MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 • illum L-Iran tattakka lil Iżrael u bażi Amerikani Il-Vision 2050 tnediet f 'ċerimonja spettakolari Il-Gvern żvela l-istrateġija tant mistennija Malta Vision 2050 il- Ġimgħa filgħaxija waqt avveniment imdawwal u spettakolari barra l-bibien tal-Belt Valletta. Ippreżentata bħala pjan komprensiv għall-25 sena li ġejjin, l-istrateġija hija mibnija madwar l-għan li tifforma lil Malta bħala nazzjon sigur u reżiljenti li jippromwovi kwalità ta' ħajja aħjar. Il-pjan jinkludi 100 miżura, u sit elettroniku ddedikat se jinkludi dashboard pubbliku li jippermetti lin- nies isegwu l-progress. Is-superviżjoni se tkun f 'idejn uffiċċju ta' tmexxija tal-proġetti fi ħdan l-Uffiċċju tal- Prim Ministru, li se jikkoordina l-implimentazzjoni bejn il-ministeri. Waqt l-avveniment, li kien jinkludi dwal, żeffiena u orkestrà, ġie spjegat li Vision 2050 għandha erba' pilastri ewlenin. L-ewwel wieħed jiffoka fuq tkabbir ekonomiku sostenibbli, li jimmarka bidla minn espansjoni bbażata fuq il-volum għal mudell iffukat fuq il- produttività u industriji ta' valur ogħla. It-tieni pilastru għandu l-għan li jipprovdi servizzi aktar aċċessibbli, b'riformi fil-mobilità, il-kura tas-saħħa u l-governanza diġitali. It-tielet pilastru jindirizza r-reżiljenza u l-edukazzjoni, b'reazzjoni għal sfidi bħall-bidla teknoloġika, il-pressjonijiet klimatiċi u l-bidliet demografiċi. Il- pjani jinkludu skema ta' €91 miljun biex jiġu mmodernizzati l-iskejjel u l-ħolqien ta' sistema nazzjonali ta' intelligence tal-ħiliet biex tbassar il- ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Jinkludi wkoll miżuri biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija, bħal tieni interconnector b'investiment ta' €300 miljun. Ir-raba' pilastru huwa l-użu aktar għaqli tal-art u tal-baħar. L-impenji jinkludu li Fort Campbell, White Rocks u Manoel Island jinbidlu fi spazji miftuħa, bl-aħħar wieħed jinbidel f 'żona mingħajr karozzi. Il-Ġimgħa, il-Gvern enfasizza sitt inizjattivi ewlenin: l-introduzzjoni ta' sistema ta' trasport tal-massa, riforma tat-trasport pubbliku, l-espansjoni tal- kapaċità tal-kura tas-saħħa, riforma fl- edukazzjoni, trasformazzjoni tas-settur tal-enerġija u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' riġenerazzjoni għall-Grand Harbour. Għalkemm l-istrateġija tikkonferma li sistema ta' trasport tal-massa se tkun parti mir-riformi tal-mobilità, dettalji dwar id-disinn, l-implimentazzjoni u l-finanzjament tagħha għadhom ma ġewx ippubblikati. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Is-sireni tar-rejds mill-arju bsew jinstemgħu fl-Iżrael xi t-8:15 a.m. ħin lokali, li servew ta' twissija għall-possibbiltà ta' sparar ta' missili ritaljatorji. L-attakki ġew wara li l-Istati Uniti ġabru preżenza sostanzjali ta' ajruplani tal-ġlied u bastimenti navali fir-reġjun, f 'dak li ġie meqjus bħala sforz biex jagħfsu pressjoni fuq l-Iran sabiex jikkonkludi ftehim. Filwaqt li kien irrappurtat li l-Iran wera xi flessibbiltà f 'taħditiet mal-Istati Uniti din il- ġimgħa, il-President Amerikan Donald Trump, li qabel hedded b'azzjoni militari biex iġiegħel lil Tehran jilħaq ftehim, qal li ma kienx "ferħan" bil-progress tad- diskussjonijiet. "Bombi kullimkien" F'video ta' tmien minuti fuq il-pjattaforma tiegħu tal-midja soċjali, il-President Amerikan Donald Trump iddikjara uffiċjalment gwerra kontra l-Iran, u wiegħed li jeqred il- kapaċitajiet militari tal-pajjiż. F'appell lill-poplu Iranjan, Trump enfasizza li ċ-ċivili għandhom jibqgħu ġewwa, hekk kif qal li "l-bombi se jinżlu kullimkien." Trump qal li ladarba tintemm l-operazzjoni militari, l-Iranjani jkunu jistgħu jieħdu f 'idejhom il-gvern tagħhom. "Lill-membri tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iżlamika, il- Forzi Armati u l-pulizija kollha, ngħidilkom illejla li għandkom iċċedu l-armi tagħkom u tingħataw immunità sħiħa, inkella taffaċċjaw mewt ċerta. Għalhekk, ċedu l-armi tagħkom. Intom tkunu trattati b'mod ġust b'immunità totali, inkella taffaċċjaw mewt ċerta," qal Trump. Trump mexxa l-akbar tkabbir militari Amerikan fil-Lvant Nofsani mill-invażjoni tal-Iraq immexxija mill-Istati Uniti fl- 2003. L-Iran tirritalja Fl-ewwel attakki ta' ritaljazzjoni tagħha minn meta waqgħu l-ewwel missili Amerikani, l-Iran spara missili lejn it-Tramuntana ta' Iżrael, u s-sistema ta' difiża bl-ajru Iżraeljana Iron Dome interċettat ħafna mill-missili. Is-sireni instemgħu madwar Iżrael kif ukoll fil-pajjiż ġar, il- Ġordan. Sadanittant, bażi navali Amerikana fil-Bahrain ukoll sfat attakkata bil-missili mill-Iran. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iran Abbas Araghchi qal lill-pajjiżi tal-Gulf li l-Iran se tuża s-saħħa militari tagħha kollha sabiex tiddeffendi ruħa. Araghchi qal dan waqt numru ta' telefonati ma' ministri għall- affarijiet barranin oħra ta' pajjiżi inkluż l-Emirati Għarab Maqgħuda, il-Qatar, il-Kuwait, Bahrain u l-Iraq, fejn qal li l-Iran se teżerċita d-dritt tagħha sabiex tipproretiġi lilha nfisha sabiex tipproteġi l-integrita' tal-Iran. Barra minn hekk, il-ministru Iranjan "fakkar" dawn il-pajjiżi li għandhom "responsabbilta'" li jipprevenu l-użu ħażin tal- fakultajiet u t-territorji tagħhom mill-Istati Uniti u l-Iżrael. Titjiriet fuq il-Lvant Nofsani mwaqqfa jew bidlu r-rotta Il-linji tal-ajru reġjonali u internazzjonali diiddevjaw jew ikkanċellaw numru ta' titjiriet diretti lejn il-Lvant Nofsani fost l-iskambju ta' missili. Titjiriet lejn Dubai, Tel Aviv, Bahrain u Doha huma fost dawk milquta. Duħħan f 'Tehran wara attakki mill-ajru u b'missili mill-Amerka u Iżrael Il-Gvern żvela l-Malta Vision 2050 waqt avveniment imdawwal u spettakolari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 March 2026