MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Li jkollok spazji siguri, nodfa u miftuħa fejn tista' tieħu lit-tfal tiegħek jilagħbu, jiġru u jgawdu n-natura huwa xi ħaġa li ħafna familji jixtiequ jesperjenzaw." I d-deċiżjoni mħabbra mill- Prim Ministru Robert Ab- ela li Manoel Island u Forti Tigné jerġgħu jingħataw lura lill-poplu Malti u Għawdxi hija waħda storika li timmar- ka bidla konkreta fil-mod kif pajjiżna jħares lejn il-ġid pub- bliku u l-ispazji naturali. Din mhijiex biss kwistjoni ta' art jew proprjetà, iżda hija deċiżjoni li se tħalli impatt profond fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċitta- dini, fuq l-ambjent urban u fuq il-viżjoni fit-tul ta' Malta. Minn perspettiva personali, bħala omm żagħżugħa, nista' nara kemm proġetti bħal dawn huma importanti fil-ħajja ta' kuljum. Li jkollok spazji siguri, nodfa u miftuħa fejn tista' tieħu lit-tfal tiegħek jilagħbu, jiġru u jgawdu n-natura huwa xi ħaġa li ħafna familji jixtiequ jesperjenzaw. Mhux biss għall-ġid fiżiku tat-tfal, iżda wkoll għall-iżvilupp emozzjonali tagħhom u li jkunu jistgħu jikbru f 'ambjent li jħeġġiġhom jesploraw u japprezzaw l-ambjent naturali. Manoel Island u Forti Tigné issa jistgħu jsiru postijiet fejn il-familji joħolqu memorji sbieħ, 'il bogħod mill-istorbju u l-pressjoni tal-ħajja urbana. Iżda aktar minn hekk, il- valur reali ta' din id-deċiżjoni jinsab fil-benefiċċji li se ġġib magħha. Manoel Island, li għal snin twal baqgħet bla żvilupp u magħluqa għall-pubbliku, issa se tinfetaħ biex issir spazju miftuħ għall-familji. Dan ifisser aktar żoni ħodor, aktar spazji ta' rikreazzjoni u aktar opportunitajiet għal stil ta' ħajja aktar b'saħħtu. F'pajjiż fejn l-ispazji miftuħa huma limitati, dan huwa investiment dirett fil- benesseri tan-nies. L-impatt fuq l-inħawi tal-madwar, bħall-Gżira, San Ġiljan u Tas-Sliema, se jkun ukoll sinifikanti. Żoni li huma magħrufa għall- iżvilupp intensiv tagħhom se jibbenefikaw minn bilanċ tal-madwar. Spazji bħal dawn mhux biss itejbu l-kwalità tal-arja u l-ambjent, iżda wkoll iżidu l-valur soċjali u anke ekonomiku tal-lokalitajiet. Aktar nies se jiġu attirati biex iqattgħu ħin f 'dawn l-inħawi, li jista' jwassal għal attività ekonomika sostenibbli. Aspett ieħor importanti huwa l-wirt kulturali. Forti Manoel u Forti Tigné huma simboli storici li jirrappreżentaw parti mill-identità Maltija. Il-fatt li dawn se jiġu mmaniġġjati minn Heritage Malta jfisser li se jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom, mhux biss bħala monumenti, iżda bħala spazji edukattivi u kulturali għall-ġenerazzjonijiet futuri. Dan huwa pass importanti biex nippreservaw l-istorja tagħna filwaqt li nagħmluha aċċessibbli għal kulħadd. Ma nistgħux ninsew ukoll il-messaġġ politiku li hemm wara din id-deċiżjoni. Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela u t-tim tiegħu, wera li kapaċi jwettaq dak li jwiegħed. Dak li darba kien meqjus bħala "ħolma sabiħa" illum sar realtà. Dan jibni fiduċja fost iċ-ċittadini u juri li l-politika tista' tkun għodda biex jinħolqu bidliet pożittivi konkreti. Barra minn hekk, dan il- proġett huwa parti minn viżjoni akbar ta' parks nazzjonali u spazji miftuħa madwar il-pajjiż. Il-proċess ta' konsultazzjoni "Shape Your Space" juri li l-Gvern qed jinkludi lill- poplu fid-deċiżjonijiet, inklużi tfal, familji u professjonisti. Dan huwa mudell modern ta' governanza fejn il-vuċi taċ-ċittadin hija ċentrali u trasparenti. Importanti wkoll li wieħed jara dan il-pass fil-kuntest ta' ekonomija b'saħħitha. Kif indikat, investimenti bħal dawn huma possibbli biss meta pajjiż ikollu pedament ekonomiku sod. Tkabbir ekonomiku ma jfissirx biss dak li qed jinħass fil-figuri, iżda qed jiġi tradott f 'benefiċċji konkreti għall- komunità. Fl-aħħar mill-aħħar, ir-ritorn ta' Manoel Island u Forti Tigné lill-poplu huwa eżempju ċar ta' kif politika b'viżjoni tista' tbiddel ir-realtà. Dan mhux biss investiment fl-ambjent u fl- infrastruttura, iżda investiment fin-nies. Huwa pass lejn Malta aktar sostenibbli, aktar ġusta u aktar inklużiva – fejn il-ġid nazzjonali verament jappartjeni lill-poplu. Din hija deċiżjoni li se tibqa' mfakkra bħala waħda li bidlet il-mod kif naraw u nużaw l-ispazji tagħna, u li se tħalli wirt pożittiv għall- ġenerazzjonijiet li ġejjin. Meta allegazzjoni ssir kundanna: L-impatt fuq il-kwalità tal-ħajja Forti Manoel u Forti Tigné huma simboli storici li jirrappreżentaw parti mill-identità Maltija Sindku tal-Għargħur MARIAH MELI 10 aħbarijiet IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 • illum opinjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 April 2026