Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557
04 analiżi IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 • illum It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall- Għasafar Selvaġġi (WBRU) fi ħdan il- Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar tħabbar li se jinfetħu l-applikazzjonijiet ġodda għal- liċenzja ġenerali tal-insib. Kull min għalaq 18-il sena u interessat li jpoġġi għall-eżami tal-insib huwa mitlub iżur waħda mill-fergħat tal-MaltaPost mill-Erbgħa 4 ta' Marzu sal-Erbgħa 18 ta' Marzu waqt il- ħinijiet tal-ftuħ. Għal aktar dettalji ta' kif tapplika żur il-paġna ta' Facebook tad-WBRU. Irreverenza ostinata: 'Wenzu jaf eżatt x'qed jagħmel' - Carm Mifsud Bonnici Wenzu Mintoff qatta' għexieren ta' snin jaffaċċja battalji li ħafna kienu jevitaw, u spiss poġġa l-prinċipju qabel il-lealtà lejn partit u x-xewqa għall-popolarità fost il- pubbliku. Mir-riżenja tiegħu mill-Partit Laburista bi protesta kontra l-vjolenza politika u l-korruzzjoni sal-kotwaqqif ta' partit terz, il-karriera tiegħu tista' tiġi deskritta bħala masterclass fil-persistenza u fir-ras iebsa. L-aħħar ittra ġuramentata tiegħu ta' ħames paġni lill-Kabinett tqajjem mistoqsija li impossibbli tiġi injorata: dan huwa att ta' kruċjata ta' prinċipju, jew ir- rabja ta' mħallef imżeblaħ li ġie miċħud il-ħatra li tant xtaq? L-10 episodji li ġejjin joffru ħjiel. JAMES DEBONO 1985: Riżenja minn Żgħażagħ Soċjalisti minħabba vjolenza kontra l-ambjentalisti Mintoff irriżenja minn Segretarju Ġenerali tal-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista, iż-Żgħażagħ Soċjalisti, wara li protesta li kienet qiegħda ssir minn attivisti ambjentali (Żgħażagħ għall-Ambjent) fis-17 ta' Novembru 1985 fil-Belt Valletta ġiet attakkata b'mod vjolenti minn "kriminali" allineati mal-partit u li kienu assoċjati mal-Eks Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi Lorry Sant. L-ambjentalisti opponew iż-Żoni għall-Iżvilupp tal-Bini (BDAs), li kienu mekkaniżmi bikrija ta' żonifikazzjoni f 'Malta li kellhom l-għan illi jidentifikaw arbitrarjament art fejn l-iżvilupp kien permessibbli. Mintoff ikkundanna t-tolleranza tal- partit għal tali vjolenza, u semma l-ideali soċjalisti tiegħu bħala inkompatibbli ma' dawn l-azzjonijiet. Minkejja r-riżenja tiegħu mit-tmexxija taż-żgħażagħ, huwa baqa' politikament attiv u ġie elett Membru Parlamentari Laburista f 'elezzjoni każwali fl- 1987 minkejja li kiseb biss 188 vot fl-ewwel għadd. 1989: Riżenja bħala whip tal- Partit Laburista Wara diżillużjoni kontinwa bil- Partit Laburista, Mintoff irriżenja mill-kariga tiegħu bħala whip tal- partit fl-1989 flimkien ma' Toni Abela, li telaq bħala president tal- partit. Ir-riżenji tagħhom kienu kkawżati min-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-partit sabiex irażżan elementi korrotti u vjolenti li baqgħu prominenti minkejja t-telfa elettorali tal-1987. Fl-ittra tagħhom, kemm Mintoff, kif ukoll Abela tennew il-lealtà tagħhom lejn is-soċjaliżmu demokratiku filwaqt li nqatgħu mit-tmexxija tal-partit, u b'hekk wittew il- pedamenti għal kollaborazzjoni futura ma' attivisti tad-drittijiet ċivili, ambjentali u kontra l-korruzzjoni wara t-tnedija tal-Alternattiva Demokratika f 'Ottubru 1989. 1989: Imkeċċi mill-Partit Laburista fil-Konferenza tar- Rialto F'Novembru 1989, il-Partit Laburista sejjaħ konferenza speċjali fir-Rialto sabiex jivvota dwar it-tkeċċija ta' Wenzu Mintoff u Toni Abela wara l-kritika pubblika tagħhom dwar il-korruzzjoni u l-imġiba ħażina fi ħdan il-partit. Matul il-konferenza, Mintoff għamel diskors ta' sfida u attakk fid-difiża tiegħu stess, fejn iddenunzja apertament lill-membri tal-partit li kienu sfruttaw il-pożizzjonijiet tal-gvern għall-gwadann personali: "Dawn huma nies li jużaw is- sħubija tagħhom fi kwalunkwe partit li jkun fil-gvern sabiex jistagħnew aktar … il-flus jingħataw meta mhux suppost jingħataw, il-proprjetà ma tinbeniex meta għandha tingħata, u nies li kienu foqra saru sinjuri grazzi għall-gvern tal-ħaddiema." Mintoff ma għamel l-ebda tentattiv biex irażżan is-sentimenti qawwija li kien qiegħed jesprimi fid-diskors