Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798
04 analiżi IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 • illum Ftit huma dawk li jistgħu jipprevedu l-futur għal dak li ġej għalina. Ftit inqas minn dawn huma dawk li qed isibu ruħhom f 'sitwazzjoni fejn it-truf huma kbar u r-raġunijiet veri u apparenti huma aktar ikkomplikati. Quddiem dak li verament għaddej wieħed jista' jiem biss parti mill-fatti. Jiem li għaddej konflitt li minnu l-effetti se jsiru kawżi ta' effetti militari oħra akbar. Fejn l-istrateġiku fil-livelli militari, politiċi, ekonomiċi u ferm iktar determinanti reliġjuż it huma koordinati jew kapaċi janalizzaw u jirrazzjonalizzaw. Għal ħafna dħalna fi triq dejqa li biċċa biċċa se jsir sqaq. Ftaħna lura xenarji li konna b'xi mod għalaqna. Waqt li l-aħbarijiet jipprovaw jaġġornawna qed insibu ruħna aktar fix- xenarju kalċistiku li dawk li jinsabu offside xorta jistgħu jkomplu jilagħbu u jiskurjaw. Dawk li r-regoli ma josservawhomx u li jibqgħu jippretendu li ħidmiethom huwa skont dawk il-liġijiet ta' komportament internazzjonali, ġustifikabbli. F'ħafna sibna spjegazzjonijiet 'loġiċi' ta' dan l-attakk li ħadt ma stenna u li huwa iktar stramb li jsir waqt li l-partijiet kienu qed jinnegozjaw. Jidher li kollox beda f 'dak li kien premeditat ċertament u ċoè appena daħlet l-informazzjoni li kienet għaddejja laqgħa fejn il-Kap Ayatollah ali Khamenei (1939-2026) kien preżenti f 'parti ta' bini li fiha ma kienx hemm protezzjoni biżżejjed. Laqgħa li kienet parti minn proċess ta' bidla f 'numru kbir ta' mexxejja hemm. Però, hu x'inhu, illum ninsab f 'mument fejn il-konflitt mhuwiex se jieqaf faċilment. Jekk kien hemm min jaħseb li l-bidla f 'dan l-istat f 'maġġoranza reliġjuża Xhita li qed jilgħab iċ-ċess u kif tolqot ir-Re l-logħba tispiċċa qed jara li ma dan mhuwiex il-każ. Ma tibdilx tmexxija politika ta' pajjiż b'dan il-mod. Tista' minflok iġġib it-tmiem u l-konsegwenti vojt fil-bilanċi li r-reġjun ilu jgħix fihom. Jista' wkoll biex il-pajjiż isalva jmur għall-agħar u kif naraw l-iben Mojtaba Khamenei (1969) jista' jkun dak magħżul floku u x-xenarju jsir iktar ikkumplikat. Fil-vojt politiku li ġie maħluq m'hemmx proċess ta' bidla kkontrollat imma pandemonju. Minn estremi morna u sejrin għall- iktar. Ma jidhirx li l-linja politika se tiġi mibdula anzi se tkun iktar diffiċli biex tikkontrolla jew tasal fi ehim wara. Iktar u iktar meta ttieħdet id-deċiżjoni politika li flok il-kontroattakk ikun indirizzat lejn l-Istati Uniti u l-Istat ta' Iżrael ikun f 'dawk il-pajjiżi tal-madwar. Hemm il- punt ċar li l-messaġġ reazzjonarju huwa li jekk l-Iran se jmur lura ekonomikament u militarment se jassigura li dawk ta' madwaru ma jiħdux vantaġġ fuqu. Imma r-realtà hija differenti. Vakum Jidher ċar li ż-żewġ naħat ma ħasbux sew u fit-tul f 'ħidmiethom. Dawk li politikament iddeċidew li jattakkaw jafu li l-militar qed jesegwixxu dak li ġew ordnati u bil-mekkaniżmi u t-teknoloġiji moderni. Wara kif u b'liema mod se ġġib il-paċi jew il-bidla jidher li m'hemmx pjan. Wisq inqas fuq dak Iranjan li kien ikun aħjar li flok jattakkaw ta' madwarhom iġibuhom magħhom anki jekk ħaddnu sistema ta' suppervja fl-iżolament politiku twil. Ir-riskju huwa ċar li jekk ikun hemm kollass totali tal-pajjiż se narah jew jinqasam f 'biċċiet inkella jiġi fil-ħakma ta' oħrajn madwaru. Diversi pajjiżi kienu draw jaħdmu fix-xenarju tal-passat u mhux ilkoll lesti li jidħlu għal dak li ġej. Iktar u iktar meta l-kwistjoni tas-Sunni u x-Xhiti tibqa' forza ta' diviżjoni mhux għaqda. Jidher li l-kapitlu mhux se jingħalaq fi żmien qasir. Jekk kien hemm min qiegħed jiddikjara li għalaq ħafna kunflitti f 'xenarji varji hawn jista' wkoll jiddikjara li fetaħ wieħed iktar jew daqshekk ieħor komplikat. Se jiżdied l-attakk militari varju fejn ebda pajjiż ma jista' jimmaġina li huwa eżentat jew protett. Dak li kien jingħata ħafna attenzjoni fl-hekk imsejjaħ radikaliżmu Iżlamiku, issa jrid jidħol b'saħħa kbira. Kull stat li b'xi mod huwa perċepit bħala viċin Iżrael jew l-Istati Uniti, għandu jagħraf