Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544022
02 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2026 • illum Diskriminazzjoni fid-diskoteki ta' Paceville? ILENIA DEBONO Numru ta' nies tkellmu mal-gazzetta ILLUM li bouncers ta' diskoteki popolari f 'Paceville ma ħallewhomx jidħlu minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom. L-ewwel indikazzjoni ta' dan kien fuq Facebook meta Malti tella' post fuq numru ta' gruppi, li issa tneħħiet, fejn qal li kien hemm tliet diskoteki popolari fejn ma ħallewhx jidħol. Hu qal li l-bouncer kompla jaqbad miegħu u qallu: "Jekk għandek problema, ġib il-pulizija." Ir-raġel enfasizza li hu Malti, twieled Malta u trabba Malta, b'ġilda samranija, xi ħaġa li kien ilu jaffaċċja diskriminazzjoni kaġun tagħha minn mindu kien tfal. Huwa afferma li hu ma kienx sakranazz – kif ħafna akkużawh – u lanqas ma kien se jidħol f 'xi festin privat. Ir-raġel tkellem fuq l-ironija li bħala pajjiż ngħidu li aħna inklużivi imma mbagħad isiru affarijiet bħal dawn li juru bil-kontra. "Jien Malti, ngħix f 'pajjiżi u ġejt irriutat u trattat b'diżrispett minħabba kif nidher." Bħal dan l-inċident, hemm numru ta' testimonjanzi fuq l-internet minn nies li affaċċjaw l-istess trattament. Kien hemm nies li qalu li anke wara li l-bouncers iċċekkjaw il-karta tal- identità sabiex jaraw l-età, xorta ma ħallewhomx jidħlu fid-diskoteka filwaqt li ħalla nies oħra jidħlu mingħajr ma ċċekkjalhom il-karta tal-identità. Kien hemm min qal li lanqas biss talbuh karta tal-identità u qalulu le wara ħarsa waħda. Fost dawn it- testimonjanzi, kien hemm it fejn qalu li l-bouncer mal-ewwel qalilhom li l-problema kienet il-kulur tal-ġilda tagħhom. Persuna minnhom qalet li l-bouncer qallu li kellu ordni mill- manġier sabiex ma jdaħħalx nies b'ġilda skura. Din il-gazzetta kkuntattjat lil dawn id-diskoteki msemmija, iżda ma kellna l-ebda risposta. Maltin u barranin jgħidu li affaċċjaw razziżmu f 'Paceville It-tfal iddiskutew b'mod matur u riflessiv il-ħarsien tal-annimali f 'Malta, filwaqt li qajmu tħassib dwar kwistjonijiet ambjentali attwali u ressqu ideat konkreti għal azzjoni JAELLE BORG Il-ħarsien tal-annimali u r-re- sponsabbiltà tal-bniedem lejn il-ħolqien kienu fiċ-ċentru ta' assemblea li laqqgħet lit-tfal tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT) mal-Arċisqof Charles Sci- cluna, f 'laqgħa li kompliet turi kemm iż-żgħar kapaċi jiddiskutu suġġetti attwali b'mod matur u riflessiv. Il-KDT hija inizjattiva tal-Knisja f 'Malta li taħdem mat-tfal u l-ad- olexxenti biex toffrilhom formazz- joni soċjali u spiritwali. Il-KDT hija maqsuma f 'żewġ sezzjonijiet: il-KDT, li tinkludi tfal bejn is-7 u t-13-il sena, u l-KDT+ għal ado- lexxenti minn 14-il sena 'l fuq. F'dan il-każ, l-assemblea kienet tinkludi l-iżgħar grupp, jiġifie- ri tfal tal-KDT. Il-Kummissjoni takkumpanja lill-membri tagħha permezz ta' diversi attivitajiet bħal laqgħat ta' kull xahar, live-ins, u assemblei mal-Arċisqof – dawn