Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557
aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 • illum 06 Erba' snin ta' gwerra fl-Ukrajna u r-Russja: x'nafu u x'tgħallimna X'inhi s-sitwazzjoni fuq in-nominazzjoni ta' Miriam Hayman? JA: Id-diskussjonijiet huma ris- pettużi u mhux neċessarjament m'aħniex naqblu għaliex aħna bħala gvern qed nistennew ris- posta mill-Oppożizzjoni għall- ġimgħa u ġurnata wara li res- saqna t-tieni isem li bħala gvern nemmnu li għandu l-kredenzjali li hemm bżonn. Hemm ismijiet oħra minflok Miriam Hayman? JA: L-istess isem li ġie propost fil-laqgħa wara l-laqgħa tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizz- joni, iltqajna jien u Joe Giglio fejn issemma dan l-isem sabiex jinħatar xi ħadd f 'din il-pożizz- joni. X'inhuma l-kriterji biex jintgħażel Prim Imħallef? JG: Fl-ewwel lok, wieħed minn dawn il-kriterji li jien se nkun qed nirrispetta hija li jintqal fid-diskussjonijiet jibqa' kunfi- denzjali. F'dan il-kuntest, anke bħala kelliem, kontra ħafna li f 'żewġ ċirkustanzi tħabbar min- naħa tal-gvern isem. Fil-każ ta' Consuelo Scerri Herrera, ressqu mozzjoni fil-parlament meta kien għad m'hemmx ehim. L-aħħar ħaġa li jista' jiġri hija li ġudikatur jiġi suġġett għal dawn id-diskussjonijiet, fuq il-kwalifi- ki tiegħu. Dan aħna ma rriduhx. Bl-istess mod il-gvern reġa' ħab- bar b'mod pubbliku, isem ieħor. Jekk tistaqsini jekk dan l-isem is- semmiex f 'dawn id-diskussjoni- jiet, mhux se ngħidlek. Id-disk- ussjonijiet għadhom għaddejjin. Dak li jiġi diskuss, mhux se jiġi mikxuf bl-ebda mod. Iva, fuq kriterji qbilna avolja m'aħniex magħqudin bihom. Jekk naraw li dawn il-kriterji mhux qed jgħinuna naslu, mela mhumiex imnaqqxin. X'inhuma l-kriterji bażiċi li hemm konverġenza fuqhom? JG: Dawk li huma ovvji, li nittama li ż-żewġ naħat jimxu magħhom hu li nista' ngħid. Fid-dawl anke ta' dak li qalet il-President, għandu jkun 'il bogħod minn kontroversja, per- suna li tgawdi mir-rispett kollet- tiv ta' kulħadd, persuna li kapaċi tgħaqqad il-ġudikatura b'ħiliet ta' tmexxija. Din kienet mossa li kontu tafu li se titfgħu l-Oppożizzjoni f 'rokna u tivvota kontra? JA: Irridu nitfgħu kollox f 'kuntest meta ngħidu bl-isem inizjali msemmi ta' Consue- lo Scerri Herrera. Dawn kien hemm organi kostituzzjonali oħra, minħabba l-iskadenza tal- Prim Imħallef attwali. Imbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel U-Turn għax qal kieku ma ttiħidx il-vot kien se jkun hemm kriżi kostituzzjonali. Kien hemm konfużjoni sħiħa fl-Oppożizzjo- ni, kien hemm min ta' x'jiem li kien hemm qbil fuq Consuelo Scerri Herrera. Ma jiġix jgħid- li Joe Giglio hawnhekk li aħna konna responsabbli għax res- saqna mozzjoni. Hu qal li hemm kriterja importanti li l-persu- na magħżula għandha tkun 'il bogħod mill-kontroversja. Meta għedtha jien waqt il-ħatra tal-im- ħallfin ħareġ kontrija u jgħajjarni. Miriam Hayman se tagħlaq 64 u Wenzu Mintoff għandu 66. L-età kien kriterju kruċjali għalikom? JA: L-età huwa kriterju im- portanti għax aħna stabbilejna din. L-irġulija tgħid li t-terminu m'għandux ikun twil ħafna u anqas qasir ħafna. Jien is-sena l-oħra ressaqt pakkett ta' emendi fejn kien hemm li l-età tal-irtirar għall-Prim Imħallef togħla sa 70 sena. "Jien mhux ħa nesprimi jgħid il-Ministru Jonathan Fuq XTRA, Saviour Balzan jitkellem mal-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard u l-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Joe Giglio ILENIA DEBONO L-24 ta' Frar ikkommemora r-raba' sena tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' numru ta' figuri differenti li jaħdmu mal-kawża Ukrena fuq il-kwistjoni. L-Ambaxxatur tal-Ordni Sovrena ta' Malta għar- Repubblika ta' Malta l-Prinċep Augustu Ruffo di Calabria tkellem fuq il-ħidma umanitarja li qed tagħmel mal-kawża Ukrena mad-dinja wkoll. "L-Ordni ilha preżenti fl-Ukrajna għal numru ta' snin. Wara l-bidu tal-gwerra fl-2022, l-iskala tal- kriżi umanitarja rrikjediet rispons immedjat u proporzjonat." Hu qal li l-involviment tal-ordni mhijiex waħda politika imma sempliċement umanitarja hekk kif l-ordni