Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 'L-art ma tistax tiġi żviluppata' ... iżda issa iva ATT TAL-2016 DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46) AVVIŻ DWAR IR-RAPPORT TA' VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI AMBJENTALI BIEX TIĠI ESTIŻA BARRIERA TAL-QAWWI G12 GĦAL ESTRAZZJONI TA' BLAT F' FOND TA' 5M 'IL FUQ MILL-M.S.L. Is-Sit jinsab fil-Barriera G12, Ta' Klement, Qala, Gozo PA 05665/18 (EA 00069/18) B'dan qed jiġi avżat li ġie sottomess ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), b'rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq. Kopji diġitali tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa05665-18/ Il-pubbliku jista' jara wkoll kopji diġitali tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tal-Qala u fl- uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Kull min jixtieq jagħmel sottomissjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali għandu jibgħat e-mail lil eia.malta@era.org.mt jew jikteb lid-Direttur għall-Affarijiet Regulatorji, L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, Hexagon House, Telgħet Spencer, Il-Marsa MRS 1441, sas-7 t' April 2026. Data: 8 ta' Marzu 2026. Disclaimer: L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12)-il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f'ċertu każijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieġ, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-liġijiet applikabbli. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 "Kull darba li kellna bżonn iżjed ħin għat-training, spiċċajna nittallbu, mingħajr ċertezza jew stabbiltà." F'Ottubru tal-2024, l-Assoċjazzjoni skopriet li r-Rugby Union bdiet tagħmel ehimiet sabiex tieħu l-unika pitch tal- baseball f 'Malta fejn ma bdietx talloka ħin għall-Assoċjazzjoni tal- baseball sabiex jagħmlu t-turnew tagħhom. "Wara numru ta' attentati, ma lħaqna l-ebda kompromess bejn l-Assoċjazzjoni u l-ministeru responsabbli għall-isport. Mingħajr interventi, it-trasferiment tal-pitch tal-Marsa tal-Baseball u s-Soball se jwassal għall-eliminazzjoni ta' dan l-isport f 'Malta," kitbu fuq Facebook. Wara dan l-episodju, l-Assoċjazzjoni kienet imwiegħda parti minn art li tintuża għall- hockey u li kienet se tiġi żviluppata għalihom. Madankollu, wara sena ta' laqgħat li ma waslu mkien, l-Assoċjazzjoni baqgħet mingħajr risposta formali. Bħala remedju, il-ministeru ta permess lill- Assoċjazzjoni sabiex tuża l-pitch ta' Santa Venera, li f 'Ottubru tal-2025 l-użu tiegħu sar esklużiv għall-użu tal-futbol. Imbagħad, saret talba sabiex tiġi żviluppata l-art ta' fejn il-pitch tal-futbol tal-klabb tas-Swieqi f 'Pembroke fejn ġew mgħarrfa li din l-art ma setgħetx tiġi żviluppata. Wara din it-talba inizjali, l-Assoċjazzjoni bdiet topera fuq biċċa art li kienet tal-Assoċjazzjoni tal-Hockey u l-Ministru Clion Grima għarraom li huma lesti li jikkoperaw. It-trasferiment tal- art kien suġġett ta' diskussjoni waqt il-kumitat parlamentari bid- diskussjoni ddur ma' petizzjoni li ssottomettiet l-Assoċjazzjoni. Din tal-aħħar argumentat li t-trasferiment tal-art kien se jwassal għall-estinzjoni ta' dan l-isport f 'Malta imma l-Ministru Grima aċċertahom li dan mhux se jseħħ u qal li ntlaħaq ehim li l-Assoċjazzjoni tista' tibqa' fil- pitch skont il-kundizzjonijiet diġà stipulati. Il-kelliem qal li l-istess ministru qalilhom li l-gvern kien f 'diskussjonijiet ma' organizzazzjonijiet ta' sports oħra li għandhom art żejda li tista' tintuża għall-baseball u s-soball. Intervjena wkoll ix-Shadow Minister għall-Isports David