MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544022

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni illum • IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2026 09 I l-Ġustizzja Soċjali m'għan- dhiex tkun biss kelma sa- biħa li nużaw fid-diskorsi. Hija valur fundamentali li għandu jiggwida d-deċiżjonijiet tagħna lkoll, kemm bħala soċ- jetà u wisq aktar bħala pajjiż. Ġustizzja Soċjali tfisser li kull persuna għandha d-dritt sagrosant li tgħix b'dinjità, b'opportunitajiet ġusti u b'rispett, irrispettivament miċ- ċirkustanzi tagħha. Dan kien l-ispirtu li mexxieni 'l quddiem biex fi Frar għal darb'oħra, norganizzaw għat-tmien sena konsekuttiva l-ġimgħa tal- Ġustizzja Soċjali. Din kienet ġimgħa ta' opportunitajiet importanti biex, mhux biss nitkellmu dwar il- ġustizzja soċjali, iżda mmorru lil hinn u niddiskutu b'mod konkret kif nistgħu nindirizzaw l-isfidi li qed jaffaċċjaw ħafna bnedmin fis-soċjetà tagħna. Matul din il-ġimgħa organizzajna diversi attivitajiet u diskussjonijiet li ġabru flimkien rappreżentanti tas- soċjetà ċivili, professjonisti, voluntiera u nies li fil-ħidma tagħhom ta' kuljum qed jiltaqgħu ma' realtajiet diffiċli. Dawn il-laqgħat kienu ta' valur kbir għaliex taw spazju biex nisimgħu u nifhmu aħjar il- problemi li ħafna drabi jibqgħu moħbija. Waħda mit-temi li spikkat b'mod partikolari kienet dik tas- solitudni u l-iżolament soċjali. Għalkemm kultant din l-isfida ma tidhirx immedjatament, din hija realtà li qed tolqot lil ħafna nies, minn anzjani li jgħixu waħedhom, sa żgħażagħ li minkejja li huma mdawra b'teknoloġija u komunikazzjoni diġitali, xorta jħossuhom waħedhom. Is-solitudni mhijiex biss sentiment; tista' tkun problema soċjali serja li taffettwa s-saħħa mentali u l-benesseri soċjali tal-persuna. Għalhekk hemm bżonn li bħala pajjiż nibdew nitkellmu aktar dwarha u naħdmu flimkien biex insibu soluzzjonijiet konkreti. Tema oħra li tqajmet b'saħħa waqt id-diskussjonijiet kienet il-problema dejjem tikber tat- tniġġis tal-istorbju eċċessiv, partikolarment dak ġej minn mużika amplifikata f 'attivitajiet u stabbilimenti ta' divertiment. Din mhijiex sempliċement kwistjoni ta' inkonvenjent, iżda kwistjoni li tmiss direttament il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa mentali tan-nies. Ħafna residenti qed jesperjenzaw livelli ta' storbju li jmorru lil hinn minn dak li hu raġonevoli u aċċettabbli. Filwaqt li hemm liġijiet li suppost jirregolaw dawn il- livelli ta' storbju, qed naraw sitwazzjonijiet fejn awtoritajiet ikkonċernati joħorġu permessi li fil-prattika jmorru kontra l-ispirtu tal-istess regolamenti u kontra l-ħarsien tas-saħħa u l-benesseri tal-komunitajiet. Dan huwa suġġett li jeħtieġ diskussjoni serja u azzjoni konkreta, għax il-ġustizzja soċjali tfisser ukoll li nipproteġu d-dritt tan-nies li jgħixu f 'ambjent san u dinjituż. Matul din il-kampanja tal- ġustizzja soċjali li din is-sena nżammet mit-Tnejn 16 sal- 20 ta' Frar, Jum il-Ġustizzja Soċjali, semmejna wkoll diversi