MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544022

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2026 • illum L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ew- ropej hija mod kif ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) jap- pellaw lill-Kummissjoni Ewro- pea (KE) biex tipproponi liġijiet ġodda. Fi it kliem hija petizzjo- ni li ladarba tkun laħqet miljun firma torbot lill-Kummissjoni tiddeċiedi x'azzjoni jidhrilha li għandha tieħu. Iridu jinġabru miljun firma fi żmien sena b'numru minimu minn tal-anqas seba' pajjiżi tal-UE. In-numru minimu huwa n-numru ta' Membri Parlamentari Ewropej (MPE) eletti mill-pajjiż individwali multiplikat bin-numru total ta' par- lamentari. Għal Malta ifisser 4,320 firma – 6 MPE x 720 membri totali fil-Parlament Ewropew. Mill-Ġer- manja l-minimu ta' firem huwa 69,120 – 96 MPE x 720. X'aktarx l-aktar inizjattiva li spiċċat fl-aħbarijiet, speċjalment f 'pajjiżi bħal Malta, fejn l-abort tant hu tabù li qajla jiġi diskuss bil-kalma u b'mod matur u fil- fond, hija l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar l-abort "My Voice, My Choice". Din l-inizjattiva tn- ediet fl-2024. L-inizjattiva taċ-ċittadini Ew- ropej "My Voice, My Choice" se- jħet lill-Kummissjoni Ewropea (KE) tiżgura aċċess sigur għall- abort bħala servizz tas-saħħa madwar l-UE; u fondi Ewropej biex jingħataw dawn is-servizzi lil ċittadini Ewropej minn stati mem- bri fejn l-abort mhux aċċessibbli u għajnuna biex jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra. F'Diċembru 2025 il-PE adotta riżoluzzjoni li appoġġjat it-tal- biet tal-inizjattiva dwar l-aċċess għall-abort. Fi Frar ta' din is-sena mbagħad il-KE ħarġet komunikat bil-pożizzjoni tagħha. Il-KE ma pproponietx liġi ġdi- da. Lanqas mhija qed timponi liġi waħda dwar is-suġġett fuq l-istati membri. Il-politika dwar is-saħħa tibqa' kompetenza ta' kull pajjiż individwalment. Il-KE qalet li kull pajjiż jista', jekk irid, juża fondi mill-Fond Soċjali Ewropew biex itejjeb l-aċċess għas-servizzi ta' saħħa riproduttiva inkluż l-abort, skont il-liġijiet tal-pajjiż. M'hemm l-ebda fondi addizzjonali, imma biss kjarifika jew konferma li kull pajjiż jista' jagħżel hu kif juża l-fondi li diġà ngħatawlu. Is-sini- fikat ta' din il-kjarifika hija li l-KE tqis l-abort bħala parti integrali mill-politika dwar is-saħħa, fil- waqt li tħalli f 'idejn l-istati mem- bri li jiddeċiedu kif jużaw il-fondi soċjali assenjati lilhom. Il-liġijiet li jirregolaw l-abort ivarjaw minn pajjiż għal ieħor. Se nagħtu ħarsa lejn il-liġiji- et minn dawk l-aktar restrittivi, bħall-Polonja, minn pajjiżi qrib bħall-Italja, Franza u Spanja, u dawk meqjusa bħala aktar liberali bħall-Olanda u l-Iżvezja. Nagħtu ħarsa wkoll lejn ir-Renju Unit. Fatt kurjuż huwa li pajjiżi b'liġi- jiet aktar liberali mhux neċessarja- ment ikollhom l-aktar rati għolja ta' abort. F'din l-analiżi mhux se nidħlu fl-argumenti ta' x'għand- hom ikunu l-parametri li jirregolaw l-abort jew ir-raġunament filosofi- ku dwar is-suġġett. Dawn inbidlu u żviluppaw anke fil-kuntest storiku u soċjali ta' kull pajjiż. Iżda ta' min wieħed jgħid li kuntrarju