Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 Minn akkademiku u pijunier tal-forensika għal Kummissarju tal- Għaqdiet Volontarji: Dr Anthony Abela Medici jgħid li tneħħa minn rwol pubbliku wara li żvela nuqqasijiet serji fis-sistema "Tkeċċejt għax għamilt xogħli " IR-RIŻENJA SFURZATA TA' ANTHONY ABELA MEDICI MINN KUMMISSARJU TAL-GĦAQDIET VOLONTARJI JAELLE BORG Dr Anthony Abela Medici, wieħed mill-aktar ismijiet marbuta mill- qrib mal-iżvilupp tal-forensika f 'Malta u b'karriera twila fis- servizz pubbliku, illum jinsab barra mill-irwol li kien jokkupa bħala Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji – mhux b'deċiżjoni personali, iżda għax, kif jgħid hu stess, "waslitli l-informazzjoni li jriduni nirrizenja issa – għax għamilt xogħli." Din ir-riżenja ma kinitx episodju iżolat, iżda l-aħħar kapitlu f 'ħajja professjonali mmarkata minn pressjoni politika, ostakli istituzzjonali u deċiżjonijiet li ħallew impatt profond, kemm fuq ħajtu, kif ukoll fuq il-pajjiż. Mill-Università ta' Londra għal Malta Dr Abela Medici ħa d-dottorat tiegħu mill-Università ta' Londra fl-1976, bi speċjalizzazzjoni fil- kimoterapija tal-kanċer. "Id- dottorat tiegħi kien fuq cancer chemotherapy, xogħli kien li niddisinja d-drogi kontra l-kanċer," jispjega. Meta rritorna Malta, ġie appuntat lecturer fl-Università ta' Malta u kien jgħallem ukoll fil- Fakultà tal-Mediċina. Madankollu, l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu ma setgħetx tkompli tintuża kif ippjana. Meta rritorna Malta qalulu li ma jistax ikompli f 'dak il-qasam, imma jrid jaħdem fuq il-qasam tad- dipartiment." Il-bidu tal-forensika f'Malta Fl-1977, l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien, Dr Lawrence Pullicino, talab l-għajnuna tiegħu biex jevalwa l-possibbiltà li Malta jkollha laboratorju forensiku. Dr Abela Medici nħatar Chairman ta' Board of Inquiry u, flimkien ma' esperti oħra, żar laboratorji fl-Ingilterra u l-Iskozja. "Għamilt rapport lill-pulizija li għandhom ikollhom laboratorju forensiku u b'hekk aħt il-bieb għal possibbiltà li l-pulizija jkollhom laboratorju forensiku, però qatt ma kelli l-ħsieb li jien se nkun parti minn dan it-tim." Fl-1979, bidla fil-Ministeru tal- Edukazzjoni wasslet biex il-Fakultà tax-Xjenza – fejn kien jaħdem – tingħalaq, dan kollu "għax il- ministru l-ġdid ħaseb li se noħroġ fuq id-distrett tiegħu". Il-Fakultà tal-Mediċina saqsietu biex ikompli magħhom iżda minkejja li l-Fakultà tal-Mediċina aċċettatu formalment u b'voti minn entitajiet oħra, kollox waqa' fl-aħħar stadju. Meta l-vot wasal għand il-Kunsill tal-Università fejn il-gvern għandu 51% tal-vot, "Siegħa qabel ingħataw ordni biex jivvutaw kontra, u allura spiċċajt bla xogħol." Wara perjodu diffiċli, sab xogħol barra minn Malta, inkluż fl-Istati Uniti u l-Libja, iżda l-ħajja tal- familja sofriet. "Niġi Malta, it-tifel jibki għax ma jafnix u għedt dan mhux sew," u għalhekk irreżenja. Wara li mar għall-interview mill- Kummissarju tal-Pulizija, beda jaħdem fil-forensika fil-21 ta' Mejju 1981, wara li l-post vakanti kien ħareġ tliet darbiet mingħajr suċċess. Tul is-snin, ħadem fuq numru kbir ta' każijiet li baqgħu mnaqqxin f 'moħħu, speċjalment omiċidji. "Dawk jibqgħu dejjem f 'moħħi kważi bid-dati u d-dettalji b'kollox." Il-każ ta' Sylvia King Wieħed mill-aktar każijiet li ħallew marka kien dak ta' Sylvia King. Huwa jiddeskrivi b'dettall x-xena