġi tal-appelli, tindirizza dawn iċ-ċirkustanzi sabiex tali anomaliji ma jseħħux aktar. "Dan għaliex, bl-emendi proposti, qabel jintemm il-proċess kollu, inkluż tal-appell fl-EPRT anke tal-qorti, ix-xogħlijiet ma jistgħux jibdew." Fil-kummenti tiegħu lil din il-gazzetta, Zammit qal illi "is- sentenzi tal-Qorti tal-Appell tal-13 ta' Frar 2026 jikkonfermaw b'mod ċar u inekwivoku dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jgħid għal snin twal: li s-sistema tal-ippjanar f 'pajjiżna ma ġietx irriformata b'mod serju, iżda minflok kompliet tiġi mħabbla b'aktar policies konfliġġenti u interpretazzjonijiet li joħolqu anomaliji." Huwa kompla jgħid illi "… l-Qorti stess indikat li s-sit kien irregolat minn policies differenti, fosthom li kien 'Residential Priority Area (Detached & Semi- Detached Dwellings according to Table SW(b))' u fl-istess waqt kien hemm ukoll indikazzjoni separata li 'To retain the existing building heights'. Dan juri b'mod ċar li l-qafas ta' ppjanar fih innifsu qed joħloq sitwazzjoni ta' kunflitti bejn il-policies differenti." Zammit sostna li dan huwa eżattament il-punt li ilu jisħaq fuqu l-Partit Nazzjonalista. Huwa qal illi minflok ma ġew indirizzati dawn l-anomaliji matul dawn l-aħħar 13-il sena, il-Gvern kompla jżid aktar saffi ta' policies u linji gwida li ħafna drabi jidħlu f 'kunflitt ma' xulxin. Huwa kompla jinnota li mill- istess sentenza ħareġ ċar li l-Awtorità kienet qed tagħżel liema policy tapplika. "Fil-fatt, fir- rapport tagħha stess kienet indikat li l-parametri tal-Pjan Lokali 'have been superseded by the Table 5 in Policy P28 of DC 2015'. Dan ifisser li parti mill-qafas tal-Pjan Lokali ġiet imwarrba biex tapplika policy oħra aktar favorevoli għall- iżvilupp propost.'' Zammit tenna li din hija konferma oħra ta' kif l-Awtorità tal-Ippjanar, flok tkun awtorità ta' pjanar strateġiku u konsistenti, spiċċat awtorità tal-permessi. Minflok ma solviet il-kunflitt evidenti bejn policies li japplikaw għall-istess sit b'mod legali u strutturat qabel tittieħed id- deċiżjoni, l-approċċ kien li jintgħażlu policies u jitwarrbu oħrajn. "Dawn is-sentenzi jingħaqdu ma' ħafna oħrajn qabilhom u jenfasizzaw il-ħtieġa li ilu jitkellem dwarha l-Partit Nazzjonalista, dik ta' riforma serja, robusta u ħolistika tas-sistema tal-ippjanar, inkluż dik tal-appelli. Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li meta jkun hemm appell, il-permess għandu jkun sospiż għal perjodu definit sakemm jinqata' l-appell, sabiex ma jiġux maħluqa sitwazzjonijiet irriversibbli. Din hija riforma li trid issir b'konsultazzjoni vera u wiesgħa mal- istakeholders kollha, u mhux permezz ta' tibdiliet mgħaġġla, frammentati, b'loġika fażulla u mingħajr konsultazzjoni bħalma prova jisforza l-Gvern inkiss inkiss f 'nofs is-sajf li għadda," kompla jgħid Zammit. Huwa sostna li huwa proprju "għal ċirkostanzi bħal dawn li l-Partit Nazzjonalista ppropona wkoll l-introduzzjoni ta' proċess strutturat ta' medjazzjoni u kjarifika bikrija fil-fażi tal-ippjanar. Dan il-mekkaniżmu jippermetti li kunflitti bejn policies, interpretazzjonijiet u interessi jiġu identifikati u solvuti kmieni, qabel ma l-applikazzjonijiet javvanzaw. Dan inaqqas l-inċertezza, iżid it-trasparenza, u joħloq aktar ċertezza, kemm għall-iżviluppaturi, kif ukoll għall- komunitajiet." Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista temm jgħid illi fl- istess ħin, il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tidħol fi proċess miuħ u trasparenti mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni li tnaqqas kemm jista' jkun il-ħsara ambjentali u fl-istess ħin tipproteġi lill-komunitajiet li jgħixu madwar dawn is-siti. Madanakollu, meta ġie mistoqsi dwar jekk il-binja għandhiex titwaqqa', ma ngħatax kumment lill-gazzetta. Min-naħa l-oħra, ma ntbagħtitx tweġiba mill- Ministeru tal-Ippjanar fil-ħin tal- pubblikazzjoni ta' din il-gazzetta. Saga li ilha għaddejja mill- 2018 Il-proġett in kw istj oni huwa mmexxi minn Halland Developments Ltd, parti minn Tumas Group. Din ingħatat permess biex tissostitwixxi l-lukanda fi tmiem l-2018 (PA 2479/16) u aktar tard il-kumpanija ressqet applikazzjoni oħra (PA 6961/20) biex temenda l-permess oriġinali, li