MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil- ġimgħa, Ħaley Xuereb taqra l-poeżiji f'dahri darek ta' Klara Vassallo. Il-logħba bil-kliem fit-titlu tal-ktieb taħbi l-kunflitt li hemm bejn x-xewqa personali ta' kif għandu jkun ġisem u l-pressjonijiet esterni li jridu jiddettaw mod ieħor. Il-kenn kollettiv Is-soltu r-riċensjoni niaħha permezz ta' xi memorja li norbot mal-ktieb. Imma dahri darek ta' Klara Vassallo mill-bidu jorbot lili mal-ktieb mit-titlu, il-punt l-iżjed ovvju u fl-istess ħin l-aktar fertili. Minnufih, Vassallo tiaħ spazju interpretattiv li ma jistrieħx. "Dahri", "darek", "dari", dahrek"; logħba fonetika li tħawwad il-konfini bejn tiegħi u tiegħek, bejn il-ġisem tiegħi u dak tal-ieħor. Il- ġisem, f 'dawn il-paġni, qatt mhu purament privat. Huwa dejjem espost, dejjem relazzjonali, dejjem suġġett għall-qari. Il-ktieb, li oriġinarjament kien parti minn proġett artistiku usa', xorta waħda jżomm piż sħiħ waħdu. Għalkemm wieħed jista' jħoss li qed jitlef dimensjoni billi jaqrah barra mill-esebizzjoni, il-kitba ta' Vassallo għandha biżżejjed densità biex iġġorr l-esperjenza waħedha. Il-qalba tematika tal-ġabra hija ċara: dahar mgħawweġ, il-kundizzjoni tal- iscoliosis, u l-mod kif din tinfluwenza l-perċezzjoni tal-ġisem. Iżda Vassallo ma tibqax fuq livell deskrittiv. Il-qawwa tagħha tinsab fil-mod kif tittrasforma din il-kundizzjoni f 'esperjenza lingwistika u sensorja. Il-poeżija tagħha ma tispjegax; tgħaddik minnha. Dan jidher b'mod partikolari fl-użu insistenti tal-verbi fl-ewwel persuna tal-preżent: "inħoll", "nofroq", "ninża'", "inneħħi". Dawn il-verbi jaħdmu bħala ankra li żżomm lill-qarrej fil-mument. Hemm biss ġisem li qed jiġi esperjenzat issa — li qed jinfetaħ, jitkejjel, u xi drabi jiġi mġiegħel jinbidel. Dan jagħti lill- kitba kwalità kważi performattiva: bħal korjografija ta' azzjonijiet repetittivi li jġorru magħhom tensjoni kostanti. Aspett notevoli tal-ġabra huwa kif Vassallo tibni lessiku koerenti u materjali madwar il-ġisem, partikolarment permezz tal-metafora tal-ħjata. Il-ħajt, il-labra, ir- rukkell u l-punt mhumiex biss elementi dekorattivi; huma l-mod ewlieni kif il- ġisem jiniehem. Il-ġisem jinqara bħal drapp li jista' jitqatta', jerġa' jinħiet u jiġi kkoreġut. Din il-metafora tippermetti lil Vassallo tesplora temi ta' intervent u kontroll b'mod insistenti. Il-mumenti mediċi, il-kejl, l-X- rays, l-eżamijiet, jieħdu dimensjoni aktar intensa, kważi vjolenti, fejn il-ġisem jittratta bħala oġġett li għandu jiġi "ffissat". F'dan il-kuntest, il-preżenza ta' figuri ta' awtorità tipprevali. It-tabib, ir-"raġel", jew l-eżaminatur jidhru bħala dawk li jaqraw u jinterpretaw il-ġisem tal-poeta. Meta s-swaba' tagħhom "isegwu l-linja … bħallikieku qed jaqraw bil-braille", il-qari jsir forma ta' kontroll. Hawnhekk il-ġabra tiaħ ukoll dimensjoni li turi l-ġisem femminili bħala spazju li fuqu jiġu imposti