MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 • illum 06 Int b'mod pubbliku tajt ċertu konfort li minkejja d-dwal ħomor li qed jidhru madwarna m'aħniex f 'sitwazzjoni allarmanti. Korrett? Miriam Dalli: Aħna naraw il- ħin kollu l-prezzijiet. Nafi s-sor- si minn fejn inġibu l-enerġija. Ovvjament fuq il-gżira tagħna jista' jkun hemm impatt għax ma ngħixux f 'bozza. Imma anke l-fatt li l-Ministru tal-Fi- nanzi qal li hemm headroom ta' €250 miljun. Naf ukoll li l-fuels, LPG ma jiġux miż-żona fejn hemm il-kunflitt. Hemm ukoll ċertu ammont ta' hedg- ing. Anke meta bdiet il-gwerra tar-Russja u l-Ukrajna. Rajna prezzijiet telgħin imma xorta żammejna l-prezzijiet stabbli. Il-gvern għandu pjan meta jiġru dawn l-affarijiet? Hemm ktieb li toħroġ mill- ixkaffa li jgħid li fi żmien ta' kriżi jridu jsiru dawn l-affarijiet? MD: Kellna l-COVID, il-gw- erra tal-Ukrajna. Ikollok effett fuq is-swieq tal-fuels. Il-prez- zijiet varjaw. Rajna żidiet fuq il-prezz tal-gass. Bħalissa qed naraw żieda fil-prezz taż-że- jt. Rajna prezzijiet ta' $120 il-barmil, rajna għal it $130. Aħna naħsbu qabel għal diver- si miżuri. Hedging, diversifi- kazzjoni tas-sorsi. Aħna rridu nżommu l-prezzijiet tal-enerġi- ja stabbli biex nipproteġu lin- nies. F'dal-mument partikolari l-Oppożizzjoni wriet id-dmir lejn in-nazzjon u nifhem li għandkom ċerta konverġenza mal-gvern. Kif se ssib dal-bilanċ li l-interess tal-pajjiż jiġi l-ewwel imma trid tikkritika l-gvern? Mark Anthony Sammut: L-Oppożizzjoni se tfittex dejj- em l-interess nazzjonali. Aħna naqblu mija fil-mija mal- gvern li l-prezzijiet għandhom jinżammu stabbli u fejn hemm bżonn jissussidja. Fejn jidħlu kwistjonijiet lokali ma qgħad- niex lura fejn kien hemm żbalji fl-ARMS. L-Enemalta għand- ha kwistjoni dwar €60 miljun carbon credits, saħansitra kelli laqgħat mal-Ministru u l-Ene- malta biex jispjegaw is-sitwazz- joni. MD: Nirringrazzja lil Mark Anthony Sammut. It-tnejn nif- hmu li l-enerġija huwa settur kritiku għall-pajjiż. Hemm af- farijiet li ma naqblux dwarhom imma hemm sens ta' rispett reċiproku. Kulħadd wara kollox bil-politika tiegħu. Qabel ma feġġet dil-gwerra fil-Lvant Nofsani kien hemm ir-rapport tal-IMF fuq is-sus- sidji tad-dawl u l-ilma. L-IMF qalet li għandha bżonn tbiddel il-mod kif tbiddel l-issussidjar. €150 miljun fis-sena issussid- jar. Jista' jkun li hemm setturi li ma ħaqqhomx sussidji? Fuels għad-dgħajjes kbar pereżempju. Kulħadd jibża' jsemmi li hemm setturi li m'għandhomx ikunu ssussidjati. MAS: Naqbel mas-sussidji imma hemm bżonn pjan biex niddependu anqas mill-fos- sil fuels. Is-suq tal-fossil fuels huwa volatili ħafna. Hemm bżonn li l-pakkett tal-enerġija tal-pajjiż ikun anqas marbut mal-gass u l-prezz ta' fossil fuels oħra. Fid-dawl min jaħli ħafna diġà jħallas aktar. Mhux kulħadd issussidjat l-istess, pereżempju. MD: Ċerti dgħajjes kbar ħaf- na mhux issussidjati. Iż-żejt tagħna ma joriġinax "Ma nixtrux fuels ma jaffettwax il-prezzijiet Fuq Xtra Saviour Balzan jitkellem mal-Ministru Miriam Dalli u max-Shadow Minister Mark