Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt E lezzjoni bikrija? Se tissejjaħ issa? Jew baqgħalna x'nistennew? Din hija l-mistoqsija fuq fomm kulħadd, iżda l-Prim Ministru Robert Abela mhu qed jagħti ħjiel ta' xejn. Minn perspettiva politika, ikun ta' vantaġġ politiku jekk tissejjaħ elezzjoni issa. L-ikbar raġuni hija l-ekonomija iżda mhux biss. Għalkemm kważi kollox fil-kontroll tal-gvern, il-gwerra tal-Iran, żgur li mhijiex, u wisq iktar l-impatt inevitabbli tagħha. Il-problema hija sempliċi: Malta hija gżira żgħira li tiddependi kważi għalkollox mis-suq ta' barra. Dan is-suq huwa intrinsikament dipendenti fuq l-enerġija. U ma tridx tkun xi ġenju biex tifhem li kriżi f 'reġjun tant rikk fiż-żejt għall-prodotti tal-konsumatur se jkollu effett fuq l-inflazzjoni. U din taffetwa kollox mill-ikel sal-biljett tal-ajru, apparat domestiku u mediċini. Il-loġika tgħid li qabel mas- sitwazzjoni tmur għall-agħar u l-prezzijiet jibdew jogħlew, Abela għandu jaġixxi malajr. U l-Prim Ministru jrid iqis ukoll fatturi oħrajn. Alex Borg, il-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista diġà wera li, għall- kuntrarju ta' li għamlu l-kapijiet ta' qablu, irnexxielu jerġa' jgħaqqad in- Nazzjonalisti u jattira votanti iżgħar fl-età. Abela jrid jiżen ukoll l-impatt tad- dnubiet politiċi li jsegwu kull gvern fil-kariga. Abela għandu jistaqsi, wara l-iskandli u r-riżenji li affaċċa l-gvern fl-aħħar erba' snin, x'se jinqala' jew jinkixef iżjed? Ma nistgħux ninsew ukoll il-ġuri ta' Yorgen Fenech u r-riperkussjonijiet tad- dikjarazzjonijiet u x-xhieda relatati mal- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dan jista' jerġa' jiftaħ il-feriti tal- passat riċenti, b'lenti mill-ġdid fuq x'kien qed isir ġewwa Kastilja qabel ir-riżenja tal-Prim Ministru Laburista Joseph Muscat. U għalkemm Robert Abela jista' jiddistanza ruħu minn dawn l-iżbalji tal-passat, ma jistax jinqata' kompletament mill-konsegwenzi ta' dan il-każ. Ngħiduha kif inhi, Abela għandu ħafna vantaġġi. Huwa mexxa ekonomija li ħalliet aktar nies bi flus fl-idejn u żammet il-qawwa tax-xiri tagħhom. Mexxa lill-pajjiż fi żminijiet ta' kriżi u żamm sens ta' stabbiltà. Dan kollu pożittiv għalih. Iżda Abela affaċċa wkoll każijiet bħal dak ta' Jean Paul Sofia, ir-Riforma tal- Ippjanar u l-iskandlu tal-Vitals. L-istħarriġ qed juri li l-votanti indipendenti, jew aħjar dawk li ma jivvutawx u li jgħidu li mhux se jivvutaw, qed jiżdiedu, għax iddiżappuntati. U dawn in-nies mhumiex ftit; illum ilaħħqu madwar 70,000. X'se jagħmel Robert Abela?

