MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Dan mhuwiex sempliċement avveniment ieħor fil-kalendarju politiku. Il- Kungress huwa wieħed mill-aktar organi importanti fil-ħajja demokratika tal- Partit, u għandu funzjoni ċara u definita fl-istatut tal-Partit." F 'mument fejn id-dinja qed taffaċċja inċertezzi kbar, minn tensjonijiet ġeopolitiċi għal żidiet fil-prezzijiet tal-ikel u l-enerġija, il-Partit Laburista qed jidħol f 'ġimgħa kruċjali: il-Kungress tal-Partit li jibda l-Ħadd 12 ta' April u jibqa' għaddej sal-Ġimgħa 17 ta' April. Fi sfond ta' sitwazz- joni internazzjonali xejn sabiħa, il-Kungress huwa pjattaforma li se toffri direzzjoni 'l quddiem u stabbiltà. Dan mhuwiex sempliċement avveniment ieħor fil-kalen- darju politiku. Il-Kungress huwa wieħed mill-aktar organi importanti fil-ħajja demokrati- ka tal-Partit, u għandu funzjoni ċara u definita fl-istatut tal-Par- tit. Skont il-Kapitlu 8 tal-istatut tal-Partit Laburista, il-Kungress tal-Partit hu magħmul mid-del- egati tal-Konferenza Ġenerali, uffiċjali u membri tal-kumitati, fergħat tal-Partit, is-Sezzjoni Kunsilliera, il-Forum Kandidati u l-membri tal-Partit. Dan b'differenza mill-Konfer- enza Ġenerali, li hija l-ogħla or- ganu tal-Partit u hija magħmula mill-Amministrazzjoni tal-Par- tit, li tinkludi l-Mexxej, id-Dep- utati Mexxejja u uffiċjali oħra, kif ukoll id-delegati tal-Partit. B'hekk, l-għażla li l-Partit Laburista jsejjaħ il-Kungress tal-Partit hija waħda sinifikat- tiva. Dan għaliex il-Kungress huwa pjattaforma li tinvolvi lill-mem- bri kollha tal-Partit u mhux lid-delegati biss. Għalhekk, f 'dan il-mument fejn qed naraw pajjiżi oħra jissieltu kontra l-instabbiltà, huwa verament sinifikattiv li l-Partit Laburista qed imur għand l-għeruq tiegħu sabiex jistabbilixxi d-direzzjoni 'l quddiem. Il-Kungress huwa aktar dinamiku u politiku fin-nat- ura tiegħu. Huwa l-ispazju fejn il-Partit jiddiskuti u jfassal il-politika tiegħu, u fejn il-membri jikkontribwixxu direttament għad-direzzjoni futura. L-istatut jistipula li l-Kun- gress jiltaqa' qabel l-Elezzjoni Ġenerali biex jiddiskuti linji gwida tal-politika tal-Partit jew biex jeleġġi l-Mexxej tal-Partit. Ovvjament, dan il-Kungress mhux se jiltaqa' biex jeleġġi l-Mexxej tal-Partit, u dan għaliex Robert Abela mhux biss għandu l-fiduċja tal-membri kollha tal-Partit, iżda wkoll fi- duċja b'saħħitha ħafna tal-poplu Malti u Għawdxi. Saħansitra hemm numru ta' persuni li ma jappoġġjawx lill-Partit Laburis- ta, iżda xorta għandhom fiduċja fih li jmexxi lill-pajjiż b'mod sod u stabbli. Għalhekk huwa ċar li l-Partit Laburista qed ilaqqa' dan il-Kun- gress sabiex iservi bħala spazju ta' ideat li jwasslu għat-tfassil tal-prinċipji li fuqhom jinbena l-manifest elettorali tal-Partit. Bl-istess mod kif fl-elezzjoni preċedenti kienet ġiet imn- edija l-viżjoni tal-100 idea, li mbagħad evolviet f '1000 proposta fil-manifest elettorali. Dan ifisser li għax se jitlaqqa' l-Kungress, bilfors ġejja l-elez- zjoni ġenerali? Le, mhux bilfors. L-istatut jgħid li l-Kungress għandu jiltaqa' sabiex jistab- bilixxi l-prinċipji qabel elezzjo- ni ġenerali, iżda ma jispeċifikax kemm qabel jew kemm-il darba għandu jiltaqa' qabel l-elezzjoni. Iżda aktar importanti miż- żmien li baqa' għall-elezzjoni, hija d-direzzjoni ta' stabbiltà li jrid ikompli jieħu pajjiżna. Malta baqgħet waħda mill-ak- tar pajjiżi stabbli. F'dawn l-aħħar tlettax-il sena mmexxija mill-Gvern Laburista, pajjiżna żamm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli, b'differenza minn pajjiżi oħra Ewropej, filwaqt li ġew introdotti miżuri biex jittaffa l-impatt tal-għoli tal-ħajja fuq il-familji. Huwa proprju għalhekk li dan il-Kungress għandu importan- za partikolari, mhux biss biex jikkonferma dak li sar, iżda biex jara kif il-Partit se jkompli jsaħħaħ din l-istabbiltà fil-fu- tur. Il-mistoqsija "fejn sejrin?" mhijiex retorika. Hija funda- mentali. Il-Kungress jagħti risposta kollettiva għal din il-mistoqsija. Fi żmien fejn ħafna pajjiżi qed jitħabtu biex iżommu bilanċ bejn tkabbir ekonomiku u ġustizzja soċjali, il-Partit La- burista għandu l-opportunità li jkompli jsaħħaħ il-mudell tiegħu, wieħed ibbażat fuq tkabbir sostenibbli, protez- zjoni tal-familji u investiment fis-servizzi soċjali. Il-ġimgħa li ġejja mhijiex biss dwar diskorsi jew dibattitu. Hija dwar viżjoni. Viżjoni li trid tibqa' relevanti għal Malta tal-lum u ta' għada. Il-Kungress huwa l-mument fejn il-Partit Laburista juri mhux biss minn fejn ġej, iżda fuq kollox fejn sejjer. Fuq nota personali, bħala Eks President tal-Partit Laburista, naf li l-Kungress huwa emozz- joni kbira, mhux biss għal dawk kollha li jipparteċipaw, iżda wkoll għal min jitkellem fih u jmexxih. Dan huwa l-ewwel Kun- gress minn wara l-elezzjoni tal-mexxej li fiha nħatar Robert Abela, li mhux se mmexxi jien bħala President iżda se nip- parteċipa fih bħala Deputat tal-Partit Laburista u kandidata fuq is-sitt u t-tmien distrett. Għalhekk, l-emozzjoni tiegħi se tkun differenti, minn per- suna li kont immexxi l-Kun- gress, għal persuna li issa nista' nipparteċipa b'mod attiv billi nikkontribwixxi bl-ideat tiegħi. Għalhekk nawgura lill-Pres- ident Alex Sciberras, li se jkun qed imexxi għall-ewwel darba dan il-Kungress importanti, kif ukoll lill-membri kollha tal-Partit. Ejja ħalli flimkien infasslu pajjiżna biex jibqa' reżiljenti għax-xokkijiet internazzjon- ali, u b'hekk biss nibqgħu niżguraw kwalità ta' ħajja tajba għall-familji tagħna. Il-Kungress tal-Partit Laburista hu mument ta' direzzjoni u stabbiltà L-għażla li l-Partit Laburista jsejjaħ il-Kungress tal-Partit hija waħda sinifikattiva Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD 10 aħbarijiet IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 • illum opinjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 April 2026