MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544022

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2026 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Kelliem għall-ACE qal lil din il- gazzetta li tnaqqis fil-VAT jgħin biex jittaffew ftit mill-ispejjeż li ġew imposti fuq l-istabbilimenti matul is-snin inkluż dawk tal- BCRS, separazzjoni tal-iskart u l-compliance. Il-kelliem qal li minħabba dawn l-ispejjeż ġodda, ċerti stabbilimenti kellhom jgħollu l-prezzijiet li wasslu għal instabbiltà fis-suq tal- istabbilimenti tal-ikel kif ukoll stabbilimenti li ma baqgħux kompetittivi bi prezzijiet għoljin. "It-talba li għamilna mal- Gvern saret wara li rajna x'ġara fil-Ġermanja u l-Irlanda," qal il- kelliem għall-ACE, b'referenza għall-fatt li l-Ġermanja introduċiet rata ta' taxxa tal-VAT ta' 7% fuq stabbilimenti tal-ikel u l-Irlanda se ddaħħal rata ta' 9% għal dawn l-istabbilimenti. Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li l-ispiża biex il- VAT għall-istabbilimenti tal- catering titnaqqas għal 7% tkun ta' madwar €140 miljun, u nnota li dan huwa eżattament l-istess ammont tat-tnaqqis tat-taxxa tal-gvern fil-baġit tal-2024. Huwa kkritika l-fatt li nefqa bħal din tibbenefika biss madwar 3,000 stabbiliment tal-catering, filwaqt li t-tnaqqis tat-taxxa tal-2024 ibbenefika sezzjonijiet kbar tal-popolazzjoni. Il-ministru qal ukoll li t-tnaqqis propost tal-VAT mhux neċessarjament iwassal għal prezzijiet aktar baxxi għall- konsumaturi, u rrefera għal stqarrija mil-lobby tal-catering li tikkonferma dan. Il-kelliem tal-ACE saħaq fuq id-diskussjonijiet għaddejja mal-gvern minħabba l-fatt li miżura bħal din għandha bżonn kordinazzjoni minn diversi dipartimenti differenti minħabba tibdil strutturali, bħal pereżempju jekk din ir- riduzzjoni fit-taxxa hux se tgħodd għall-istabbilimenti tal-ikel kollha jew ftit niċeċ speċifiċi. Huwa kkonferma wkoll l-istedina li għamlu lill- Oppożizzjoni sabiex jiddiskutu l-proposta li għamel li qal se sseħħ fl-ewwel 100 jum tal-PN fil-gvern. Hu qajjem mistoqsijiet fuq kif din tista' tiġi implementata f '100 jum meta huma raw l-ostakli ta' loġistika warajha li titlob ħafna ħin, allura tixtieq tkun taf kif se taħdem din. Tony Zahra, il-President tal- Malta Hotel and Restaurants Association, ukoll qajjem dubju fuq il-fattibiltà ta' din il- miżura. Hu għamel referenza għal dak li qal il-Ministru għall- Finanzi, Clyde Caruana fejn qal li d-differenza fit-tnaqqis tat- taxxa kieku tkun ta' €140 miljun. Zahra qal li din il-figura hija l-istess bħall-baġit tal- Awtorita tat-Turiżmu ta' Malta (MTA). "Filwaqt li jkun sabiħ li titnaqqas kwalunkwe taxxa, dan m'għandux jiġi minn tnaqqis fil-baġit tal-MTA għax ikun serjament kontroproduttiv," spjega Zahra. F'Malta, ir-rata tat-taxxa tal- VAT fuq stabbilimenti tal-ikel hija r-rata standard ta' 18%. Din hi waħda mill-ogħla fl-Ewropa hekk kif fl-Italja u fi Franza, stabbilimenti tal-ikel iħallsu rata ta' 10%, filwaqt li l-Greċja hemm rata ta' 13% VAT u fir-Renju Unit għandhom rata ogħla ta' 20%. L-ACE qalet li taqbel mal- kumment li għamel il-Ministru għat-Turiżmu Ian Borg li kwalunkwe riforma f 'dan is-settur tirrikjedi approċċ ħolistiku b'kordinazzjonijiet ma' awtoritajiet fiskali rigward problemi ta' liċenzjar, compliance u strutturi operazzjonali. L-Assoċjazzjoni tenfasizza li l-konsumatur se jibbenefika b'mod indirett b'din il-miżura. "ACE ittenni għall-bżonn tas- sens komun fuq il-biċċa sabiex din ma ssirx aġenda politika ta' partit," qalet Muscat fuq din il-biċċa li għandha bżonn diskussjoni kostruttiva ma' kull partijiet ikkonċernati. L-ebda ħsieb biex igawdi l-konsumatur jekk il-VAT għar-ristoranti titnaqqas għal 7% F'Malta, ir-rata tat-taxxa tal-VAT fuq stabbilimenti tal-ikel hija fost l-ogħla fl-Ewropa F'Jannar ġew irreġistrati tliet każijiet ta' suwiċidji, kollha rġiel, waqt li fi Frar il-każijiet telgħu għal erbgħa – tlett irġiel u mara waħda. Dan qalu l-Ministru għall- Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri f 'risposta għal mistoqsija parlamentari li għamillu l-kelliem tal-Oppożizzjoni Ivan Bartolo. Il-Ministru spjega li l-etajiet tal- persuni involuti jvarjaw bejn il-25 u l-45 sena, li jindika li l-każijiet jikkonċernaw individwi relattivament żgħażagħ u fi stadji attivi tal-ħajja tagħhom. Għalkemm in-numri huma relattivament baxxi meta mqabbla ma' statistika annwali, dawn il-każijiet xorta jqajmu tħassib dwar is-saħħa mentali fis-soċjetà Maltija. Esperti fil-qasam tas-saħħa mentali ilhom jisħqu fuq il- ħtieġa ta' aktar investiment fis- servizzi ta' prevenzjoni, kif ukoll sensibilizzazzjoni dwar il-problemi psikoloġiċi li jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet estremi. Organizzazzjonijiet li jaħdmu f 'dan il-qasam spiss jenfasizzaw li fatturi bħal stress relatat max-xogħol, problemi finanzjarji, solitudni u diffikultajiet fir-relazzjonijiet jistgħu jkunu kontributuri importanti. Huma jappellaw biex min ikun qed iħossu taħt pressjoni jew f 'diffikultà jfittex għajnuna kmieni kemm jista' jkun. Fl-aħħar snin, Malta żiedet l-isforzi tagħha biex tindirizza s-saħħa mentali, b'inizjattivi li jinkludu aktar servizzi komunitarji u linji ta' appoġġ. Madankollu, dawn il-każijiet riċenti jfakkru li għad hemm bżonn ta' ħidma kontinwa biex titnaqqas l-istigma u jiżdied l-aċċess għall-għajnuna. Jekk inti jew xi ħadd li taf jinsab f 'diffikultà, huwa importanti li titkellem ma' professjonist jew tfittex appoġġ minn servizzi speċjalizzati, li jistgħu jagħmlu differenza kruċjali f 'mumenti ta' kriżi. Seba' każijiet ta' suwiċidju fl-ewwel xahrejn tas-sena Esperti fil-qasam tas-saħħa mentali ilhom jisħqu fuq il-ħtieġa ta' aktar investiment fis- servizzi ta' prevenzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 March 2026