tipprovdi għajnuna mediċinali, għotjiet ta' affarijiet neċessarji, u appoġġ għal persuni li m'għandhomx fejn joqogħdu li l-prinċep qal jaqblu mal-missjoni tal-ordni sabiex jgħinu l-proxxmu fil- bżonn u jiddefendu d-dinjità tal-bniedem. Meta mistoqsi għaliex l-ordni ma ħaditx azzjonijiet diplomatiċi kontra r-Russja bħal pajjiżi oħra f 'solidarjetà mal-Ukrajna, l-ambaxxatur sostna li l-ordni hija newtrali u sovrana taħt il-liġijiet internazzjonali u li r-relazzjonijiet diplomatiċi tal- ordni huma strumenti umanitarji mhux alleanzi politiċi. "Meta nżommu djalogu, inkunu nistgħu nippreservaw stazzjonijiet li jistgħu jkunu essenzjali għall-assistenza umanitarja," huwa stqarr. Huwa tkellem ukoll fuq għala hemm numru ta' rifuġjati Ukreni li jagħżlu li jiġu Malta, avolja dan qiegħed 'il bogħod kemm ġeografikament u anke kulturalment. Hu spjega li Malta toffri stabbiltà, protezzjoni temporanja fil-qafas tal-UE, kif ukoll komunità li toffri appoġġ. Barra minn hekk, id- deċiżjoni ta' fejn immoru hija influwenzata minn sigurtà, opportunità, kif ukoll qraba u ħbieb. Tkellmet ma' din il-gazzetta wkoll Alexia Melkonyan għan-nom tal-Fondazzjoni għall-Komunità Ukrena f 'Malta. Hi qalet li skont statistiċi tal-UNHCR, Malta laqgħet madwar 2,000 Ukren li ħarbu mill-gwerra, bil-maġġoranza tagħhom kienu nisa, tfal u anzjani, u tathom status ta' protezzjoni temporanja. Sa Mejju tas- sena l-oħra, kien hemm madwar 7,8 miljun refuġjat Ukren madwar l-Ewropa kollha. "Il-komunità Ukrena f 'Malta hi żgħira imma viżibbli ħafna," qalet Melkonyan. Hi qalet kif bl-appoġġ tal-UNHCR, il-fondazzjoni nediet kors ta' integrazzjoni għall-Ukreni li jaslu f 'Malta. Kors prattiku li jgħallem fuq proċeduri legali, sistemi finanzjarji, is-sistema tas-saħħa, l-edukazzjoni u introduzzjoni għal-lingwa u l-kultura Maltija. Melkonyan tkellmet fuq proġett ieħor it-'3rd Generation Ukrainian Social Club', immirat għall-anzjani sabiex titnaqqas is-solitudni, tiżdied l-inklużjoni u jinħolqu opportunitajiet għal skambju kulturali. "Ħafna mill-Ukreni f 'Malta jaħdmu, jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola, u saru parti mid-drapp multikulturali ta' Malta. Fl-istess ħin hemm gruppi vulnerabbli bħall-pensjonanti, żgħażagħ u nies b'diżabbiltà. Dawn il-membri tal-komunità xorta għandhom bżonn appoġġ sostnut, kemm minn Ukreni oħra, u anki minn nies tal-lokali. Il-progress huwa evidenti, imma gradwali." Hi tkellmet fuq il-perċezzjoni tal-Maltin fuq il- gwerra, li għal ħafna hija kwistjoni personali, b'sens li dak li qed jiġri fl-Ukrajna qed imiss il-valuri Ewropej, dawk ta' sigurtà, sovranità u dinjità. Melkonyen qalet li l-familji Maltin fetħu darhom għal din il-kawża, ġirien jgħinu l-Ukreni li għadhom kif jaslu, u professjonisti joffru s-servizzi tagħhom b'xejn. Melkonyen qalet ukoll li ħafna Ukreni jiġu Malta għal sens ta' stabbiltà, hekk kif Malta toffri sigurtà legali biċ-ċertifikat ta' protezzjoni temporanja kif ukoll aċċess għas-servizzi tas-saħħa, edukazzjoni u xogħol. Barra minn hekk, hemm il-fatt li l-komunità diġà stabbilità ta' Ukreni. "Fl-ewwel it xhur, familji Maltin offrewlna fejn noqogħdu, negozji taw donazzjonijiet, skejjel tal- lingwi provdew lezzjonijiet b'xejn, individwi għenu nies li għadhom jaslu jinnavigaw il-burokrazija ta' kuljum." Hi spjegat li llum l-appoġġ kompla fit-tul, b'volontorjat, avvenimenti fejn jinqasmu l-kulturi u interazzjoni bejn in-nies. Hi għalqet billi qalet li l-appoġġ għall-kawża Ukrena ma jfissirx neċessarjament affarijiet kbar. Tista' tkun xi ħaġa żgħira bħal donazzjoni jew konverżazzjoni fuq id-drittijiet umani. Il-kunflitt fl-Ukrajna ilu għaddej minn qabel l-2022. Hemm ħafna li jgħidu l-gwerra bdiet fl-2014 wara li r-Russja invadiet ir-reġjun tal-Krimea, u wara dan serviet ta' bażi għal gruppi separatisti Russi li bdew gwerra fir-reġjun Ukren f 'Donbas. Fil-bidu tal-2014, l-Ukrajna kienet għaddejja minn tibdiliet wara numru ta' protesti u rivoluzzjoni li wasslu għat- tkeċċija tal-President Ukren li kien favur ir-Russja Viktor Yanukovych. Il-kunflitt fl-Ukrajna ilu għaddej mill-2022