li jrid jinvesti ferm iktar minn qabel. Iktar u iktar meta l-element Iranjan huwa kompletament differenti minn ta' oħrajn. Se ngħixu xhur twal ta' inkwiet u fir- riskju ta' dawk li jaġixxu waħedhom jew ma' oħrajn fuq it-territorji demokratiċi. Pressjoni Hemm inevitabbilment il-proċess li fih se naraw żieda fil-prezz taż-żejt u tal-gass. Hemm min qiegħed iħares lejn il-parti tat-triq marittima minn fejn jgħaddu diversi bastimenti "tankers" mimlija b'żejt dik li issa tinsab magħluqa bħala l-kaġun. Dik li diversi qed isibu spjegazzjoni f 'dak li s-swieq qed iħarsu lejh. Mhux biss imma wkoll dak marbut ma' dak identifikat bħala enerġija infrastrutturali addizzjonali fejn qed jiġi rrappurtat minn CNBC li taf ix-xenarju sew; "Qatar has stopped liquefied natural gas production, Israel has stopped production at some gas fields, Saudi Arabia shut its biggest refinery and output in Iraqi Kurdistan has virtually ceased." Punti li jridu attenzjoni fl-effetti li qed isiru aktar il-kaġuni fix-xenarju ekonomiku li jibqa' u jista' jmur iktar fil- proċess globalizzat tiegħu. Il-pressjonijiet ekonomiċi se jkomplu jikbru ġeneralment kif digà rajna. Kemm se nkunu lesti u x'kapaċità ekonomika nħaddnu oħra. Jista' wkoll ikunu raġunijiet li wkoll jimbuttaw il-Gvern f 'pajjiżna biex isejjaħ elezzjoni qabel iż-żmien. Dan għax kif qiegħed jidher aktar ma jdum il- konflitt aktar se jiżdiedu l-prezzijiet. Dan ifisser li se nintlaqtu fil-qalba tal- politika preżenti għax s'issa bis-sussidji kif inhuma strutturati nistgħu nimxu imma jekk l-iżbilanċ jiżdied miegħu affarijiet oħra. Kemm se nżommu l-pożizzjoni ta' żvilupp ekonomiku f 'dan wieħed irid jara. Imma fuq il-parti l-oħra kif rajna qabel f 'mumenti ta' kriżi l-elettorat is-soltu jippreferi jivvota mill-ġdid għal min għandu l-poter f 'idejh iktar milli jħossu fil-libertà li jibdel. Punt ieħor favur il- Gvern u favur elezzjoni kmieni. Bla kap u bla kuda CARM MIFSUD BONNICI Membru Parlamentari għall-Partit Nazzjonalista 'Malta u l-Ewropa ruħhom għal eventwalità Il-Professur Philip von Brockdorff u l-Eks Ambaxxatur Clive Aquilina Spagnol jitkellmu fuq il- konsegwenzi tal-kunflitt bejn l-Iran u Iżrael u l-Istati Uniti ILENIA DEBONO Il-Professur tal-Ekonomija Philip von Brockdorff tana ħarsa lejn l-effetti ekonomiċi li se jħalli dan il-kunflitt. "L-impatt immedjat tal-gwerra fil- Lvant Nofsani huwa ż-żieda fil-prezz tal-prodotti tal-petroljum ikkawżati minn restrizzjonijiet fuq il-provista ta' dan," hu spjega kif il-prezz taż-żejt diġà tela' għal 90$ għal barmil imma qed jistenna li jkompli jiżdied. Hu qal li dawn huma biss spekulazzjonijiet hekk kif xejn mhu ċert bħalissa, speċjalment fuq il-gwerra fejn m'aħniex ċerti jekk hux se tispiċċa issa jew tibqa' għaddejja u toħloq restrizzjonijiet fuq it-titjiriet. "L-agħar ħaġa għall-Ewropa huwa attakk terroristiku minn gruppi appoġġjati mill-Iran fl-Ewropa." Hu wissa li l-Ewropa u Malta għandha bżonn tħejji ruħha għal kwalunkwe eventwalità, filwaqt li hu jara li attakk fuq Malta huwa improbabbli. L-ikbar effett li se tara Malta huwa fiż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti importati minħabba prezzijiet ogħla tal-fuel. Iktar ma ddum il-gwerra, iktar jogħlew il- prezzijiet. Von Brockdorff qal li jekk nistgħu nużaw il-każ tal-pandemija bħala x'nistgħu nistennew mill-gwerra, wieħed jista' jistenna li s-settur tal- kostruzzjoni se jerġa' jaċċellara sabiex jappoġġja t-tkabbir ekonomiku. "L-ekonomija tagħna tiddependi ħafna fuq il-konsum. Is-settur tal-kostruzzjoni jipprovdi għall-konsum b'attivitajiet ekonomiċi u jibqa' s-settur fejn fatturi esterni għandhom it li xejn impatt u l-marġini tal-profitti jibqgħu għolja," huwa kkonkluda. Clive Aquilina Spagnol, l-Eks Ambaxxatur ta' Malta għall-Arabja Sawdija, il-Jemen u l-Bahrain tkellem ukoll mal-gazzetta ILLUM fuq is- sitwazzjoni prekarja fl-Iran. "Ir-raġuni preċiża jafuha biss Iżrael u l-Istati Uniti," hu qal. Aquilina Spagnol spjega kif f 'sitwazzjonijiet bħala dawn anke l-komunikazzjoni uffiċjali taf tkun imqarrqa b'raġunijiet ulterjuri.

