Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 L-ebda partit ma jidher li għandu xi 'star candidates' għall-elezzjoni PRE-AVVIŻ TAS-SEJĦA NUMRU 27 FAVUR PROPOSTI GĦAL PROĠETTI TAĦT IL-FOND GĦALL- AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI (FAMI) 2021-2027 Il-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali jixtieq javża li ser joħroġ sejħa favur proposti għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (FAMI): Objettiv Speċifiku 2: It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f'konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l-inklużjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Din is-sejħa għall-proposti għandha tkopri azzjoni li tiffoka fuq: � it-tisħiħ tal-multikulturaliżmu u tal-medjazzjoni kulturali � l-indirizzar tal-lakuni ta' informazzjoni li jxekklu l-integrazzjoni lokali � it-tnaqqis tal-ostakli lingwistiċi fl-iskejjel biex l-integrazzjoni fost it-tfal tkun iffaċilitata � l-opportunita' sabiex iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi jitgħallmu lingwa permezz tal-għodod diġitali � il-promozzjoni tad-diversita' fis-settur edukattiv biex il-ħtiġiet attwali u futuri tas-soċjeta' ikunu indirizzati � it-trawwim tal-etniċita' fis-setturi soċjali u edukattivi � l-għoti ta' servizzi ta' appoġġ lill-familji migranti ħalli l-aċċess tagħhom fis-sistema edukattiva jkun eħfef Is-sejħa ser tiftaħ fis-6 ta' April tal-2026, u tagħlaq fil-5 ta' Ġunju tal-2026, f'nofsinhar. Il-formula tal-applikazzjoni, id-dettalji rigward l-eliġibilita' u l-linji gwidi fuq l-indikaturi ser ikunu disponibbli għall-pubbliku mal-ftuħ tas-sejħa. L-applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm FAMI fuq is-sit https://fondi.eu/wp-content/uploads/2023/10/AMIF-Programme-v-2.0.pdf ħalli jaraw jekk il-proposta tagħhom hijiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa favur proposti għall-proġetti. Ser tittella' wkoll sessjoni ta' informazzjoni fuq il-kontenut tal-formula tal-applikazzjoni, kif ukoll fuq il-linji gwidi rispettivi. Min jixtieq tagħrif aktar jista' jikkuntattja l-Awtorità ta' Ġestjoni permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Il-preżenza ta' partit lemini sparixxet hekk kif il-karattru ta' Norman Lowell għeb għalkollox u ma jeżisti l-ebda persuna kariżmatiku lemini biex jattira l-voti tal-lemin. Huwa għalhekk li l-mexxejja taż- żewġ partiti ewlenin qed jiffukaw fuq dawk l-eluf li qed jgħidu li ma jridux jivvutaw. U minn sondaġġi jidher li fost l-iktar suġġetti li qed jinkwieta jew idejjaq lil dawn il-votanti nsibu l-kontabilità u l-ipokrezija politika, l-ambjent u l-kostruzzjoni, it-traffiku, il- popolazzjoni u l-iffullar, kif ukoll il-fatt li ċerti riformi soċjali baqgħu fuq l-ixkaffa. Min-naħa l-oħra Abela għandu l-vantaġġ kbir li jista' jiaħar li żamm l-ekonomija fuq pilastri sodi u ġab stabbilità, Borg min-naħa l-oħra jixhed politika żagħżugħa u friska. Il-profil demografiku ta' dawn il-votanti huwa ta' edukazzjoni postsekondarja u taħt l-54 sena. Hemm ukoll stmerrija għall-fatt li ħafna mill-politika tal-partiti fuq temi partikolari mhumiex daqstant ċari. Fuq kollox hemm dilemma fuq kemm huma serji l-partiti politiċi fuq il-pressjoni tal-iżviluppaturi