Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544022
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt A lex Borg dil-ġimgħa reġa' sostna li jekk il-Partit Nazzjonalista jir- baħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss, fi żmienn 100 ġurnata jnaqqas il-VAT għar-ristoranti u kiosks minn 18% għal 7%. Din mihiex l-ewwel darba li l-PN għamel din il-wegħda. F'Diċembru 2021, bil-pajjiż jirreġistra żieda mgħaġġla fil-każijiet ta' COVID-19, il-PN kien ippropona li l-VAT għar-ristoranti u bars tonqos għal 7% bħal fil-każ tal-lukandi, fid-dawl tal-impatt li l-COVID-19 kien qed ikollu fuq is-settur tal-catering u t-turiżmu. Din il-wegħda kien rega' għamilha Bernard Grech fil- kampanja elettorali tal-2022. Lil Alex Borg donnha togħġbu dil- proposta, għax meta lahaq Kap tal-PN f 'Settembru tas-sena l-oħra mill-ewwel semma t-tnaqqis fil-VAT għar-ristoranti. Ovvjament, lill-Association of Catering Establishments (ACE) għoġbithom ukoll. Laqgħu l-istqarrija ta' Borg, bħallikieku kienet l-ewwel darba li tqajmet, u qalu li jixtiequ jiltaqgħu mal-Kap tal- Oppożizzjoni biex jimu kif bihsiebu jimplimentaha jekk jilħqa Prim Ministru. Mihiex sorpriża li assoċjazzjoni li rirrappreżenta r-ristoranti taqbel li jitnaqqa il-VAT miġbur mis-settur. Dejjem jissemmew l-ispejjeż li jiffaċċjaw sidien ta' satabbilimenti tal-catering: pagi, materjal prim, xorb, il-propjeta', kontijiet u d-deliveries. Meta Borg jinsisti fuq din il-proposta, f 'moħħu għandu biss lill-imprendituri sidien ta' stabbilimenti tal-ikel. Għax anke' hu jaf li din il-miżura maħsuba biex tgħin lir-ristoranti imma it li xejn lill- konsumatur. Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li din il-miżura, jekk titniehda, tiġi tiswa' lill-gvern madwar €140 miljun – eżattament l-istess ammont li l-gvern ħabbar fi tnaqqis fit-taxxi fil- Baġit tal- 2024. Hu qal li ma jaqbilx li jibbenefikaw biss madwar 3,000 stabbiliment tal-catering bl-istess ammont li bbenefikaw minnu sezzjonijiet kbar tal-popolazzjoni meta tnaqqset it-taxxa fl-2024. Caruana, bħal ħafna, ukoll wera' tħassib għall-fatt li t-tnaqqis propost tal-VAT mhux neċessarjament iwassal għal prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi. l-ACE innifisha, fl-istqarrija tagħha dil- ġimgħa, qalet li "din hija miżura mmirata primarjament biex tappoġġja l-industrija tal-catering. Il-konsumatur finali huwa benefiċjarju indirett ta' din il-miżura." Benefiċjarju indirett, qalu. Qalulna ċar li m'hemm l-ebda intenzjoni li l-flus li jiġu ffrankati mill-VAT jgħaddu għand il-klijent u mhux imorru għal għand ir-ristoranti. Iridu jkopru l-ispejjeż tagħha u jridu qatgħa ikbar mill-bejgħ għall-profitti. Għalhekk biss din il-pressjoni biex titnaqqas il-VAT. Veru li Malta għandha fost l-ogħla rati ta' VAT għar-ristoranti, iżda veru wkoll li pajjiżi naqqsu r-rata tagħhom għax kellhom kriżi fil-qasam tal-attendenza fir-ristoranti. Pajjiżi bħall-Kroazja, il- Portugall, Franza, Spanja, l-Italja u issa anke l-Ġermanja. F'pajjiżna din il-kriżi ma teżistix. Teżisti forsi kriżi ta' standards u konsistenza, imma mhux ta' interess min-nies biex iżuru r-ristoranti. Hija nteressanti li l-PN jibqa' jsemmi din il-miżura. U nkwetanti. Għax jekk anke taħt Alex Borg il-PN ħa jibqa' jipprova jwiegħed kollox lil kull settur biex jirbaħ il-voti, mela allura għadu ma tgħallem xejn mill-aħħar 15-il sena u fuqhom. B'dan l-għaġir Borg forsi jirbaħ it voti, imma ħa jżomm 'il bogħod li dawk li kienu qed jaħsbu li l-PN taħtu se jkun differenti. Dawk li qed jistennew strateġija u pjan fit-tul għal kif Borg behsiebu jiggverna jekk jirbah l-elezzjoni, u mhux wegħdiet għall- voti akkost ta' kollox. Ristoranti, VAT u PN li ma jinbidilx

