MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 • illum Żejtune: Vjaġġ ċinematografiku Malti bejn l-art, il-mużika u l-identità L-iskema Stabbiltà: Il-Gvern iħalli l-bieb miftuħ għal miżuri ġodda kontra l-inflazzjoni JAELLE BORG Iċ-ċinema Maltija qed tkompli tikber u tikseb rikonoxximent, kemm lokalment, kif ukoll internazzjonalment, u wieħed mill-aktar diretturi li qed jagħti kontribut sinifikanti f 'dan il-qasam huwa Alex Camilleri flimkien ma' tim sħiħ. Wara s-suċċess kritiku tal-film tiegħu Luzzu, Camilleri jerġa' lura bi produzzjoni ġdida, Żejtune. Dan il-film il-ġdid jinseġ flimkien temi ta' identità, appartenenza u r-rabta mal-art, filwaqt li jdur madwar it-tradizzjoni mużikali Maltija tal-għana. Żejtune iwiegħed li jkun esperjenza ċinematografika sinċiera u emozzjonanti, li tgħaqqad storja profondament Maltija ma' sens universali li jista' jolqot lil kulħadd. Qabel il-premiere tiegħu fis-swali Maltin fit-8 ta' April, tkellimna ma' Alex Camilleri dwar l-ispirazzjoni wara dan il-film, il-viżjoni tiegħu bħala storyteller, u x'nistgħu nistennew minn din il-produzzjoni ġdida. Minn fejn ġiet l-ispirazzjoni għall-film Żejtune? Bdejt nikteb Żejtune it wara li tlaqt minn New York City u mort, temporanjament hekk ħsibt, Malta. F'dak iż-żmien ma kont verament ngħix imkien, u għall-ewwel darba f 'ħajti ħassejt xewqa qawwija li nsib dar — jew tal-anqas sens ta' dar. Spiss jingħad li hemm aktar Maltin jgħixu barra minn Malta milli fuq il-gżejjer stess. Jien trabbejt f 'familja bħal din, li kienet emigrat minn Malta snin ilu. Tul ħajti staqsejt lili nnifsi: fejn jappartjenu l-Maltin, jekk forsi mhux fuq dawn il-gżejjer? Nistgħu xorta nsejħu lilna nfusna Maltin mingħajrhom? Fl-istess ħin, kont żviluppajt interess qawwi fl-għana, u qattajt ħafna ljieli twal mal-għannejja, nisimgħu l-mużika tagħhom u nosserva d-dinja tagħhom. Malajr indunajt li stajt nesplora dawn il- mistoqsijiet tiegħi dwar l-appartenenza permezz ta' din it-tradizzjoni rikka u it esplorata. Meta skoprejt li l-għana għandu għeruq fil-passat agrikolu ta' Malta, dan tani aktar fiduċja biex insegwi l-viżjoni tiegħi: film modern ta' roadtrip li jgħaqqad l-art u l-mużika. Għaliex iddeċidejt tiffoka fuq il-kultura Maltija fil-films tiegħek, kemm f'Luzzu kif ukoll issa f'Żejtune? Ma nħossx li hija l-missjoni tiegħi li "nirrappreżenta l-kultura Maltija." Imma nħoss li għandi l-bżonn li nirrakkonta stejjer veri u umani mill-post li jaffaxxinani l-aktar. Malta hija fejn insib il-karattri, ix- xenarji, il-kuntesti storiċi u t-tensjonijiet drammatiċi li jolqtuni l-aktar bħala rakkontatur tal-istejjer. Il-kultura Maltija hija parti naturali mill-ħajja tal-karattri — fil- mod kif jitkellmu, jaħdmu, jitħabtu jew ikantaw. Għalija, meta l-kultura tidher fuq l-iskrin, huwa importanti li ma tkunx trattata bħal biċċa mużew, imma bħala xi ħaġa ħajja u naturali, mimlija emozzjoni, identità u storja. Ninteressa ruħi nsib il-punt fejn xi ħaġa speċifika kulturali ssir universali. Nemmen li aktar ma tirrappreżenta post b'mod onest u preċiż, aktar nies minn postijiet oħra jistgħu jaraw lilhom infushom fih. Hija waħda mill- kontradizzjonijiet tal-istejjer, imma dejjem insibha vera: iktar ma tagħmel xi ħaġa żgħira, iktar issir kbira. U naħseb li Malta hija mimlija stejjer li it li xejn ingħataw din it-tip ta' attenzjoni ċinematografika. Għalhekk, parti mill-motivazzjoni tiegħi hija sempliċement is-sens