makabra tal-karozza maħruqa u l-evidenza kruċjali li wriet li l-vittma kienet għadha ħajja meta nħarqet. "Ir-ras kienet qed tistrieħ fuq ħġieġ maħlul tal-karozza … dan juri li l-mara kienet għadha ħajja meta l-vettura kienet ingħatat in- nar." L-awtopsja kkonfermat dan. "Kien hemm evidenza ċara li l-pulmun kien mimli nugrufun." Jirrakkonta wkoll każijiet oħra li baqgħu jemozzjonawh sal-lum, fosthom każ ta' tarbija ta' sentejn li mietet bil-ġuħ ħdejn ommha mejta. "Kienet kerha ħafna, li tirrapporta riħa tinten imma tarbija tibki le." Minn Strasburgu għall- Għaqdiet Volontarji Wara li telaq mid-Direttorat tal-Forensika, ġie elett fuq Expert Committee ibbażat Strasburgu, fejn kien jagħmel spezzjonijiet f 'għases tal-pulizija madwar l-Ewropa. Aktar tard, inħatar Chairman tar- Road Safety Committee, u f 'Mejju 2018 sar Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji. Meta ħa r-rwol, sab struttura żgħira ħafna. "Konna biss sitt persuni," jgħid, iżda kabbar it- tim għal madwar 50 biex jiżgura ċ-ċertezza mal-liġijiet u jindirizza r-riskju ta' money laundering. "Minn sitwazzjoni li kważi kienet impossibbli biex ngħaddu, għaddejna u għaddejna tajjeb." Ir-rapport li wassal għar- riżenja Il-problema bdiet meta, waqt li kien qed iħejji r-rapport obbligatorju tiegħu lill-Parlament, sab aktar minn 1,500 file mhux ipproċessati sa mill-2013. "Kien hemm possibbiltà li xi wħud minnhom kienu ngħataw compliant certificate mingħajr ma ġew iċċekkjati." Bħala dmir, irrapporta lill- Awditur Ġenerali, wara li kien ilu jistenna li tittieħed xi azzjoni. Ir- riżultat? "Wara it żmien waslitli l-informazzjoni li jriduni nirriżenja issa – għax għamilt xogħli." Ħajja ġdida… b'50 qattus Illum, Dr Abela Medici jqatta' l-ġranet tiegħu jieħu ħsieb madwar 50 qattus li ġabar minn barra. "Meta sibt qattusa li kienet għadha żgħira kont inqum kull sagħtejn biex nitmagħha lejl u nhar." Barra minn hekk, ikompli jiddedika ruħu għall-filatelija u r-riċerka dwar l-istorja postali ta' Malta, passjoni li ilha miegħu sa minn tfulitu. Anthony Abela Medici llum jqatta' l-ġranet tiegħu jieħu ħsieb madwar 50 qattus li ġabar minn barra Bernard Grech se jerġa' jikkontesta l-elezzjoni L-eks kap tal-PN Bernard Grech qal li se jerġa' jikkontesta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Meta kien qed jitkellem fuq Campus FM ma' Andrew Azzopardi fl-ewwel intervista tiegħu minn meta rriżenja f 'Ġunju li għadda, Grech qal li se jitlob lill-partit japprova l-kandidatura tiegħu għall- elezzjoni li jmiss. Is-Sibt, Grech ammetta li wara l-aħħar elezzjonijiet tal-MEP, ħassu qisu kien qed jgħix fid-dell ta' Roberta Metsola minħabba diskussjonijiet dwar possibbiltà li terġa' lura fil-politika Maltija. Dak iż-żmien, kien ġie rrappurtat li r-riżenja ta' Grech kienet tfisser li tefa' l-isfida lil Metsola. Wara taħditiet u negozjati, Metsola ddeċidiet li tibqa' fil- politika Ewropea, u b'hekk fetħet it-triq għat-tiġrija għat-tmexxija bejn Alex Borg u Adrian Delia. Meta Grech ġie mistoqsi jekk Metsola tilfetx iċ-ċans tagħha li terġa' lura fil- politika Maltija, huwa qal li dan jiddependi biss minnha. B'referenza għall-istħarriġ ta' MaltaToday ippubblikat jumejn qabel ir-riżenja tiegħu, Grech qal li dan ma kellu x'jaqsam xejn mar-riżenja, u li d-deċiżjoni kien ħadha ftit jiem qabel ma ġie ppubblikat l-istħarriġ. L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech

