MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

e Trojan Women (1971). Mir- reċta ta' Euripides juri t-tbatijiet li għaddew minnhom Hecuba, ir-Reġina ta' Trojja, omm il- gwerrier Hector, Andromache il-mara tiegħu, Cassandra t-tifla tar-Reġina li tiġġennen u Helen li qed tistenna d-destin tagħha wara li pajjiżhom ġie mġarraf. B'kast ta' erba' atturi nisa formidabbli – Katharine Hepburn, Vanessa Redgrave, Genevieve Bujold u Irene Papas. Troy (2004). Film tassew elaborat u kolossali li parti sostanzjali minnu nħadmet hawn Malta. Anzi, wieħed kritiku Ingliż isostni li forsi jista' jkun ukoll "the greatest story ever told!?" L-uniku difett li fih hu li jagħti lil wieħed x'jiem li dan l-assedju dam biss it żmien. Inħadmu diversi films oħrajn dwar din il-kampanja, ħafna minnhom dirett għat-televiżjoni. F'L-Ilijade (e Iliad) jidħlu ħafna karattri diversi u wieħed minnhom hu Odisseus (jew kif nafuh aħjar bl-isem Latin, Ulisse). Dan se jkun il-protagonist assolut tat-tieni kapulavur ta' Omeru, L-Odissea (e Odyssey). L-Odissea Wara għaxar snin 'il bogħod minn xtuthom il-Griegi issa rebbiħin, telqu lura lejn pajjiżhom, kollha barra wieħed, Odisseus (li aħna tal-Punent nirreferu għalih bħala Ulisse) ir- Re ta' Ithaca. B'kastig mill-allat flimkien mal-ekwipaġġ tiegħu kellu jibqa' jiġġerra u jivvjaġġa f 'ibħra remoti, gżejjer ta' fantasija u periklu kbar oħrajn għal għaxar snin oħra. Ulisse għall-Griegi kien eroj gwapp imma r-Rumani kienu jqisuh viljakk li jgħawweġ il-fatti. Skont Omeru, fil-kitba epika tiegħu jsostni li Ulisse kien kburi u dan id-difett kardinali ġab fuqu l-korla tal-allat li żvijawh fi triqtu lura lejn pajjiżu. Ta' min jgħid li kien hu li fassal iż-Żiemel Kbir tal-Injam li bih il-Griegi rebħu l-gwerra. Fl-assenza tiegħu, f 'Ithaca pajjiżu martu Penelope baqgħet dejjem tistenna li l-maħbub żewġha jirritorna lura. It-tifel tagħhom Telemachus kien għadu tarbija meta missieru mar għall- gwerra u b'hekk ma kienx jafu. Waqt l-odissea (vjaġġi) tiegħu fl- ibħra mbegħdin, f 'Ithaca waslu mal-108 persuni goffi u mill-aktar arroganti li xtaqu jiżżewġu lil Penelope u anki bdew jheddu li joqtlu lil binha kif ukoll iħarbtu lill-pajjiż. Hi, li qatt ma qatgħet qalbha mir-ritorn ta' żewġha, kienet tħallihom bit-tama u meta tlesti biċċa tapizzerija li kienet qed tħit tagħmel l-għażla tagħha. Għal tliet snin sħaħ dak li kienet tħit matul il-ġurnata kienet baxx baxx toqu billejl biex tirbaħ il-ħin, sakemm dawn il-kattivi ndunaw. Telemachus ġera mal-Greċja kollha biex ifittex x'ġara minn missieru. Wieħed mill-films li tassew daħal fil-profond ta' dan ir- rakkont kienet il-produzzjoni Taljana Ulisse (Ulysses) tal-1954. Din hi l-istorja tal-film: Il-vapur ta' Ulisse nqabad f 'maltempata u tilef triqtu. Fi gżira mhux 'il bogħod mill- Grecja, il-Prinċipessa Nausicaa u l-qaddejja tagħha jsibu raġel fix- xatt mixħut fuq ir-ramel u mitluf minn sensih. Dan tilef il-memorja u l-Prinċipessa tieħdu fil-palazz tal-ġenituri tagħha u anki ssir tħobbu. Meta jkunu se jiżżewġu jibda jiakar min hu u li tturufna ruħu b'kastig talli kkalpesta t-Tempju ta' Nettunu fi Trojja. Ulisse u sħabu l-baħrin imorru jfittxu l-ikel fuq gżira oħra misterjuża u f 'għar jiġu wiċċ imb wiċċ ma' Polifemu, Ċiklopu (ġgant b'għajn waħda f 'nofs moħħu) li jsakkarhom u jiekol wieħed minnhom. Imma jidher li l-laħam uman m'għoġbux. Ulisse jissuġġerilu jaqta' l-għeneb u hu u sħabu msakkrin ġol-għar isibu zokk twil ippuntat biex meta jisker jagħmuh bih. Biċ-Ċiklopu inkorlat bl-uġigħ u agħma, Ulisse jmur ħdejn il- blata tad-daħla u jittantah biex jiġi għalih. Malajr iżurha u Polifemu jwaqqa' l-blata u huma jkunu jistgħu jaħarbu minn dan il-post. 14 films IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 • illum Carmel Bonnici 'L-Ilijade' u 'L-Odissea' jipprovdu splendur fiċ-ċinema IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Ulysses (1954) Ulysses, Penelope u Telemachus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 March 2026