fuq il-klassi politika u kemm huma serji l-partiti biex jintroduċu miżuri fejn pajjiżna verament jintroduċi miżuri favur l-ippjanar u l-komunitajiet. S'issa ma jafdawx la lil Abela u lanqas lil Borg fuq hekk. Fuq il-kwistjoni tal-popolazzjoni u t-trasport, hemm dubji minn dawn il-votanti, jekk il-partiti għandhomx soluzzjonijiet reali. U fuq riformi soċjali, iż- żgħażagħ minn dawn il-votanti jibqgħu xettiċi jekk il-partiti inkluż il-Labour għandhomx ir-rieda biex imexxu fuq l-abort u l-ewtanasja kif ukoll ċerti temi ambjentali. F'din il-kampanja elettorali, bla dubju ta' xejn il-PL għandu vantaġġ ċar, għandu tim aktar ikkulurit u matur, fosthom il-persunaġġi bħal Clyde Caruana, Ian Borg u Miriam Dalli. Fuq in-naħa l-oħra ma jidhirx li hemm personalitajiet tal- istess kalibru, għalkemm politiċi bħal Darren Carabott u Joe Giglio jispikkaw. Ħadd mill-partiti ma jidher li għandu xi 'star candidates'. Konferma oħra kemm il-politika mhux qed tattira nies ta' kwalità. Il-mistoqsija l-oħra hija dwar it-tip ta' kampanja elettorali. Il-PL u l-PN se jagħmlu kampanja presidenzjali jew kampanja ta' tim? Robert kontra Alex? Jew tim kontra tim? Jekk il-Labour jagħżel li jixpruna kampanja ta' tim, ifixklu lil Alex Borg għax ma jkunx jista' jippreżenta tim ta' ċertu standard. Fattur ieħor f 'din il-kampanja huma s-sorpriżi jew l-iskandli li jistgħu jinqalgħu, imma dawn irid ikollhom il-portata jew il-gravitas li jinfluwenzaw sew il-votant jew vi jew va. Imma dawn is-sorpriżi ħafna drabi mhux dejjem jaħdmu kontra l-gvern tal-ġurnata. Ara l-Editorjal f'paġna 11 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Iżda l-ilmenti ma jiqfux hemm. Sorsi li tkellmu magħna kkonfermaw li l-problema kienet aktar serja milli jidher. Skont informazzjoni miksuba, nhar il-Ġimgħa kien hemm tensjoni kbira hekk kif kien hemm biża' reali li t-tiġrijiet setgħu jiġu kkanċellati jekk ma jitqigħedx ramel fuq il-korsa. Fil-fatt, matul il-lejl ta' bejn il- Ġimgħa u s-Sibt, sar xogħol biex jitqiegħed ir-ramel, u dan ġie muri wkoll f 'ritratti fuq il-midja soċjali tal-klabb. Madankollu, sors li tkellem magħna s-Sibt filgħodu sostna li l-korsa xorta waħda ma kinitx f 'kundizzjoni adegwata. Problema oħra li qed tqajjem rabja fost id-dilettanti hija d-dewmien fil-ħlas tal-premjijiet. Ilment li ġie wkoll enfasizzat minn Caruana Cilia, li qal li ċ-ċekkijiet qed idumu xhur biex jintbagħtu. Dan ġie kkonfermat mis-sors tagħna, li sostna li "hemm premjijiet li ilhom ma jingħataw mis-sajf li għadda". Dan kollu qed iwassal għal sentiment ta' frustrazzjoni fost il-komunità tat-tiġrijiet taż- żwiemel, li tħoss li mhix qed tingħata r-rispett li jistħoqqilha. Id-dilettanti issa qed jistennew risposti u azzjoni konkreta, hekk kif is-sejħiet qed jiżdiedu biex il-kundizzjonijiet jitjiebu u biex il-ħlasijiet dovuti jsiru mingħajr aktar dewmien. B'għajnejn kollha fuq din is- sitwazzjoni, il-mistoqsija tibqa': se tittieħed azzjoni fil-ħin, jew dan il-każ se jkompli jikxef nuqqasijiet serji fis-settur? 'Il-korsa mihiex f 'kundizzjoni adegwata' Xogħol biex jitqiegħed ramel ġdid sar fil-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt Il-PL u l-PN se jagħmlu kampanja presidenzjali jew kampanja ta' tim?