ġie approvat fl-2022. B'reazzjoni għal din l-approvazzjoni, grupp ta' residenti appellaw iż-żewġ permessi mat-Tribunal ta' Reviżjoni Ambjentali u tal-Ippjanar iżda tilfu ż-żewġ każijiet fis-17 ta' Lulju, 2025. Sussegwentement, il-kunsilli lokali tas-Swieqi u San Ġwann, il-Perit Joe Cachia Fearne u l-Assoċjazzjoni tal-Kumpless Tal-Ibraġġ ressqu appell kontra d-deċiżjoni tat-tribunal dwar iż- żewġ permessi. Il-permess tal-istess żvilupp ġie revokat nhar il-Ġimgħa wara li l-Qorti ddeċidiet li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u t-Tribunal ta' Reviżjoni Ambjentali u tal- Ippjanar (EPRT) kienu aġixxew "arbitrarjament" meta ġew sabiex japprovaw l-iżvilupp. X'qalet il-Qorti fils-sentenza tagħha Fis-sentenza tagħha, il-Qorti sabet li l-awtoritajiet kienu applikaw politika waħda għas-sit filwaqt li injoraw oħra applikabbli bl-istess mod meta taw il- permessi. Iż-żewġ politiki kienu f 'kunflitt iżda, l-ewwel l-Awtorità tal-Ippjanar u aktar tard it- Tribunal ta' Reviżjoni Ambjentali u tal-Ippjanar, għażlu li japplikaw il-politika li kienet l-aktar adattata għat-talba tal-applikant. Il-Qorti tal-Appell qalet li l-Awtorità tal-Ippjanar kellha l-ewwel issolvi l-kunflitt ta' politika qabel ma tipproċedi bl- applikazzjoni tal-ippjanar tal- iżvilupp. Biex tkun konformi mal- liġi, il-Qorti sostniet li l-Awtorità tal-Ippjanar kellha ssolvi dan il- kunflitt fi ħdan il-pjanijiet lokali, u mhux tagħżel politika waħda fuq oħra. Il-Qorti nnutat li s-sit huwa kopert minn żewġ mapep ta' politika kontradittorji: Il-Mappa SW2, li tirrestrinġi l-iżvilupp għal abitazzjonijiet separati jew semiseparati b'għoli massimu ta' żewġ sulari, u l-Mappa SW4, li tgħid li l-iżviluppi jridu jżommu l-għoli tal-bini eżistenti. Il-lukanda kienet għolja madwar 26 metru, ferm 'il fuq mil-limitu ta' żewġ sulari. Kemm l-Awtorità, kif ukoll it- Tribunal iffokaw fuq il-politika li tippermetti bini ogħla biex jiġġustifika l-permessi. Iżda d-deċiżjoni dwar liema politika tapplika ttieħdet b'mod arbitrarju, qalet il-Qorti, u żiedet li l-politiki ma jistgħux jintużaw b'mod selettiv u b'mod ad hoc. "Eżerċizzju bħal dan huwa arbitrarju fin-natura tiegħu u ma jidhirx li twettaq skont ir- rekwiżiti tal-liġi tal-ippjanar," iddeċidiet il-Qorti. "Dan huwa każ fejn l-awtorità għażlet bejn politiki li bla dubju applikaw bl-istess mod għall-każ, bil- konsegwenza li d-deċiżjoni tagħha inevitabbilment kisret xi wħud minn dawk il-politiki applikabbli," żiedet is-sentenza. Il-Qorti mbagħad ipproċedi- et sabiex tirrevoka l-permess ew- lieni sabiex jinbena l-blokk resi- denzjali u annullat it-tieni permess għall-istess raġunament. Anomalija preżenti fil-liġi Maltija Il-liġijiet tal-ippjanar attwali jippermettu lill-iżviluppaturi jipproċedu bil-proġetti tagħhom anke jekk ikun hemm appell pendenti. Dan ħoloq sitwazzjonijiet anomali, fejn il-permessi tal- ippjanar jiġu revokati fuq proġetti li jkunu diġà nbnew. Din l-anomalija fil-liġi tirriżulta f 'sitwazzjoni fejn il-proġetti jistgħu jitlestew u jiġu ffinalizzati , biex imbagħad jiġu revokati l-permessi tagħhom u għaldaqstant jibdew jitqiesu bħala żvilupp illegali fi stadji aktar tard. Dawn l-iżviluppi illegali; illi jvarjaw mill-bini ta' mijiet ta' appartamenti mill-iżviluppatur Joseph Portelli sal-bini ta' lukanda fil-Mellieħa żviluppata minn Mark Agius u Joseph Portelli, u saħansitra anke kumpless fuq ix- xatt mibni mill-aġenzija statali Transport Malta; xorta waħda jitħallew jibqgħu mibnija, anke wara li l-permessi tagħhom jiġu revokati. Riforma proposta tal-liġijiet tal-ippjanar, jekk tiġi approvata mill-Parlament, tfisser illi jsir l-iffriżar ta' proġetti ta' żvilupp li huma soġġetti għal appell, iżda fl-istess waqt tipprojbixxi wkoll lill-qrati milli jirrevokaw il- permessi. Stanley Zammit qal li din hija konferma oħra ta' kif l-Awtorità tal-Ippjanar, flok tkun awtorità ta' pjanar strateġiku u konsistenti, spiċċat awtorità tal- permessi. Minflok ma solviet il-kunflitt evidenti bejn policies li japplikaw għall-istess sit b'mod legali u strutturat qabel tittieħed id-deċiżjoni, l-approċċ kien li jintgħażlu policies u jitwarrbu oħrajn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 February 2026