għal dak li jaħsbu xi wħud, kull pajjiż għan- du limiti u kundizzjonijiet li jirreg- olaw il-proċedura. L-Iżvezja Il-proċedura hija parti mis- servizz pubbliku tas-saħħa. Huwa legali fuq talba tal-mara, mingħajr l-ebda tip ta' ġustifikazzjoni oħra, sa tmintax-il ġimgħa tqala. Wara tmintax-il ġimgħa jrid jinkiseb permess speċjali f 'każi- jiet li l-fetu ma jkunx żviluppa u f 'emerġenza jekk il-ħajja tal-ma- ra tkun f 'riskju, u f 'xi każijiet es- tremi oħra. Jekk il-fetu jkun vijab- bli, jiġifieri jgħix barra l-ġuf, ma jsirx abort u jekk hemm bżonn ikun hemm twelid normali. 1% tal-aborti kollha jsiru wara tmint- ax-il ġimgħa. Ir-rata ta' abort fl-2024 kienet ta' 370 kull 1,000 twelid, b'87% isiru qabel it-tmien ġimgħat tqala. L-Olanda Meqjusa bħala l-liġi l-aktar liber- ali fl-UE. Legali fuq talba tal-mara tqila sa tnejn u għoxrin ġimgħa, u f 'xi każi sa erbgħa u għoxrin ġimgħa, skont il-vijabilità tal-fetu. Wara erbgħa u għoxrin ġimgħa huwa permess biss f 'każi mediċi serji ħafna jekk il-fetu mhux vi- jabbli u f 'każ ta' periklu ta' mewt tal-mara. Minkejja l-limiti li jistgħu jit- qiesu bħala wiesgħa, il-biċċa l-kbira tal-proċeduri tal-abort isiru b'rax- kament jew bil-pinnoli fi stadji bikrin tat-tqala, ġeneralment qabel it-tnax-il ġimgħa. Ir-rata ta' abort ta' 215-il abort kull elf twelid fl- 2024 hija meqjusa bħala l-aktar rata baxxa ta' abort fl-UE. Ir-raġuni għal din ir-rata mill-aktar baxxi meta kkumparata ma' pajjiżi oħra hija l-edukazzjoni sesswali b'saħħitha u l-aċċess faċli għal mezzi ta' kon- traċezzjoni. Il-Ġermanja It-triq tan-nofs tal-Ġermanja tħalli r-regolamentazzjoni dwar l-abort fil-liġi kriminali, għalkemm il-proċedura hija legali sat-tnax-il ġimgħa tat-tqala. L-approvazzjoni tat-tabib personali mhux biżżejjed biex issir il-proċedura, għax hemm ukoll il-ħtieġa ta' counselling, sten- nija ta' tlett ijiem. F'każ ta' stupru m'hemm l-ebda ħtieġa ta' counselling. Wara tnax-il ġimgħa huwa permess għal raġuni- jiet mediċi u serji. 78% jsiru qabel u sa tmien ġimgħat tqala. Ir-rata hija wkoll baxxa ta' 153 kull 1000 twelid fl-2023. Dan il-mudell ta' abort legali imma regolat huwa komuni f 'pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali. Il-Polonja Il-Polonja huwa wieħed mill-ak- tar pajjiżi restrittivi, għalkemm il-liġijiet Maltin huma aktar restrit- tivi minn dawk Pollakki. L-abort hawn huwa permess biss meta l-ħajja jew is-saħħa tal-mara jkunu f 'riskju jew meta t-tqala tkun riżul- tat ta' stupru jew ta' inċest. Anke f 'każi ta' saħħa, ħafna tobba jirriu- taw li jwettqu l-proċedura. L-Irlanda Il-liġijiet tar-Repubblika tal-Ir- landa dwar l-abort inbidlu ħaf- na minn restrittivi immens qabel l-2018 għal legali sa tnax-il ġimgħa wara referendum li neħħa r-re- strizzjonijiet fil-kostituzzjoni. Wara tnax-il ġimgħa l-abort huwa permess f 'każ ta' riskji serji għas- saħħa tal-mara jew fetu b'kondizz- jonijiet fatali, jiġifieri li jmut fil-ġuf jew kif it-tarbija titwieled. Ir-rata ta' abort fl-2024 kienet ta' 201 kull 1,000 twelid. Spanja Legali sa erbatax-il ġimgħa tqa- la. Sa tnejn u għoxrin ġimgħa għal riskji serji għas-saħħa tal-mara u għal anomaliji fil-fetu. Tfajliet minuri bejn is-sittax u s-sbatax-il sena m'għandhomx bżonn il-kun- sens tal-ġenituri biex jaċċessaw is- servizz tas-saħħa għal abort. 