Anthony Sammut dwar il-kriżi fl-enerġija minħabba l-kunflitt bejn l-Istati Uniti, Iżrael u l-Iran Espressjoni ta' Interess Ingaġġ ta' Periti biex jassistu fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-fondi tal-lokalitajiet mal-Awtorità tal-Ippjanar (Ref: EOI 001/2026) L-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda tistieden persuni kwalifikati sabiex jipparteċipaw f'din l-espressjoni ta' interess għall- ingaġġ ta' Periti biex jassistu fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-fondi tal-lokalitajiet mal-Awtorità tal- Ippjanar. Id-dokument bl-Espressjoni ta' Interess jista' jitniżżel mis-sit elettroniku tal-Awtorità fuq il-link: http://www.pa.org.mt/en/expression-of-interests L-offerti għandhom jiġu mitfugħa fil-kaxxa tal-offerti fl-uffiċji tal-Awtorità, fi 3, Triq Fra Diegu, il-Marsa MRS 1501, sal-Ħamis, 9, t'April, 2026 qabel l-10:00 ta' filgħodu. Kull talba għal kjarifika dwar din l-Espressjoni ta' Interess għand ha tiġi indirizzata lid-Direttur tas-Servizzi Korporattivi fuq l-indirizz elettroniku tenders@pa.org.mt sa mhux aktar tard mit-Tlieta, 24, ta' Marzu, 2026. Sottomissjonijiet li jidħlu tard jew li ma jkunux kompluti ma jiġux ikkunsidrati. www.pa.org.mt Nefqa ta' kważi €400,000 fuq riklamar għall-Baġit ILENIA DEBONO Il-Gvern nefaq €389,753.23 fuq kampanja ta' informazzjoni fuq numru ta' miżuri, inizjattivi u servizzi, qal il-Prim Ministru Robert Abela. F'mistoqsija parlamentari mid- Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia lil Abela, huwa staqsa għal rendikont tal-ispiża totali għall-kampanja tar-riklamar tal-Baġit 2026. Abela wieġeb fejn qal li kien hemm kampanja ta' informazzjoni fuq "l-aqwa Baġit fl-istorja ta' investiment ta' €9.3 biljun" li tkellmet fuq l-ikbar miżura tal-baġit it-tax cut għall-ħaddiema ġenituri, iż-żieda annwali fil-pensjoni, żieda fiċ-Children's Allowance, l-għotja tal-first time buyers, l-estenzjoni tal-miżura tal-gym membership għaż-żgħażagħ, sussidju għal żidiet fil-pagi u s-servizz nazzjonali ta' emerġenza veterinarja. Il-Prim Ministru spjega li minbarra l-miżuri, kien hemm servizzi oħra li qed jiġu riklamati inkluż is-sit elettroniku budget.gov. mt u s-servizz tal-freephone 153 li bdew jaħdmu mill-għada tal-baġit b'mijiet ta' mistoqsijiet dwar dawn il-miżuri. "Naturalment" qal Abela, li dawn is-servizzi kellhom jiġu rriklamati sabiex in-nies ikunu jafu bihom. Hu għalaq billi qal li l-ispiża ta' kważi €400,000 kienet tinvolvi l-istazzjonijiet tal-midja soċjali uffiċjali tal-gvern u mezzi ta' midja tradizzjonali oħra inkluż gazzetti, televiżjoni u radju. Caruana Cilia kien staqsa l-mistoqsija oriġinarjament f 'Novembru tas-sena l-oħra, fejn għamel referenza għar-riklami wkoll bħala propaganda li l-Prim Ministru qal li hija normali li jkun hemm kampanja ta' riklamar wara baġit. Id-Deputat Nazzjonalista staqsa l-mistoqsija sitt darbiet sakemm kellu risposta nhar l-Erbgħa 11 ta' Marzu wara li l-ħames darbiet l-oħra Abela avżah li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 March 2026