sfidi oħra li qed jaffaċċjaw komunitajiet differenti f 'pajjiżna, fosthom il-faqar, id- diskriminazzjoni, l-aċċess għas- servizzi tas-saħħa u l-isfidi li jaffaċċjaw persuni vulnerabbli. Dawn huma kwistjonijiet li jeħtieġu attenzjoni kontinwa u impenn serju. Apparti l-attenzjoni u l-impenn neħtieġu wkoll rieda politika, li hija l-bażi ta' kollox. Madanakollu l-ġustizzja soċjali ma tinkisibx biss permezz tal-liġijiet. Tinkiseb ukoll permezz tal-kultura ta' solidarjetà li nibnu bejnietna bħala poplu. Tinkiseb meta nagħżlu li ma nibqgħux indifferenti għall-problemi ta' ħaddieħor. Bħala rappreżentanti tal- poplu fil-Parlament ta' Malta, għandna d-dmir u d-dover li nkomplu naħdmu biex ħadd ma jitħalla jibqa' lura. Fuq kollox għandna nħarsu lejn soċjetà fejn kull persuna tħossha parti mill-komunità u fejn id-dinjità tal-bniedem tibqa' dejjem fiċ- ċentru tad-deċiżjonijiet tagħna. Nemmen li kull miżura li joħroġ il-Gvern għandha tara u tiżgura li kull politika tal- gvern fil-qasam tat-trasport, l-akkomodazzjoni u s-saħħa titkejjel skont l-impatt tagħha fuq l-esklużjoni soċjali u s-solitudni qabel l-implimentazzjoni. Il-Gvern irid jiżgura li tiġi żviluppata Strateġija Nazzjonali għall- konnettività fis-soċjetà, liema Strateġija għandha tiġi aġġornata kull tliet snin. Din l-Istrateġija għandha, fost affarijiet oħra, tidentifika, timmonitorja u tnaqqas il- prevalenza tas-solitudni f 'Malta billi tagħmel l-aħjar użu mir- riżorsi tal-organizzazzjonijiet volontarji fil-pajjiż. Il-Gvern irid jiżgura li jaġixxi bħala l-punt primarju ta' kordinazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa, il-Ministeru għall- Politika Soċjali, u l-Ministeru għall-Edukazzjoni biex jiġu sodisfatti l-obbligi leġiżlattivi kontra s-solitudni u l-esklużjoni soċjali, b'mod partikolari dawk taħt l-Att tal-2026 dwar il-Ġlieda kontra s-Solitudni u t-Tisħiħ tal-Benesseri tas- Soċjetà. Il-Kummissarju jiżgura li leħnu jinstema' fuq kull żvilupp urban biex jiġi żgurat li l-ispazji pubbliċi jrawmu u jsaħħu l-kuntatt u l-interazzjoni soċjali; jiżgura li l-Kunsilli Lokali jaqsmu u jikkordinaw miegħu b'mod effettiv dwar inizjattivi biex tiġi miġġielda s-solitudni fil-lokalitajiet tagħhom. Din il-kampanja tal- Ġustizzja Soċjali kienet tfakkira importanti li l-ġustizzja soċjali mhijiex responsabbiltà ta' ftit nies biss. Hija responsabbiltà tagħna lkoll. U hija wkoll impenn li rridu nġeddu kuljum. Fl-aħħar mill-aħħar, il-ġustizzja soċjali tfisser li nibqgħu nisimgħu, nifhmu u naġixxu biex intejbu l-ħajja tan-nies. Tfisser li nibqgħu naħdmu biex nibnu soċjetà fejn kull persuna tħoss li hija rrispettata, protetta u parti mill-komunità. Il-ġustizzja soċjali, impenn li ma jistax jistenna Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda Kontra l-Faqar, Esklużjoni Soċjali u Pensjonijiet IVAN BARTOLO Ħafna residenti qed jesperjenzaw livelli ta' storbju li jmorru lil hinn minn dak li hu raġonevoli u aċċettabbli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 March 2026