Agius, li skont il-kelliem kien ta' għajnuna fil-kruċjata tagħhom, fejn argumenta li ż-żewġ partijiet (Sport Malta u l-Union tar- Rugby) responsabbli mill-użu u l-allokazzjoni tal-pitch għandhom jiggarantixxu ħinijiet stipulati għall-Assoċjazzjoni fil-ehim tat- trasferiment tal-art, xi ħaġa li saret wara ħafna diskussjonijiet. Minħabba dawn il- limitazzjonijiet, huma kellhom jikru l-pitch tal-MCAST li tellgħet spiża ta' iżjed minn €5,000 fis-sena għal sitt sigħat fil-ġimgħa, mingħajr is-sajf. Minbarra l-ispiża, hemm problemi ta' infrastruttura wkoll fejn qed jużaw blalen tat-tennis u tal-isponża sabiex ma ssirx ħsara fuq il-post. "Imbagħad il-kiri tal-kumpless tal-Marsa kollha, bis-sussidju tal- Gvern jitla' għal madwar €4,000. Huwa grazzi għal buonagrazia ta' Frank Cachia, l-Eks President ta' Marsaxlokk FC, li nistgħu nużaw aktar il-fakultà tal-Marsa." Hu spjega kif is-sigħat stipulati fil- kuntratt ma jirriflettux il-bżonnijiet tal-Assoċjazzjoni. Hu qal li avolja bħalissa għaddejjin kif jistgħu, dan mhuwiex sostennibbli fit-tul u hemm bżonn ta' allokazzjon ġusta tal-fakultajiet nazzjonali tal-isports. L-art f'Pembroke li kienet mwiegħda lill-klabb tal-futbol tas-Swieqi u lill-Malta Baseball and Softball Association IKOMPLI MINN PAĠNA 1 L-istħarriġ sar fuq kampjun ta' 784 persuna intervistati matul l-aħħar ġimagħtejn, perjodu li kkoinċida ma' tensjoni politika akbar marbuta mal-ħatra tal-Prim Imħallef u ma' instabbiltà internazzjonali akbar marbuta mal-gwerra fil-Lvant Nofsani. Ir-riżultati jikkonfermaw ukoll li l-PL għadu penalizzat minn rata ogħla ta' astensjoni fost votanti tiegħu tal-elezzjoni tal-2022. Madwar 13.3% ta' dawk li vvutaw PL fl-aħħar elezzjoni issa jgħidu li ma jivvutawx, filwaqt li biss 5.6% tal-votanti tal-PN tal-2022 jindikaw l-istess intenzjoni. Dan jibqa' l-aktar fattur li jispjega għaliex id-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas b'mod sinifikanti meta mqabbel mas-supermajority li kellu l-PL fl-2022. L-istħarriġ juri wkoll spustament iżgħar favur il-PN. Waqt li 6% tal- votanti Laburisti fl-2022 beħsiebhom jivvutaw PN, huma biss 3.7% tal- votanti Nazzjonalisti fl-2022 li issa beħsiebhom jivvutaw PL. Madankollu minkejja d-distakk relattivament żgħir bejn il-partiti fil- mistoqsija dwar min hu l-aktar fdat biex imexxi l-pajjiż, Robert Abela jikseb 44.1% filwaqt li Alex Borg jikseb 37.7%, bi 18.2% jgħidu li ma jafdaw lil ħadd mit-tnejn li huma. Il-vantaġġ ta' Abela żdied b'punt meta mqabbel ma' Jannar, hekk kif il-fiduċja fih żdiedet bi 2.8 punti filwaqt li Borg irreġistra żieda iżgħar ta' 1.8 punti. L-istħarriġ juri wkoll li ż-żewġ mexxejja huma fdati mill- maġġoranza l-kbira tal-votanti tal- partiti rispettivi tagħhom. Madwar 94.6% tal-votanti Laburisti jgħidu li jafdaw lil Abela, filwaqt li 87.4% tal- votanti Nazzjonalisti jafdaw lil Borg. Madankollu, il-kategorija tal- votanti li bħalissa ma jivvutawx tidher aktar inklinata li tafda lil Abela milli lil Borg. Filwaqt li 63% minn dawn jgħidu li ma jafdaw lil ħadd mit-tnejn, 24.8% jafdaw lil Abela u biss 12.3% jafdaw lil Borg. Dan jissuġġerixxi li l-PL jista' jkollu aktar spazju biex jikber jekk jirnexxilu jimmobilizza mill-ġdid parti minn dawn il-votanti. Fl-istess stħarriġ, il-gvern immexxi minn Abela kiseb punteġġ medju ta' 3 minn 5 fuq skala ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu, punteġġ li jibqa' stabbli meta mqabbel mal- istħarriġ preċedenti u li jindika livell sodisfaċenti ta' approvazzjoni għall- ħidma tal-gvern. Il-PL għadu penalizzat minn rata ogħla ta' astensjoni fost votanti tiegħu