tal-aħħar isiru tliet darbiet fis-se- na u jservu bħala spazju fejn it- tfal jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom direttament. L-ewwel assemblea ta' din is-sena saret nhar il-Ġimgħa 20 ta' Marzu fil-Palazz tal-Arċisqof fl-Imdi- na. Bħal kull darba, is-suġġett ġie magħżul mit-tfal stess waqt laqgħat preparatorji flimkien mal-mexx- ejja tagħhom. Din id-darba, huma għażlu li jiffokaw fuq il-qagħda tal-annimali f 'Malta – suġġett li qa- nqal diskussjoni vivaċi u sinifikanti. It-tfal bdew billi introduċew diversi eżempji ta' annimali li jinżammu f 'żoni protetti jew spaz- ji limitati f 'Malta, u staqsew jekk dawn humiex verament f 'ambjent addattat għalihom. Semmew ukoll każijiet riċenti, fosthom il-pantera li ħarbet, u użaw ritratti biex juru l-punti tagħhom – dettall li żied aktar piż mad-diskussjoni. L-Arċisqof wieġeb b'mistoqsi- ja li wasslet għal riflessjoni aktar profonda: kif nistgħu niżguraw li qed nieħdu ħsieb l-annimali sew filwaqt li nkomplu nħobbuhom? It-tfal wieġbu b'mod matur, u wieħed minnhom spjega li ż-żam- ma tal-annimali fiż-żoo mhux dejjem hija ħażina, iżda kollox jid- dependi mill-ispazju u l-ambjent. Huwa saħaq li Malta, minħabba d-daqs tagħha, forsi ma tistax tof- fri kundizzjonijiet ideali bħal dawk f 'pajjiżi oħra. Id-diskussjoni ma waqfitx hemm. It-tfal qajmu wkoll il-kwistjoni tal- każ riċenti ta' tanker Russu li kien qed joqrob lejn Malta. Waħda mit- tfal esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-possibbiltà ta' tnixxija u d-danni li din tista' tikkawża. L-Arċisqof ma naqasx milli juri tħassib ukoll, u qal li sitwazzjoni bħal din tista' twassal għal diżastru naturali. Matul il-laqgħa, l-Arċisqof en- fasizza li l-annimali huma parti mill-ħolqien ta' Alla u li l-bniedem għandu responsabbiltà li jieħu ħsiebhom. Fl-istess ħin, irrimarka li l-annimali huma sbieħ "f 'post- hom", u semma wkoll il-kwistjoni tal-klima. Huwa semma wkoll kif f 'Malta kien hemm tnaqqis naturali, fost- hom il-qtil tar-rizzi, u spjega li bħalissa għaddej xogħol f 'San Luċ- jan biex jerġgħu jitkabbru dawn u eventwalment jitpoġġew lura fil- baħar. Fl-aħħar tal-assemblea, it-tfal ma baqgħux biss fuq diskors, iżda ressqu wkoll proposti konkreti. Fost dawn kien hemm ideat bħal li jżuru santwarji tal-annimali u jieħdu ħsiebhom għal ġurnata, kif ukoll li jinvolvu ruħhom fi proġetti flimkien mal-kunsilli lokali. Laqgħa bħal din turi biċ-ċar li meta tingħata pjattaforma lit-tfal, dawn mhux biss jitkellmu – imma jitkellmu b'sens, b'għarfien u b'qalb li tassew tieħu ħsieb. U jekk dan mhux sinjal sabiħ għall-futur … allura x'inhu? Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal tiddiskuti l-ħarsien tal-annimali waqt assemblea mal-Arċisqof fl-Imdina Malti qal fuq Facebook li tliet diskoteki popolari ma ħallewhx jidħol għax b'ġilda samranija L-Arċisqof saqsa lit-tfal: "Kif nistgħu niżguraw li qed nieħdu ħsieb l-annimali sew filwaqt li nkomplu nħobbuhom?" (Ritratt: L-Arċidjoċesi ta' Malta)