li dawn il-karattri u dawn id- dinjiet jistħoqqilhom jiġu rrakkontati — b'umanità, tenerezza u kumplessità. Xi jfisser għalik il-film Żejtune? Ulysses ta' James Joyce jgħidha perfettament: "ink you're escaping and run into yourself. Longest way round is the shortest way home." X'tista' tgħidilna ftit dwar il-film qabel joħroġ fis-swali Maltin? Fil-qalba ta' Żejtune hemm Nenu 'l-Brazz' Borg, maestro tal-għana u raġel ta' 82 sena li qed jagħmel id-debutt tiegħu fuq l-iskrin. Qabel iltqajt ma' Nenu, kont f 'diffikultà kbira biex insib min jista' jilgħab ir- rwol speċifiku ta' għannej kariżmatiku u simpatiku. Wara xhur ta' tfittxija, il-proġett kien kważi spiċċa. Bħalma ġara waqt il-casting ta' Luzzu, ħeġġiġt lid- direttur tal-casting biex ma jaqtax qalbu u jibqa' jfittex. Ftit ġimgħat wara, smajna b'Nenu, li kien ilu snin ma jidher pubblikament. Dan il-film mhux biss jimmarka d-debutt tiegħu bħala attur, imma wkoll ritorn tant mistenni għall-għana. Li ltqajt miegħu u li ġibt il-vuċi tiegħu fuq l-iskrin kienet waħda mill-akbar privileġġi fil-ħajja kreattiva tiegħi, u ninsab ħerqan li l-udjenzi jħobbuh bħalma ħabbejtu jien. Qabel il-premiere ta' Żejtune jasal fis-swali Maltin, id-Direttur Alex Camilleri jitkellem dwar l-ispirazzjoni wara l-film, ir-rabta tiegħu mal-kultura Maltija u kif it-tradizzjoni tal- għana ssir mezz biex jesplora temi universali ta' appartenenza u identità Become a Host family. Apply NOW: info.eltcouncil@gov.mt Mark & Rita, 32 - Building their family. Open your home. Experience cultural exchange. Extra household income. Welcome a Language Learner. Għalkemm l-inizjattiva "Stabbiltà", li kienet introdotta mill-Gvern biex tindirizza ż-żieda qawwija fil-prezzijiet, ġiet uffiċjalment fi tmiemha fl-2024, l-Gvern se jibqa' attent għas-sitwazzjoni ekonomika. F'kummenti lil din il-gazzetta, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri spjega li din il-miżura kienet maħsuba bħala waħda temporanja, introdotta "f 'ċirkustanzi partikolari" biex tittaffa l-pressjoni inflazzjonarja fuq il-familji u n-negozji. "L-inizjattiva Stabbiltà kienet miżura temporanja introdotta madwar sentejn ilu biex tindirizza pressjonijiet inflazzjonarji qawwija," qal il-Ministru. Minkejja li l-iskema issa ntemmet, Schembri saħaq li l-Gvern se jibqa' attent għas-sitwazzjoni ekonomika. Huwa spjega li l-prezzijiet u r-rati tal-inflazzjoni qed ikomplu jiġu mmonitorjati mill-qrib. "Il-Gvern jibqa' dejjem lest li jieħu kull miżura li jqis meħtieġa skont iċ-ċirkustanzi prevalenti, biex jipproteġi lill-familji u n-negozji," żied jgħid. L-inizjattiva kienet tinkludi diversi miżuri mmirati biex jillimitaw iż-żieda fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali, f 'perjodu meta l-għoli tal-ħajja kien qed jolqot b'mod sinifikanti lill-konsumaturi. Bl-għeluq ta' din l-iskema fl-2024, għad hemm mistoqsijiet dwar jekk il-Gvern hux se jerġa' jintroduċi miżuri simili jekk jerġgħu jiżdiedu l-pressjonijiet inflazzjonarji. Għalkemm ma tħabbret l-ebda inizjattiva ġdida, il-kummenti tal-Ministru jindikaw li l-Gvern qed iżomm approċċ flessibbli u lest jaġixxi jekk ikun hemm il-bżonn. Għalissa, il-pożizzjoni uffiċjali tibqa' waħda ta' monitoraġġ kontinwu, b'enfasi fuq intervent biss meta ċ-ċirkustanzi ekonomiċi jerġgħu jitolbu azzjoni diretta. Il-Gvern se jibqa' attent għas-sitwazzjoni ekonomika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 March 2026