Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246
Il-vapur ta' Ulisse jgħaddi minn qalb il-blat fejn jgħixu s-Sireni li bil-kant tagħhom iġiegħlu lill-baħrin jaqbżu l-baħar biex jegħrqu. Hu jintrabat bil-ħbula mal-arblu l-kbir tal-vapur biex jisma' l-leħen sabiħ tas-Sireni u l-baħrin isoddu widnejhom. Wara li jsalpaw qrib ta' dan il- blat, kurrent qawwi jiġbidhom lejn gżira oħra. Ulisse jħalli lill- baħrin jiskopru l-post u meta jiġi lura jsibhom mibdulin fi ħnieżer mis-saħħara Ċirċe (Calypso), is- sid ta' dan il-lokal. Hi ssir tħobb lil Ulisse u tipperswadih jibqa' hemm u jitlobha terġa' tbiddel lil sħabu f 'umani. Dawn ikunu jridu jmorru lura u Ċirċe tavżahom biex ma jsalpawx għax l-alla Nettunu se jeqridhom. Huma jmutu kollha waqt maltempata li tfarrak il- bastiment tagħhom. Ulisse jwaħħal fis-saħħara li ħalliethom imutu, jiftakar f 'martu li kien insieha, jisfida r-rabja ta' Nettunu meta tidhirlu Antiklea, il-mejta ommu u turih d-diffikultajiet li għaddejja minnhom martu f 'Ithaca. Issa, bil-memorja tiegħu restawrata mill-ġdid iħalli din il-gżira u jitlaq għall-palazz tiegħu mibdul f 'wieħed tallab biex jiltaqa' ma' martu taparsi ħabib antik ta' żewġha. Meta jaraha hekk imsejkna jħeġġiġha tagħmel kompetizzjoni fost dawk li jridu jiżżewġuha minn minnhom hu kapaċi jarma l-qaws tiegħu jispara vleġġa li trid tgħaddi minn tużżana ċrieki. Meta l-għada ħadd ma jkollu ħila jiġbed l-ispaga, Ulisse, wara tant żmien, jirnexxilu. Waqt din il-festa, megħjun mit-tifel tiegħu joqtol lil dawn l-arroganti kollha li serqu wkoll flusu. F'"L-Odssea", li jkopri wkoll 24 ktieb, Omeru jsemmi l-gżira ta' Calypso jew Ċirċe, magħrufa wkoll bħala Ogygia, fejn kienet tgħix in-Ninfa Calypso li żammet lil Ulisse bħala "priġunier ta' mħabba" għal seba' snin sħaħ sakemm fl-aħħar kellha titilqu fuq ordni ta' Hermes, il-messaġġier ta' Zeus. Fit-tradizzjoni, din il- gżira jassoċjawha ma' Għawdex u l-Għar tal-Bajja tar-Ramla l-Ħamra fejn kienet tgħix Calypso. Barra dan il-film Taljan tal- 1954 li fih ħadmu Kirk Douglas, Silvana Mangano u Anthony Quinn, xi produzzjonijiet oħra kienu dawn: The Lion Of Thebes (1964), produzzjoni Taljana. The Mysterious Island (1905, film mutu Franċiż). Nostos the Return (1989), film Taljan. L'Odissea (1911), film mutu Taljan. The Return (2024) film Taljan/ UK bl-isem aktar addattat, Ritorno a Ithaca. Dan jiżvolġi fl- aħħar parti tal-poeżija epika ta' Omeru meta Ulisse jinstab bla ħwejjeġ, għajjien u stordut fix- xatt ta' Ithaca minn wieħed bidwi li jtih kenn. L-atturi ewlenin huma l-Ingliż Ralph Fiennes u l-Franċiża Juliette Binoche. Oħrajn b'suġġett aktar modern huma O Brother Where Art Thou (2000) u Ulysses Gaze (1995), film Grieg. Fl-1968 it- televiżjoni RAI ħarġet miniserje, The Odyssey. Personalment għandi kurżità kbira ġo fija u qed nistenna b'ħerqa palpabbli x-xogħol kolossali The Odyssey, tar- rinomat Direttur Christopher Nolan, film mimli avventuri, fantasija u azzjoni li għandu joħroġ f 'Lulju li ġej u aktarx se jlaħħaq it-tliet sigħat. 14 films IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 • illum Carmel Bonnici 'L-Ilijade' u 'L-Odissea' jipprovdu splendur fiċ-ċinema L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Akille u Hector

