MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: Krishna F'din is-sensiela, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha L-isem Krishna ġej minn wiehed mil-allat tar-religjon Hindu ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? L-istorja tal-band bdiet fis-sena 2013, mill-kitarrist tagħna, Timothy, u drummer ieħor dak iż-żmien. Bħala stil, dak iż-żmien konna nxeqilbu aktar lejn sludge metal jew stoner metal, iżda maż- żmien u meta daħal id-drummer tagħna, Alan, il-ħoss immatura, u issa nxeqilbu aktar lejn post-metal. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Sirna nafu lil xulxin fl-2017, meta band ta' Alan, Shlamizard, daqqew gig flimkien ma' Krishna, b'line up differenti dak iż-żmien, flimkien ma' Heart of Darkness (Jimmy u John Bartolo). Minn dakinhar 'l hemm bqajna nitkellmu, u wara ammont ta' snin, meta d-drummer oriġinali telaq mill-band daħal Alan, u qagħad perfettament għall-ħoss tal- band. Kif għażiltu l-isem tal-band? Krishna jiġi wieħed mill-allat tar- reliġjon Hindu. Fi żmienu kien għalliem u filosfu tar-reliġjon, kif ukoll simbolu ta' mħabba, kompassjoni u protezzjoni mill-ħażen. L-idea tal-isem ġiet għaliex inħossu li, simili tal-Hindu, il-mużika tagħna hija meditattiva ħafna u tista' tiġi interpretata b'mod differenti għal kull individwu li jismagħha, speċjalment għax il-mużika hija strumentali. Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? Proġett li għandna konnessjoni b'saħħtiha miegħu huwa l-album li ġej, li għandu l-isem Absence as Loss. Dan hu t-tielet album tal-band, u l-ewwel wieħed li ktibna flimkien b'dal-line up. Il-mużika fuq dal-album tissimbolizza ċerta maturità emozzjonali tagħna bħala individwi u bħala band, u fil-fatt tfisser xi ħaġa differenti għat-tnejn li aħna. X'inhu l-pass li jmiss? Il-pass li jmiss huwa li noħorġu l-album. Dan ħa jsir fit-tnedija tal- album, li ħa sseħħ fis-16 ta' Marzu dis- sena ġewwa Tigullio ġo San Ġiljan. Ġieli daqqejna d-diski tal-album waqt kunċerti differenti, però dakinhar ħa nkunu qegħdin indoqqu l-album sħiħ. Ħa jkunu qegħdin idoqqu magħna wkoll tnejn mill-bands favoriti lokali tagħna; Repugnance u DALAM. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Ir-risposta għal dil-kwistjoni tvarja skont lil min minna ssaqsiha. Bħala ispirazzjoni mużikali ovvjament il-lista hija twila, u tkopri artisti minn ġeneri varji. Biex insemmu ftit; ISIS, Pelican, Godspeed You! Black Emperor, Nadja, Sunn O))), Electric Wizard, All Them Witches, eċċ. Mix-xena lokali jispirawna ħafna wkoll sħabna tal-bands Victims of Creation, Hemplifier, Halcyon u Eyes to Argus. Bħala ispirazzjoni oħra, il-ħaġa li għandna komuni żgur hi li l-mużika sar ikollha ton emozzjonali ħafna, u avolja bla kliem, inħossu li nesprimu dak li għandna ngħidu bil-mużika stess. Kif għedna wkoll, kulħadd jieħu xi ħaġa differenti mill-mużika tagħna, speċjalment għax bla kliem. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? Bħalissa huwa żmien fertili ħafna għax-xena lokali Maltija. Fix-xena tal-metal partikolarment rajna żieda fil-bands f 'daqqa, li kienet sorpriża wara numru ta' snin fejn ma kienx hemm wisq bands ġodda qed jifformaw. Nieħdu gost ħafna wkoll li qed naraw ħafna wċuħ ġodda ta' nies iżgħar jiġu u juru entużjażmu għall-kunċerti, kemm jekk hux membri tal-bands u kemm humiex sempliċement interessati fil- mużika. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? L-aktar ħaġa li hemm bżonn fix-xena tal-mużika bħalissa hija aktar venues fejn idoqqu l-bands. Bħalissa tista' tgħid hemm żewġ venues primarji fejn idoqqu l-bands, u nixtiequ li nkunu nistgħu nvarjaw fejn indoqqu, il-għaliex ħaġa sabiħa li tmur venues differenti b'temi u crowds differenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 March 2026