MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 • illum Il-Ġimgħa kontra r-Razziżmu u favur id-Diversità f'Malta 2026 Il-ġimgħa li għaddiet, fil-21 ta' Marzu ġiet imfakkral-'Jum Inter- nazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali', li tirreferi għall-massakru li seħħ f 'Sharpeville, l-Afrika t'Isfel, fl-1960, meta l-pulizija, fetħet in- nar fuq protesta paċifika kontra l-liġijiet tal-apartheid, u qatlet 69 persuna. Din il-ġurnata internaz- zjoni, imwaqqfa min-Nazzjoniji- et Maqgħuda, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza u tħeġġeġ azzjoni kontra r-razziżmu li għadu jaffettwa lill-komunitajiet, il-poli- tika, il-midja, l-isport u l-ambjent diġitali madwar id-dinja sal-lum. Fil-bidu tal-2026, il- Kummissjo- ni Ewropea nediet l-'Istrateġija Kontra r-Razziżmu' 2026–2030. Fis-17 ta' Marzu, sabiex tiġi mmar- kata kemm it-tnedija tal-Istrateġija kif ukoll il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskrim- inazzjoni Razzjali, il-Kummiss- joni ħejjiet konferenza li ġabret flimkien vuċijiet ewlenin li qegħdin jaħdmu fil-ġlieda kon- tra r-razziżmu. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq ir-razziżmu strutturali u t-tisħiħ tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali. Fl-istess waqt, il-kon- ferenza offriet spazju għal djalogu aktar profond mal-parteċipanti. F'Malta, il-'Pjan Nazzjonali ta' Azzjo- ni Kontra r-Razziżmu' 2025–2030 (NAPAR) jenfasizza r-responsab- biltà għall-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali fuq livell nazzjonali. Dan qiegħed isir permezz ta' żieda fl-għarfien, l-in- volviment tal-pubbliku u l-enfasi fuq miżuri prattiċi. Waħda mill-in- izjattivi ewlenin taħt in-NAPAR hija l-Ġimgħa kontra r-Razziżmu u favur id-Diversità, li saret għall-ewwel darba f 'Malta din is-sena bejn il- Ġimgħa 20 u l-Ġimgħa 27 ta' Marzu 2026, immexxija mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem (HRD). Fiha ġabret flimkien studenti, is-soċjetà ċivili, l-industrija, l-aw- toritajiet pubbliċi u l-komunitajiet għall-diskussjoni ċentralizzata kontra r-razzizmu. Il-Ġimgħa kellha l-għan li turi solidarjetà ma' dawk kollha li qed jiġġieldu r-razziżmu, issaħħaħ id-diskussjoni nazzjonali dwar r-razziżmu, u fl-istess waqt, tippromwovi l-inklużjoni u turi prattiċi tajbin li diġà qed jikkontrib- wixxu għal soċjetà aktar ġusta. Matul il-ġimgħa, għadd ta' attiv- itajiet involvew diversi setturi u komunitajiet differenti. Il-Ġimgħa bdiet b'Ċinema miftuħa, organ- izzata flimkien ma' Freehour, fejn il-parteċipanti ngħaqdu biex jaraw film li juri d-diversità bħala espe- rjenza tal-ħajja reali. Is-Sibt 21 ta' Marzu saret Community Engage- ment Day– Unity in Action fejn ġie offrut spazju fejn il-pubbliku seta' jinteraġixxi u jiddiskuti s-suġġett. Ġurnata sħiħa ta' attivitajiet ġiet organizzata minn għaqdiet mhux governattivi, komunitajiet, rappreżentanti mill-Kunsill Kon- sultattiv dwar l-Integrazzjoni u l-ġĠlieda kontra r-Razziżmu, it-tim tal-Koeżjoni Komunitarja fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u d-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem. Dawn l-attivitajiet seħħew quddiem il-Parlament ta' Malta fil-Belt Val- letta. Il-Ħadd 22 ta' Marzu ġiet organiz- zata it-Tazza ta' Koeżjoni li ġabet flimkien lit-tim ta' Koeżjoni tal-Ko- munità tal-Pulizija ta' Malta, lill-ko- munità Indjana, u lit-tim għad-Di- rettorat tad-Drittijiet tal-Bniedem għal turnew tal-futbol biex jiċċel- ebraw d-diversità f 'Birżebbuġa Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) organizzat dibattitu mal-is- tudenti fl-Università ta' Malta, nhar it-Tlieta 24 ta' Marzu. Id-dibattitu ħeġġeġ liż-żgħażagħ jesploraw temi relatati mal-ġlieda kontra r-razziżmu u favur id-diversità. Kumpaniji privati u organizzazz- jonijiet oħra li jaħdmu biex jagħm- lu l-postijiet tax-xogħol aktar inklużivi nġabru flimkien għal Business Breakfast l-Erbgħa 25 ta' Marzu. F'kollaborazzjoni mal- CORE Platform u l-Malta Diversity & Inclusion Charter, id-diskussjoni ffukat fuq it-tqassim ta' prattiċi tajbin u l-għarfien t'għodod li jistgħu jgħinu kemm lill-kumpaniji privati kif ukoll l-entitajiet pubbliċi biex jagħmlu l-post tax-xogħol iktar divers u inklużiv. Il-Ġimgħa kontra r-Razziżmu u favur id-Diversità ta' Malta ġabet flimkien nies diversi minn kull qasam tal-ħajja permezz ta' programm mimli b' attivitajiet imfassla biex isaħħu d-djalogu u jippromwovu l-inklużjoni. Minn wirjiet ta' films u dibattiti maż- żgħażagħ, għal turnew tal-futbol u l-Business Breakfast, il-Ġimgħa uriet kif id-diversità u l-inkluż- joni jistgħu jiġu ċċelebrati, fil- waqt li enfasizzat diversi eżempji ta' prattiċi tajbin li diġà jeżistu fis-soċjetà diversa tagħna. Fl-ist- ess ħin, il- Ġimgħa serviet ukoll bħala spazju fejn jiġu diskussi l-isfidi marbuta mal-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni. Permezz tat-tisħiħ ta' attitudnijiet pożittivi minn età żgħira, l-involvi- ment tal-pubbliku u l-ħolqien ta' spazji miftuħa għall-djalogu interkulturali, inizjattivi bħal dawn isejħu lil kulħadd biex naqsmu r-responsabbiltà fil-bini ta' soċjetà inklużiva. Dan huwa artiklu imħallas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 March 2026