Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta Robert Abela tkellem dwar l-elezzjoni żied l-in- ċertezza. L-elezzjoni fuq fomm kulħadd. Min jaħseb li l-gvern ta' Abela ħa jagħmel il-mandat kollu sa Marzu tas-sena d-dieħla u min iħoss li ħa tissejjaħ elezzjoni bikrija, saħansitra għax-xahar id-dieħel. Hemm numru ta' indizji li jagħtu x'jif- hmu li Abela appik li jsejjaħ elezzjoni. Il-Partit Laburista llum jiaħ il-Kun- gress għal ġimgħa u fih mistenni jiġi ap- provat il-manifest elettorali. Qed naraw il-PL ukoll japprova u jħabbar l-ismijiet tal-kandidati tiegħu għall-elezzjoni. Qed naraw żieda fil-preżenza tal-kandidati fuq il-midja soċjali u bdew jitfaċċaw numru ta' kartelluni tal-PL madwar Malta u Għawdex, jirreklamaw is-sit bl-Ingliż tal-PL, il-Kungress u issa anke l-attivitajiet tal-PL għall-1 ta' Mejju. Fuq kollox, il-fatt li l-Ministeri vojta b'nies tal-Ministri attivi fuq id-distrett tagħhom. Diġà qed jissemmew dati f 'Mejju jew Ġunju, bħallikieku fatta. Biżżejjed tara kummenti tan-nies fuq il-midja soċjali u qisu kulħadd jaf eżatt x'se jiġri. Iżda dan kollu kliem fieragħ. Abela biss jaf x'se jagħmel; lanqas ta' madwaru stess ma jafu eżatt. Għax Abela hekk iħobb jilgħabhom il-karti, viċin ħafna ta' sidru ħalli jżomm kontroll sħiħ. U dil-ġimgħa, pressat biex jikkum- menta fuq l-għajdut fuq elezzjoni ġenerali, Abela qal li billi ssejjaħ il-Kun- gress tal-PL ma jfissirx li ġejja elezzjoni bikrija. L-elezzjoni, qalilna, isejjaħha biss meta jagħmel l-iktar sens fl-interess nazzjonali. Jekk dak hu l-argument — l-interess nazzjonali — mela Abela jsejjaħ elezzjo- ni f 'Marzu mhux issa. B'li qal, Abela kompla jżid l-ansjetà li diġà hawn dwar l-elezzjoni. L-inċertezza u l-possibbiltà tal-istaġnar li ma jagħm- lux ġid, la għall-ekonomija tal-pajjiż, la għall-amministrazzjoni, u lanqas għan-negozji u l-investiment. Fid-dawl ta' din l-inċertezza, Ab- ela jmissu jgħid ċar u tond x'għandu f 'moħħu. Ma jistax jibqa' jkaxkar u jilgħab bid-data tal-elezzjoni. Wara kollox l-element ta' sorpriża spiċċa għalkollox. Veru, il-prerogattiva ta' meta tissejjaħ l-elezzjoni hija tiegħu, u tiegħu biss. Iżda possibbli mhux qed jiem li hemm limitu għal kollox? Ftit ġimgħat ilu, meta faqqgħet il-gwerra bejn l-Istati Uniti u l-Iran, bosta ħasbu li Abela ħa jsejjaħ elezzjoni bikrija biex itaffi l-impatt inevitabbli tal-gwerra fuq l-Iran fuq l-ekonomija ta' gżira żgħira bħal tagħna. Gwerra bħal din taffettwalna kollox; mill-ikel sal-bil- jett tal-ajru, u sal-apparat domestiku u l-mediċini. Issa, bi ehim ta' paċi fuq il-mejda, Abela forsi jiddeċiedi li l-elezzjoni tista' tistenna. Iżda ma jridx jinsa lanqas li hemm affarijiet oħra x'jikkunsidra. Il-fattur Alex Borg, il-kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, diġà wera li, għall-kuntrarju ta' li għamlu l-kapijiet ta' qablu, irnexxielu jerġa' jgħaqqad in-Naz- zjonalisti u forsi jattira votanti iżgħar fl-età. Forsi mhux biżżejjed biex jirbaħ imma biżżejjed biex inaqqas id-distakk ta' 40,000. Nemmnu li wasal iż-żmien li f 'dal- pajjiż nintroduċu terminu fiss għal kull leġiżlatura, bid-data tal-elezzjoni tkun magħrufa minn ħames snin qabel. Sistema bħal din telimina l-ansjetà u l-inċertezza kollha, għalkemm ikun hemm sitwazzjonijiet fejn xorta tkun tista' tissejjaħ elezzjoni bikrija. Iżda dawk il-kundizzjonijiet ikunu predeterminati, imnaqqxa fil-liġi stess. Hemm bżonn ċarezza fuq id-data tal-elezzjoni

