MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544022

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Il-Prim Ministru u mexxej tal- Partit Laburista Robert Abela qed iżomm il-karti ma' sidru hekk kif kulħadd madwaru qed jeħodha li jista' jkun li jsejjaħ elezzjoni f 'Mejju jew f 'Ġunju, jew anke f 'Novembru jew f 'Marzu tas-sena d-dieħla. "Aħna lesti biex immorru għal elezzjoni issa jekk hemm bżonn," qalilna uffiċjal tal-Partit La- burista, "… imma ma nafux jekk il-Prim hux ħa jiddeċiedi issa." Hemm ħafna fatturi li jistgħu jwasslu jekk Abela jagħżilx elez- zjoni bikrija. L-ewwel waħda hi li bħalissa għandu vantaġġ fuq il-PN, għax Abela jaf li l-kap tal-PN Alex Borg jidher li għadu ma għaqqa- dx it-tim tiegħu. It-tieni raġuni hija li jista' jkun li jissejjaħ il-ġuri ta' Yorgen Fenech, mixli li kien il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li jista' jkollu riperkuss- jonijiet koroh fuq il-Labour. It-tielet raġuni hija l-gwerra fl- Iran li tista' twassal għal riċess- joni li tista' tħalli impatt negattiv fuq il-prezzijiet tal-ikel. "Robert Abela jrid bil-kbir li jkollu maġġoranza komda u l-agħar ħaġa li jista' jiġrilu hi li jagħmel ħames snin b'maġġoran- za skomda u jkollu problema biex jiggverna," qalilna l-istess uffiċjal tal-partit. Mill-aspett l-ieħor hemm min jargumenta li Robert Abela għandu jagħmel il-ħames snin sħaħ u jserraħ fuq il-fatt li bħala tim għandu wċuħ aktar kredib- bli u b'esperjenza minn ta' Alex Borg, u li mis-sondaġġi Borg għadu ma ċċaqlaqx minn fejn kien. "Qisha logħba poker. Imma li huwa żgur hi li l-Maltin jafu li – bid-difetti kollha – il-Labour huwa iktar investiment fis-sod mill-PN, u jekk l-ekonomija tibqa' għaddejja anke fid-dell tal-gwerra, Abela punti biss jis- ta jirbaħ," qalilna dan il-kuntatt fil-Labour. Minkejja kollox, iż-żewġ parti- ti politiċi xorta huma fl-eqqel ta' preparamenti kbar għall-elezzjo- ni. Min-naħa tal-għażla tal-kan- didati, m'hemmx ismijiet spet- takulari. U ż-żewġ partiti qed jiddepen- du fuq l-ismijiet ta' parlamenta- ri li diġà huma stabbiliti. Imma jidher li l-PN għandu problema ikbar biex isib nies ta' ċertu kali- bru. "L-ebda partit ma jidher li sab xi star candidate li jispikka," qa- lilna l-istess kuntatt. "Issa rridu naraw meta tibda l-kampanja, jekk il-kampanja tkunx marbu- ta ma' immaġini presidenzjali (jiġifieri Abela kontra Borg) jew inkella tim kontra tim." www.illum.com.mt NRU 1004 €1.50 IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 ANALIZI | PAĠNA 4 Dubji fuq il- fattibiltà ta' din il-miżura • Il- konsumatur ma jissemma' mkien Kull pajjiż Fl-Unjoni Ewropeja issa jista' juża fondi mill-Fond Soċjali Ewropew biex itejjeb l-aċċess għall-abort. Xi tfisser għal Malta? U x'jgħidu l-liġijiet dwar l-abort madwar l-Ewropa? ILENIA DEBONO Fid-diskussjoni fuq jekk għandhiex titnaqqas ir-rata tal-VAT li jħallsu r-ristoranti u stabbilimineti oħra tal- ikel, imken ma jissemma li l-konsumatur igawdi. Skont l-Association of Cater- ing Establishments (ACE), jekk ir-rata tal-VAT għal ristoran- ti, kjosks u stabbilimenti oħra tal-ikel titnaqqas għal sebgħa fil-mija, tgħin biex jonqos it mit-toqol tal-ispejjeż tal-istab- bilimenti. Kien il-Kap tal-Oppożizz- joni Alex Borg li dil-ġimgħa reġa' sostna li jekk il-PN jitla' fil-gvern, inaqqas il-VAT għal ristoranti għal 7%. L-ACE qalet li ilha tagħfas għal din il-miżura għall-aħħar ħames snin. 7% VAT GĦAR- RISTORANTI 'Tnaqqis fil- VAT ipatti għal spejjeż għoljin,' tgħid l-ACE ĦADD MILL-GRUPP INTERN TAL-LABOUR MHUWA ĊERT JEKK ABELA HUX SE JSEJJAĦ ELEZZJONI BIKRIJA ELEZZJONI ĠENERALI: ROBERT ABELA JAGĦŻEL LI MA JIKXEF L-EBDA KARTI

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 March 2026