Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798
08 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 • illum analiżi JAELLE BORG Kien għall-ħabta tal-10.45 ta' filgħodu meta l-fergħa tal-Bank of Valletta fi Triq il-Ħelsien, Ta' Farsina, Ħal Qormi, saret ix-xena ta' delitt li baqa' imniżżel fl- istorja kriminali ta' Malta. Karozza Lada Samara ħamra, li aktar tard irriżulta li kienet misruqa, waqfet quddiem il-bank b'erba' persuni fiha. Minnha niżlu tlett irġiel mgħammda u armati, filwaqt li persuna oħra baqgħet fil-karozza. Żewġ ħallelin kellhom rashom mgħottija b'tights tan-nisa, wieħed kien liebes balaklava sewda u ieħor maskra tal- Karnival. PC Roger Debattista, li kien għassa fuq il-post, induna minnufih li kienet se ssir serqa hekk kif ra lill-irġiel neżlin mill-karozza permezz tas-sistema tas- CCTV tal-bank. Skont il-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien, John Rizzo, il-pulizija wissa lill-ħames klijenti u lis- seba' impjegati biex jinżlu fl-art u pprova jsakkar il-bieb tal-bank biex ma jħallix lill- ħallelin jidħlu ġewwa. Kien f 'dan il-mument li wieħed mill- ħallelin resaq lejn il-bieb u, minn distanza qrib ħafna, spara tir minn senter lejn PC Debattista minn ġol-ħġieġ tal-bieb. Il-pulizija mexa it passi lura, waqa' fl- art u spiċċa f 'għadira demm, b'dik l-azzjoni kuraġġuża tkun l-aħħar waħda tiegħu. Wara li sparawlu, il-ħallelin daħlu jiġru fil-bank. Wieħed minnhom beda jhedded lill-klijenti u lill-impjegati, filwaqt li tnejn oħra marru direttament lejn il-kaxxiera u ħadu l-flus. B'kollox, il-ħallelin ħarbu b'madwar Lm5,500. Qabel telqu, huma ħadu wkoll l-arma tas-servizz ta' PC Debattista u borża tas-sigurtà li kien fiha l-hekk imsejjaħ bait money, li jarmi linka permanenti fuq il- karti tal-flus. Il-ħarba u l-investigazzjoni Il-ħallelin ħarbu bil-Lada Samara, li it wara nstabet abbandunata. Il-marki friski tat-tyres indikaw li ntużat ukoll karozza oħra bħala vettura ta' ħarba, li dak il-ħin ma nstabitx. Ftit minuti wara, fuq il-post waslu Ħal Qormi bosta uffiċjali tal-Pulizija. PC Debattista ttieħed b'urġenza l-Isptar San Luqa u ddaħħal fit-Taqsima tal-Emerġenza, fejn ġie operat, iżda miet it tal-ħin wara minħabba l-ġrieħi gravi li ġarrab. Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Noel Cuschieri, ordna inkjesta maġisterjali, filwaqt li esperti forensiċi u uffiċjali mid- Dipartiment tal-Istħarriġ Kriminali mexxew l-investigazzjonijiet fuq il-post. Xokk fil-Korp tal-Pulizija Il-qtil ta' PC Roger Debattista ħalla xokk kbir fil-Korp tal-Pulizija u fil-pajjiż kollu. Missier ta' tlett ibniet żgħar, hu ġie mfakkar bħala pulizija ddedikat li sal- aħħar mument ta' ħajtu pprova jipproteġi lill-pubbliku. Sa tard dakinhar stess, il-Pulizija kienet diġà arrestat żewġ persuni biex jgħinu fl- investigazzjonijiet, hekk kif l-istħarriġ kompla għaddej. Roger Debattista, pulizija ta' 34 sena u missier ta' tlett itfal minn Birkirkara, inqatel b'tir minn arma tan-nar waqt serqa armata fil-fergħa tal-Bank of Valletta f'Ta' Farsina, Ħal Qormi. Il-każ, li seħħ f'Novembru tal-2001, ħalla xokk kbir fil-Korp tal-Pulizija u fil-pajjiż kollu. Il-qtil ta' Roger Debattista OMIĊIDJI LI BAQGĦU JISSEMMEW Kif gazzetti rrapportaw il-qtil ta' Roger Debattista