77% jsiru sa tmien ġimgħat tqala. Ir-rata ta' abort fl-2021 kienet ta' 268 kull 1,000 twelid. Franza Legali mingħajr ġustifikazzjoni sa erbatax-il ġimgħa tqala. Wara permess għal raġunijiet mediċi ser- ji. Mill-2024 l-aċċess għall-abort huwa protett mill-kostituzzjoni. Ir-rata ta' abort fl-2024 kienet ta' 380 kull 1,000 twelid. 77% tal-aborti jsiru bejn il-ħames u d-disa' ġimgħa tqala. L-Italja Legali sad-disgħin ġurnata tqa- la, jiġifieri bejn tnax u tlettax il- ġimgħa. Wara disgħin ġurnata huwa permess għal raġunijiet serji ta' saħħa. L-aċċess huwa diffiċli minħabba li ħafna tobba jirriut- aw li joħorġu ċertifikat biex mara taċċessa servizzi tal-abort. Bosta tobba u infermiera jirriutaw li jieħdu sehem fil-proċedura, speċ- jalment fir-reġjuni tan-Nofsinhar tal-pajjiż. Ir-rata ta' abort fl-2023 kienet ta' 177 kull 1,000 twelid. 64% tal-aborti jsiru qabel tgħaddi t-tmien ġimgħa tqala. Ir-Renju Unit Teknikament fl-Ingilterra, Wales u l-Iskozja m'hemmx abort bla ebda ħtieġa ta' ġustifikazzjoni. Imma fil-prattika legali sa erbgħa u għox- rin ġimgħa. Hemm bżonn il-per- mess ta' żewġ tobba. Ir-raġunijiet huma riskju għas-saħħa fiżika jew mentali tal-mara. Wara erbgħa u għoxrin ġimgħa permess f 'każ ta' riskju għall-ħajja tal-mara jew difet- ti severi fil-fetu. Ir-rata ta' abort fl-2022 fl-Ingil- terra u Wales kienet ta' 415 kull 1,000 twelid. 88% tal-aborti jsiru qabel tgħaddi d-disa' ġimgħa tqa- la. Storikament ir-rata hija waħda mill-ogħla fost pajjiżi Ewropej. Xi studji jindikaw nuqqas ta' aċċess faċli għall-kontraċezzjoni. Malta Restrittiv ħafna. Irregolat mil-liġi kriminali. Permess biss f 'periklu imminenti ta' mewt tal-mara. Lan- qas mhuwa permess fejn il-fetu mhux vijabbli sakemm ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet. Aktar restrittiv mill-Polonja għax teknika- ment lanqas raxkament wara stupri mhuwa permess, lanqas mhuwa permess f 'każ fejn tfajla ma tkunx tiflaħ għal tqala għax tkun ta' età tenera sakemm ma tasalx sa xifer il-mewt. Għalkemm skont statistika, ir-ra- ta hija prattikament żero, minn kalkoli bbażati fuq abort minn ċit- tadini Maltin fl-Ingilterra (li jżom- mu statistika skont in-nazzjonal- ità) u minn statistika dwar pinnoli tal-abort provduti minn għaqdiet tan-nisa, ir-rata ta' 500 abort fis-se- na, jiġifieri ta' 110 kull 1,000 twelid. Imma hemm min jinsisti li r-rata tidħer żgħira wisq anke minħabba n-nuqqas ta' aċċess għal kontraċez- zjoni, in-nuqqas ta' edukazzjoni sesswali adegwata, u n-nuqqas ta' statistika uffiċjali peress li l-abort huwa prattikament illegali komple- tament. Meqjusa bħala l-aktar liġi ħarxa fl-UE. L-aċċess għall-abort f 'pajjiżi Ewropej Fl-aħħar ġimgħat saret petizzjoni dwar l-aċċess għall-abort fl-UE. X'ġara eżatt? X'qalet il- Kummissjoni Ewropea? U x'jgħidu l-liġijiet dwar l-abort madwar l-Ewropa? F'Jannar, il-Voice for Choice sejħet għal dikriminalizzazzjoni formali tal-abort f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 March 2026