MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg ippropona mekkaniżmu għal meta ma jkunx hemm qbil politiku fuq il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid. Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti ma jistax jirtira għax il-Gvern u l-Oppożizzjoni għadhom ma qablux dwar min għandu jinħatar minfloku. Borg qed jevalwa ismijiet ġodda hekk kif jaf li l-Prim Ministru Robert Abela qed jaffaċċja kriżi li tista' ġġib magħha elezzjoni bikrija lejn l-aħħar ta' Mejju. Mekkaniżmu simili kien diġa' ġie introdott għall-pożizzjoni tal-Kummissarju tal- Istandards fil-Ħajja Pubblika, fejn jekk ma jkunx hemm qbil ta' żewġ terzi wara żewġ voti, id-deċiżjoni tista tintlaħaq b'maġġoranza sempliċi. Din kienet daħlet fis-seħħ wara li l-gvern u l-Oppożizzjoni ma setgħux jaqblu fuq min kellu jokkupa dan l-irwol wara r-riżenja ta' George Hyzler. Borg qal li l-oppożizzjoni qatt ma kellha risposta fuq l-ismijiet kollha li ppropona l-PN. "Ir-risposta tal-gvern kienet dejjem tkun isem ieħor, b'mod pubbliku u irrisponsabbli," qal Borg. Il-PN ikkritika l-gvern mill-bidu fuq il-fatt li ppubblikaw in-nomini tagħhom għal din il- kariga, kemm dik tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kif ukoll dik tal-Imħallef Miriam Hayman. Nies viċin ta' Borg li tkellmu mal-gazzetta oħt, MaltaToday, qalu li huma mhux se jaqblu ma' ismijiet ġodda mingħajr raġuni, u li huma jippreferu s-sitwazzjoni kif inhi flimkien ma' diskussjoni wiesgħa fuq tibdiliet kostituzzjonali. www.illum.com.mt NRU 1001 €1.50 IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 2 IKOMPLI F'PAĠNA 4 PAĠNA 4 CARM MIFSUD BONNICI U EVARIST BARTOLO FUQ IS-SAGA TA' PRIM IMĦALLEF ĠDID Iżrael u l-Istati Uniti nidew attakk "preventiv" fuq l-Iran kmieni s-Sibt filgħodu. Il-Ministru għad-Difiża ta' Iżrael qal li l-attakk kellu l-mira li "jneħħi t-theddid" u ħabbar li ġie ddikjarat "stat speċjali u permanenti ta' emerġenza" f 'Iżrael. L-Iran, min-naħa tiegħu, bagħat ħames mewġiet ta' missili u drones lejn l-Iżrael u basi Amerikani fir- reġjun. L-Iran tirritalja b'missili u drones kontra Iżrael u bażi Amerikani ALEX BORG JIPPROPONI MEKKANIŻMU GĦAL META MA JKUNX HEMM QBIL FUQ IL- ĦATRA TA' PRIM IMĦALLEF, HEKK KIF IL-GVERN U L-OPPOŻIZZJONI GĦADHOM MA QABLUX FUQ LIL MIN IRIDU JIEĦU POST MARK CHETCUTI L-Amerka u Iżrael jattakkaw lill-Iran IL-PRIM IMĦALLEF HAWN SE JIBQA' L-attakki fuq l-Iran mill-Amerka u Iżrael ġew ikkonfermati mill- President Amerikan Donald Trump b'vidjo fuq il-midja soċjali Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti (xellug) ma jistax jirtira qabel ikun hemm qbil fuq is-suċċessur tiegħu u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg (lemin) issa jrid mekkaniżmu legali għal meta l-Gvern u l-Oppożiżżjoni ma jaqblux fuq il-ħatra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 March 2026