tiegħu, u b'hekk issiġilla d-destin tiegħu u rċieva IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Huma rrikonoxxew li n-nomina tal-Prim Imħallef, flimkien ma' dak li kixef l-Imħallef Wenzu Mintoff fi stqarrija ġuramentata li bagħat lill-Kabinett, ippreżentawlhom opportunità politika tad-deheb. Min-naħa l-oħra, kollega viċin tal-Imħallef Mintoff qalet lill-istess gazzetta li Mintoff huwa maħruq bil-kummenti li għamel il-Prim Ministru fuq l-istazzjon ONE TV nhar il-Ġimgħa fejn insinwa li l-PN u Mintoff kienu qed jaħdmu flimkien, kif ukoll li l-ittra tiegħu ħarġet flimkien man-nomina tal- PN. "Hu qatt ma kkuntattja lill-PN u ma kienx hu li bagħat l-ittra lill- midja. L-insinwazzjoni li l-ittra kienet miktuba u żvelata flimkien man-nominazzjoni hija waħda skoretta għall-aħħar. Isem Mintoff kien issemma ħafna qabel l-ittra kienet miktuba." Is-sors kompla jgħid li Mintoff jinsisti li hu qatt ma talab biex jiltaqa' ma' Robert Abela, anzi kien il-Prim Ministru li stiednu sabiex jiltaqgħu u li Mintoff kien għajnu mimlija li l-Prim Ministru kien se jgħidlu f 'din il-laqgħa li kien intlaħaq qbil fuqu bħala n-nomina. Meta mistoqsi kif Mintoff kien se jirreaġixxi għall-investigazzjoni mill-ħabib kbir tiegħu Toni Abela li bħalissa qed iservi bħala l-Kummissarju tal-Istandards għall-Ġudikatura, l-istess sors qal skjettament, "Dik mistoqsija interessanti. Lanqas nista' ngħidlek x'se jsir issa." "Jaf x'qed jagħmel" Carm Mifsud Bonnici, membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, qal lil din il-gazzetta li lil Wenzu Mintoff ilu jafu għal ħafna snin. "Wenzu jaf x'qed jagħmel perfettament, u li għamel huwa pass loġiku għalih," qal. Mifsud Bonnici insista li l-Prim Ministru ma jmissu qatt iltaqa' ma' Mintoff, qallu x'qallu f 'dik il- laqgħa ta' bejniethom. "Il-politiċi u l-ġudikatura m'għandhom għalfejn qatt jiltaqgħu wara bibien magħluqa. Din mhix ottika tajba għall- independenza tal-ġudikatura." Fuq l-għażla tal-Prim Imħallef, Mifsud Bonnici qal li ma jistax jemmen kif din spiċċat fi ġlied bejn il-partit u taħwida sħiħa. Qal li kien hemm "mismanagement totali" fuq kif ġew preżentati l-persuni nominati. Sostna li l-Prim Ministru seta' mill- ewwel preżenta lill-Oppożizzjoni xi tliet ismijiet biex jiġu kkunsidrati ħalli b'hekk l-Oppożizzjoni kienet tagħżel wieħed minnhom u jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat. "Din m'għandhiex tkun logħba politika u nittama li la Abela u lanqas Borg mhuma tal-ħsieb li l-għażla tal-Prim Imħallef se jkollha xi tip ta' impatt fuq il-voti f 'elezzjoni ġenerali," qal. Mifsud Bonnici qal li Malta m'għandniex mijiet ta' ġudikanti u kulħadd jaf il-kwalitajiet ta' kull imħallef. Iżda l-ismijiet bdew jissemmew qishom qed jiġu mitfugħa fl-arena, bħal fi żmien ir- Rumani, għall-intratteniment tal- pubbliku. "Il-Prim Ministru, kieku ried, seta' mexa mod ieħor," qal. "Seta' qabbad kummissjoni biex tidentifika shortlist ta' mħallfin li jkunu tajbin għall-ħatra biex imbagħad iż-żewġ partiti jiddiskutu dawk l-ismijiet sakemm jaqblu fuq wieħed." Qal li Abela seta' wkoll jitlob lill- ġudikatura stess biex jippreżentaw żewġ ismijiet għall-kunsiderazzjoni taż-żewġ partiti. "Hemm tant nies tajbin, ma nistax nemmen li qegħdin f 'din is- sitwazzjoni," qal Mifsud Bonnici. "U l-Prim Ministru għandu jinduna li iktar ma tingħalaq malajr din il- kwistjoni, iktar aħjar." Rikatt L-ILLUM kellmet ukoll lill-Eks Ministru Laburista Evarist Bartolo, li qal li kien jistenna aktar maturità u sens ta' stat u ta' responsabbiltà nazzjonali mill-Prim Ministru u mill-Imħallef Wenzu Mintoff. "Min iħallat kwistjonijiet personali ma' ħatriet istituzzjonali jiċċekken," qal. Hu insista li l-kunsens ta' żewġ terzi biex jinħatar il-Prim Imħallef m'għandux jinbidel f 'rikatt. Bartolo ssuġġerixxa li jkun hemm mekkaniżmu biex xħin tintuża b'mod ġenwin il-proċedura għall-ħatra u xorta ma jintlaħaqx qbil, il-ħatra ssir u ma jkunx hemm paraliżi istituzzjonali. "Għandna repubblika adolexxenti u ħasra li l-partiti ewlenin għadhom partiġġjani iżjed milli nazzjonali f 'mumenti bħal dawn," qal. Carm Mifsud Bonnici u Evarist Bartolo

