MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

JAELLE BORG Għadd ta' għaqdiet ambjentali, organizzazzjonijiet għall- ħarsien tal-wirt storiku u rappreżentanti tar-residenti nġabru quddiem Kastilja biex isejħu għal riforma ġenwina u immedjata fis-sistema tal- ippjanar, f 'azzjoni organizzata bħala parti mill-kampanja "Ġustizzja għal Artna". Il-kampanja, li bdiet is-sena li għaddiet bħala reazzjoni għal miżuri leġiżlattivi meqjusa kontroversjali, qed tkompli tiġbed l-attenzjoni lejn dak li l-attivisti jiddeskrivu bħala nuqqas serju ta' salvagwardji fil-qasam tal-iżvilupp. Il-protesta tas-Sibt filgħodu rat folla tinġabar biex titlob l-irtirar immedjat tal-Abbozzi ta' Liġi 143 u 144, flimkien ma' tliet Avviżi Legali mressqa mill-Gvern. Skont l-għaqdiet, dawn il-miżuri jirriskjaw li jneħħu protezzjonijiet importanti u jiħu l-bieb għal regolarizzazzjoni mifruxa ta' illegalitajiet fl- iżvilupp. Huma fakkru li minkejja li dawn il-proposti kienu diġà ġew sospiżi temporanjament wara pressjoni pubblika, hemm bżonn azzjoni aktar deċiżiva sabiex tiġi evitata ħsara fit-tul lill-ambjent u lill-komunitajiet. F'kuntest fejn l-iżvilupp bla kontroll qed ikompli jżid il-pressjoni fuq il-pajjiż, il- protestanti sostnew li riforma vera għandha tqiegħed il-ġid komuni u l-kwalità tal-ħajja fuq quddiem nett, aktar milli l-interessi tal-iżviluppaturi. IKOMPLI F'PAĠNA 3 www.illum.com.mt NRU 1007 €1.50 IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 2 PAĠNI 6 - 7 Intervista ma' Clint Camilleri u Chris Said JAELLE BORG Il-proġett magħruf bħala "Noma Island" qed iqajjem dibattitu dejjem jikber fil-gżejjer Maltin, b'mod partikolari f 'Għawdex, fejn qed jitqajjem tħassib serju dwar l-impatt ambjentali u n-nuqqas ta' qafas regolatorju ċar li jista' jikkontrolla operazzjonijiet kummerċjali ta' dan it-tip. Il-floating establishment, li qed jiġi trattat minn xi awtoritajiet bħala bastiment kummerċjali aktar milli bħala żvilupp permanenti, qed iqajjem mistoqsijiet dwar kif dawn l-in- izjattivi jistgħu jevitaw il-proċes- si aktar stretti tal-ippjanar li japplikaw fuq l-art. 'Noma Island': Tħassib ambjentali u lakuni regolatorji GĦAQDIET AMBJENTALI U RAPPREŻENTANTI TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI QED JINSISTU FUQ RIFORMA IMMEDJATA TAL-IPPJANAR, INKLUŻ IL-PROTEZZJONI MILL-ĠDID TA' ARTIJIET LI TNEĦĦEW MILL-ODZ FL-2006 U INFURZAR AKTAR B'SAĦĦTU KONTRA ŻVILUPP ILLEGALI ŻONI MMARKATI GĦALL-IŻVILUPP FL-2006 GĦANDHOM JIĠU ODZ: IT-TALBA TAL-GRUPPI AMBJENTALI Il-floating establishment qed jiġi trattat minn xi awtoritajiet bħala bastiment kummerċjali Il-kampanja "Ġustizzja għal Artna" ħeġġet lill-Gvern jirtira abbozzi kontroversjali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 April 2026