interpretazzjonijiet u korrezzjonijiet minn strutturi esterni. Dan jiakar fil-kunċett tal-lived body kif deskritt minn Iris Marion Young, fejn il- ġisem femminili huwa dejjem esperjenzat taħt il-piż ta' aspettattivi soċjali. Fil-poeżija ta' Vassallo, il-ġisem mhux biss jinħass minn ġewwa, iżda jiġi kontinwament osservat, evalwat u mmudellat minn barra. Il-fatt li huwa "mgħawweġ" jagħmlu immedjatament oġġett ta' intervent — xi ħaġa li trid tiġi rranġata biex tikkonforma ma' idea ta' normattività. Hawnhekk jidħol ukoll il-ħsieb ta' Judith Butler, li tara l-ġisem u l-ġeneru bħala prodotti ta' repetizzjoni. Il-kejl kontinwu, il-ħjata, it-tentattivi biex il-ġisem "jiddritta" huma kollha atti li jirriproduċu mudell ta' kif il-ġisem għandu jkun. Fil-poeżija, dawn l-atti jsiru kważi ossessivi, u b'hekk juru kemm in-normattività hija xi ħaġa li trid tiġi kontinwament infurzata. Il-ġabra tilħaq intensità partikolari meta tidħol f 'dettalji li huma familjari iżda rari espressi b'dan il-mod. Referenzi bħal "il- bra tal-qoton biċ-ċoff " jew "ma taħrabx mill-ewwel demm" jorbtu l-esperjenza individwali ma' realtà aktar kollettiva. Iġġegħelni, bħala mara, ngħid "iva, eżattament, hekk inħossni, ġieli ħassejtni hekk" jien u naqrah. Strutturalment, il-poeżija timxi fuq repetizzjoni li tersaq lejn iċ-ċirkularità. Il- ġisem jerġa' lura għall-istess punti — l-istess uġigħ, l-istess tentattivi ta' korrezzjoni — imma kull darba b'għarfien aktar profond. Il-vers "Kieku nista' naqbad is-sinsla ta' dahri u nfarrakha" tikkristallizza dan kollu: ix-xewqa radikali li tfarrak il-bażi biex possibbilment tinbena mill-ġdid. Il-kitba ta' Vassallo tista' titqiegħed fi djalogu ma' tradizzjoni poetika li tqiegħed il-ġisem fiċ-ċentru. Interessanti wkoll huwa kif il-ġabra tista' tinqara b'modi differenti kull darba. Il-qarrej jista' jersaq lejha permezz tas-sensi: il-ħoss tal-metall, it-tessut tad-drapp, jew is-sensazzjoni tal- ġilda. Madankollu, wieħed jista' jargumenta li l-koerenza qawwija tal-metafora ċentrali ssir ukoll limitazzjoni. Il-konċentrazzjoni intensa fuq il-loġika tal-ħjata xi drabi tnaqqas il-possibbiltà ta' espansjoni lejn oqsma oħra ta' immaġinazzjoni. Iżda anke dan jista' jinqara bħala parti mill-argument tal-ktieb: il-ġisem innifsu jidher maqbud f 'sistema li diffiċli taħrab minnha. Fl-aħħar mill-aħħar, dahri darek huwa ktieb li jaħdem fuq diversi livelli fl-istess ħin. Bħala esperjenza poetika, huwa dens u immersiv. Bħala riflessjoni fuq il-ġisem, huwa skomdu u onest. U bħala test li jista' jinqara wkoll minn perspettiva femminista, juri kemm il-ġisem femminili jibqa' spazju ta' negozjar kontinwu bejn esperjenza personali u pressjoni esterna. Huwa xogħol li ma jagħlaqx, iżda jibqa' miuħ. Bid-delikatezza assertiva tiegħu jistiednek terġa' taqrah, u forsi kull darba, tħossu it differenti fuq ġismek stess.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 March 2026