Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289
10 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum opinjoni "Il-homework għandu jintuża biex jistimula l-kreattività, il- ħiliet ta' riċerka u l-abbiltà li t-tfal isolvu l-problemi, u mhux biex joħloq pressjoni bla bżonn" L -Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem riċentement qajmet punt importanti: l-attivitajiet ekstrakur- rikulari wara l-ħin tal-iskola qed joħolqu pressjoni żejda fuq il-familji u, konsegwentement, fuq it-tfal. Qalet li dawn l-attiv- itajiet m'għandhomx jitnaqqsu iżda, fejn hu possibbli, dawn l-attivitajiet għandhom jiġu integrati fl-ambjent tal-iskola stess. Din mhijiex diskussjoni ġdida għalija. Fil-fatt kienet waħda mill-ewwel temi li qajjimt fil-maiden speech tiegħi fil- Parlament. Nemmen li wasal iż- żmien li l-isport, id-drama, l-arti u l-mużika għandhom jingħataw l-istess importanza bħas-suġġetti meqjusa bħala core bħall-Malti, l-Ingliż u l-Matematika. Dawn mhumiex sekondarji. Huma essenzjali għall-iżvilupp mentali, emozzjonali u fiżiku tat-tfal tagħna. Illum, grazzi għall- investiment li sar minn gvernijiet differenti, ħafna skejjel huma mgħammra bi btieħi, swali u teatri mdaqqsa. Dawn jistgħu jintużaw, anke permezz ta' sħubiji ma' entitajiet privati, sabiex wara l-ħin tal-iskola t-tfal ikunu jistgħu jibqgħu fl-istess ambjent sigur u strutturat u jipprattikaw l-attività ekstrakurrikulari hemm. Nieħu eżempju personali: it-tifla tiegħi tattendi lezzjoni ta' drama darba fil-ġimgħa fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, organizzata minn kumpanija privata, li ssir wara l-ħin tal- iskola. It-tewmin jattendu wkoll il-futbol fis-Siġġiewi stess. Bħala familja bi tlett itfal, għażilna li niffukaw l-attivitajiet ekstrakurrikulari fil-lokalità fejn ngħixu biex innaqqsu l-ħin ta' vjaġġar u l-istress. Hawn irrid infaħħar ukoll il- kontribut li jagħtu l-baned tal- irħula b'tagħlim b'xejn fil-każini lit-tfal f 'lokalitajiet differenti. Din hi wkoll għażla tajba għal dawk it-tfal li jkunu interessati fil-mużika u jridu attività ekstrakurrikulari fil-post fejn jgħixu. Dan ma jfissirx li dan huwa l-aħjar mudell għal kulħadd. Hemm ġenituri li jippreferu li wliedhom imorru barra mir- raħal jew mill-iskola tagħhom biex jiltaqgħu ma' tfal oħra. U dan nifhmu. Iżda fejn hu possibbli għandu jkun hemm għażla reali li l-attivitajiet isiru fl-iskejjel stess. Din id-diskussjoni ma tistax issir mingħajr ma nindirizzaw ukoll il-kwistjoni tal- homework. Il-Prim Ministru Robert Abela stess appella għal bilanċ f 'dan ir-rigward. U għandu raġun. Jekk it-tfal jingħataw homework eċċessiv li jridu jlestu bil-għaġla biex imbagħad jiġru minn attività għal oħra, inevitabbilment tinħoloq ansjetà fil-familja kollha. Ħafna għalliema jagħrfu l-ħtiġijiet individwali tal- istudenti tagħhom u dan huwa rifless fl-ammont ta' homework li jagħtu. Imma hemm każijiet ta' ammont ta' homework eċċessiv li jridu jiġu indirizzati. Il- homework għandu jintuża biex jistimula l-kreattività, il-ħiliet ta' riċerka u l-abbiltà li t-tfal isolvu l-problemi, u mhux biex joħloq pressjoni bla bżonn. Il-familji għandhom bżonn il-mistrieħ tagħhom ukoll. Il-problema mhijiex l-attivitajiet. Il-problema hija sistema li ġġiegħel lill-familji jiġru kontinwament, mill-iskola għad-dar għall-homework, imbagħad madwar Malta għall- attivitajiet. Għalhekk hemm bżonn riforma mifruxa u diskussjoni miftuħa ma' kulħadd. L-ewwel: sport, drama, arti u mużika għandhom jingħataw l-istess importanza bħas- suġġetti core. It-tieni: l-iskejjel għandhom jibqgħu miftuħa biex il-grounds u l-faċilitajiet tagħhom jintużaw għal attivitajiet wara l-ħin tal- iskola. It-tielet: irridu nindirizzaw il-homework eċċessiv billi l-homework jintuża bħala għodda li jistimula l-kapaċitajiet differenti tat-tfal, wara l-ħin tal-iskola. Fl-aħħar mill-aħħar, kull riforma għandha twassal għal sistema li qed trabbi tfal b'saħħithom mentalment u fiżikament. Għax hekk biss inkunu qed nagħtuhom l-aħjar opportunitajiet għall-futur. Ħin ta' kwalità għat-tfal ukoll Ħafna skejjel illum huma mgħammra bi btieħi, swali u teatri mdaqqsa Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD

